This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62006FJ0049
Judgment of the Civil Service Tribunal (Second Chamber) of 9 October 2008. # Bart Nijs v Court of Auditors of the European Communities. # Public service - Officials - Promotion. # Case F-49/06.
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tad-9 ta' Ottubru 2008.
Bart Nijs vs il-Qorti ta' l-Awdituri tal-Komunitajiet Ewropej.
Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni.
Kawża F-49/06.
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tad-9 ta' Ottubru 2008.
Bart Nijs vs il-Qorti ta' l-Awdituri tal-Komunitajiet Ewropej.
Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni.
Kawża F-49/06.
Ġabra tal-Ġurisprudenza – Servizz Pubbliku 2008 I-A-1-00317; II-A-1-01719
ECLI identifier: ECLI:EU:F:2008:126
SENTENZA TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU
(It-Tieni Awla)
9 ta’ Ottubru 2008
Kawża F-49/06
Bart Nijs
vs
Il-Qorti tal-Awdituri tal-Komunitajiet Ewropej
“Servizz pubbliku – Uffiċjali – Promozzjoni – Proċedura ta’ promozzjoni 2005”
Suġġett: Rikors, ippreżentat skont l-Artikoli 236 KE u 152 KEEA, li permezz tiegħu B. Nijs jitlob l-annullament tad-deċiżjoni li ma jiġix promoss fl-2005, u ta’ “kull deċiżjoni konnessa u/jew sussegwenti”, kif ukoll il-kundanna tal-Qorti tal-Awdituri sabiex tikkumpensah għad-danni kollha materjali u morali li huwa sofra wara l-illegalitajiet allegatament imwettqa mill-Qorti tal-Awdituri.
Deċiżjoni: Ir-rikors huwa miċħud bħala parzjalment inammissibbli u parzjalment infondat. Ir-rikorrent huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Sommarju
Proċedura – Spejjeż – Spejjeż frivoli u vessatorji
(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 87(3))
Hemm lok li jiġi applikat it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 87(3) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza u li jiġi kkundannat għall-ispejjeż kollha tal-kawża l-uffiċjal li jressaq motivi aggressivi partikolarment eċċessivi, li jistrieħu fuq numru kbir ta’ konġetturi u ta’ insinwazzjonijiet, mingħajr rilevanza fil-konfront tas-suġġett tar-rikors jew li ma jistgħux jiġu ssostanzjati fid-dritt, u fejn ċerti partijiet mit-test kellhom barra minn hekk jitħassru minħabba n-natura diffamatorja tagħhom.
(ara l-punti 81 u 82)