This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62006FO0106
Order of the President of the First Chamber of the Civil Service Tribunal of 22 January 2008. # Anže Erbežnik v European Parliament. # Removal from the register. # Case F-106/06.
Digriet tal-President ta' l-Ewwel Awla tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-22 ta' Jannar 2008.
Anže Erbežnik vs il-Parlament Ewropew.
Tħassir.
Kawża F-106/06.
Digriet tal-President ta' l-Ewwel Awla tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-22 ta' Jannar 2008.
Anže Erbežnik vs il-Parlament Ewropew.
Tħassir.
Kawża F-106/06.
Ġabra tal-Ġurisprudenza – Servizz Pubbliku 2008 I-A-1-00001; II-A-1-00001
ECLI identifier: ECLI:EU:F:2008:2
DIGRIET TAL-PRESIDENT TAL-EWWEL AWLA
TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU
22 ta’ Jannar 2008
Kawża F-106/06
Anže Erbežnik
vs
Il-Parlament Ewropew
“Ftehim bonarju fuq l-inizjattiva tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku – Tħassir”
Suġġett: Rikors, ippreżentat skont l-Artikoli 236 KE u 152 KEEA, li permezz tiegħu A. Erbežnik essenzjalment jitlob, permezz ta’ koabitazzjoni legalizzata mhux matrimonjali ma’ A. Horvat, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament li tagħtih l-allowance ta’ installazzjoni skont il-livell previst għall-uffiċjali li ma għandhomx dritt għall-allowance tal-familja, billi dan ir-rikors, b’mod partikolari, jirrigwarda l-ewwel terz ta’ din l-allowance, li, skont, l-Artikolu 5(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Artikolu 24 tas-sistema applikabbli għall-membri oħra, u wara t-talba ta’ ħlas imressqa mir-rikorrent f’Mejju 2005, ġiet imħallsa lilu bl-applikazzjoni tad-deċiżjoni tal-Parlament meħuda għal dan il-għan fit-2 ta’ Ġunju 2005; sussidjarjament, ir-rikorrent jitlob lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jimponi fuq il-Parlament li jieħu inkunsiderazzjoni l-bidla fl-istatus tal-familja għall-partijiet tal-allowance mħallsa wara ż-żwieġ tiegħu li seħħ f’Awissu 2005.
Deċiżjoni: Il-Kawża F‑106/06, Erbežnik vs Il‑Parlament, hija imħassra mir-reġistru tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku. Il-Parlament għandu jħallas lir-rikorrent, għall-ispejjeż sostnuti minnu, is-somma ta’ EUR 6 000. Il-Parlament għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
Sommarju
Uffiċjali – Rikors – Ftehim bonarju dwar it-tilwima quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku – Tħassir mir-reġistru
(Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, Artikoli 69 u 74)