Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006FO0040(01)

    Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-6 ta' Diċembru 2007.
    Luigi Marcuccio vs il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej.
    Kawża F-40/06.

    ECLI identifier: ECLI:EU:F:2007:215

    DIGRIET TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU

    (L-Ewwel Awla)

    6 ta’ Diċembru 2007

    Kawża F-40/06

    Luigi Marcuccio

    vs

    Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

    “Servizz pubbliku – Uffiċjali – Talba għal informazzjoni fuq l-effetti personali ttrasportati mill-post tal-impjieg lejn il-post ta’ residenza – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni – Talba għad-danni manifestament infondata”

    Suġġett: Rikors, ippreżentat skond l-Artikoli 236 KE u 152 KEEA, li permezz tiegħu L. Marcuccio jitlob, minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda tat-talba tiegħu li jirċievi kopja tan-nota ta’ kunsinna li tirrigwarda t-trasport ta’ l-effetti personali tiegħu mill-Angola għall-Italja u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

    Deċiżjoni: Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet għal annullament. It-talbiet għad-danni huma miċħuda bħala manifestament infondati. Ir-rikorrent għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u l-ispejjeż kollha sostnuti mill-Kummissjoni.

    Sommarju

    1.      Proċedura – Talba tar-rikorrent milqugħa wara li ġie ppreżentat ir-rikors – Rikors li ma għadx għandu skop – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni (Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 90 u 91)

    2.      Uffiċjali – Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-istituzzjonijiet – Kundizzjonijiet – Illegalità – Dannu – Rabta kawżali – Kundizzjonijiet kumulattivi

    1.      Minħabba li r-rikorrent kiseb, essenzjalment, wara li ppreżenta r-rikors, dak kollu li kien talab lill-istituzzjoni, ir-rikors tiegħu għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda tat-talba tiegħu m’għadx għandu skop u m’għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni.

    (ara l-punt 26)

    2.      Sabiex tiġi stabbilita r-responsabbiltà tal-Komunità jeħtieġ li jkunu sodisfatti serje ta’ kundizzjonijiet f’dak li jirrigwarda l-illegalità ta’ l-aġir allegat fil-konfront ta’ l-istituzjonijiet Komunitarji, ir-realtà tad-dannu u l-eżistenza ta’ rabta kawżali bejn l-aġir tal-istituzzjoni u d-dannu invokat. Huwa biżżejjed li waħda minn dawn il-kundizzjonijiet ma tkunx sodisfatta sabiex ir-rikors għad-danni jkollu jiġi miċħud fl-intier tiegħu, mingħajr ma jkun neċessarju li jiġu eżaminati l-kundizzjonijiet l-oħra għal din ir-responsabbiltà.

    (ara l-punt 44)

    Referenza:

    Il-Qorti tal-Prim’Istanza: 10 ta’ Novembru 2004, Vonier vs Il-Kummissjoni, T‑165/03, ĠabraSP p. I‑A‑343 u II‑1575, punt 78

    Top