This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62006FJ0072
Judgment of the Civil Service Tribunal (First Chamber) of 28 April 2009. # Luc Verheyden v Commission of the European Communities. # Public service - Officials - Admissibility. # Case F-72/06.
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-28 ta' April 2009.
Luc Verheyden vs il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej.
Servizz pubbliku - Uffiċjali - Ammissibbiltà.
Kawża F-72/06.
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-28 ta' April 2009.
Luc Verheyden vs il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej.
Servizz pubbliku - Uffiċjali - Ammissibbiltà.
Kawża F-72/06.
Ġabra tal-Ġurisprudenza – Servizz Pubbliku 2009 I-A-1-00093; II-A-1-00519
ECLI identifier: ECLI:EU:F:2009:40
SENTENZA TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU
(L-Ewwel Awla)
28 ta’ April 2009
Kawża F-72/06
Luc Verheyden
vs
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
“Servizz pubbliku – Uffiċjali – Investigazzjonijiet interni tal-OLAF – Deċiżjoni li tintbagħat informazzjoni mill-OLAF lill-awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali – Ammissibbiltà”
Suġġett: Rikors, ippreżentat skont l-Artikoli 236 KE u 152 KEEA, li permezz tiegħu L. Verheyden qed jitlob, b’mod partikolari, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) li tintbagħat informazzjoni dwaru lill-awtoritajiet ġudizzjarji Taljani, kif ukoll il-kundanna tal-Kummissjoni għall-ħlas lilu tad-danni.
Deċiżjoni: Ir-rikors tar-rikorrent huwa miċħud. Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
Sommarju
1. Uffiċjali – Rikors – Att li jikkawża preġudizzju – Deċiżjoni tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) li tintbagħat informazzjoni lill-awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali – Inklużjoni
(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 90a; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1073/1999, Artikolu 10(2))
2. Uffiċjali – Rikors – Rikors ippreżentat kontra l-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF)
(Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 90(1) u 90a)
3. Uffiċjali – Rikors – Proċedura amministrativa li għandha titressaq qabel
(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 90)
1. Id-deċiżjonijiet li permezz tagħhom l-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF), skont l-Artikolu 10(2) tar-Regolament Nru 1073/199, dwar investigazzjonijiet immexxija mill-OLAF, jibgħat informazzjoni lil awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali jikkostitwixxu, fid-dawl tal-konsegwenzi li jista’ jkollhom u tal-ħtieġa li tiġi żgurata protezzjoni ġudizzjarja effettiva tal-persuni koperti mir-Regolament tal-Persunal, atti li jikkawżaw preġudizzju fis-sens tal-Artikolu 90a tar-Regolamenti tal-Persunal.
(ara l-punt 38)
Referenza:
It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku: 28 ta’ April 2009, Violetti et vs Il‑Kummissjoni, F-5/05 u F-7/05, ĠabraSP p. I‑A‑1‑0000 u II‑A‑1‑0000, punti 69 sa 97
2. Fis-sistema ta’ rimedji ġudizzjarji stabbilita mill-Artikolu 90a tar-Regolmenti tal‑Persunal, rikors għad-danni għall-kumpens ta’ danni attribwibbli lill‑Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) huwa ammissibbli biss jekk ikun ġie ppreċedut minn proċedura prekontenzjuża li tkun konformi mad-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Persunal. Din il-proċedura tvarja skont jekk id‑dannu li għalih jintalab il-kumpens jirriżultax minn att li jikkawża preġudizzju, fis-sens tal-Artikolu 90a tar-Regolamenti tal-Persunal, jew minn aġir tal-OLAF li ma huwiex ta’ natura deċiżjonali. Fl-ewwel każ, hija l-persuna interessata li għandha tressaq, quddiem id-direttur tal-OLAF, ilment kontra l-att inkwistjoni fit-termini mogħtija. Fit-tieni każ, min-naħa l-oħra, il-proċedura amministrattiva għandha tibda billi ssir talba skont l-Artikolu 90(1) tar-Regolamenti tal-Persunal sabiex jinkiseb il-kumpens u għandha tkun segwita, jekk ikun il-każ, b’ilment dirett kontra d-deċiżjoni li tiċħad it‑talba. Madankollu, meta jkun hemm rabta diretta bejn ir-rikors għal annullament u azzjoni għad-danni, din tal-aħħar hija ammissibbli inkwantu aċċessorja fir-rigward tar-rikors għal annullament, mingħajr il-bżonn li tiġi ppreċeduta minn talba lill‑amministrazzjoni għall-kumpens tad‑danni allegatament sofruti u minn ilment li jikkontesta l‑fondatezza taċ-ċaħda impliċita jew espliċita tat-talba.
(ara l-punt 53)
Referenza:
Il-Qorti tal-Prim’Istanza: 28 ta’ Ġunju 1996, Y vs Il-Qorti tal-Ġustizzja, T‑500/93, ĠabraSP p. I‑A‑335 u II‑977, punti 64 u 66
3. In-nuqqas ta’ osservanza mill-amministrazzjoni tat-termini previsti fl-Artikolu 90 tar-Regolamenti tal-Persunal jista’ jirrendi lill-istituzzjoni kkonċernata responsabbli għad-danni eventwalment ikkawżati lill-persuni kkonċernati iżda bil-kundizzjoni li dawn ikunu, biex jiksbu kumpens għad-danni allegati, segwew iż-żewġ stadji tal-proċedura prekontenzjuża, jiġifieri talba segwita minn ilment.
(ara l-punt 60)
Referenza:
Il-Qorti tal-Prim’Istanza: 26 ta’ Jannar 2005, Roccato vs Il‑Kummissjoni, T‑267/03, ĠabraSP p. I‑A‑1 u II‑1, punt 84