EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006FB0066

Kawża F-66/06: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat- 28 ta’ Settembru 2011 — Kyriazi vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Ħatra — Kompetizzjoni interna ppubblikata qabel l- 1 ta’ Mejju 2004 — Membru tal-persunal temporanju mniżżel fil-lista tal-kandidati xierqa qabel l- 1 ta’ Mejju 2006 — Klassifikazzjoni fil-grad — Artikolu 5(4) u Artikolu 12(3) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal — Allowance segretarjali — Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)

ĠU C 340, 19.11.2011, p. 38–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 340/38


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-28 ta’ Settembru 2011 — Kyriazi vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-66/06) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Ħatra - Kompetizzjoni interna ppubblikata qabel l-1 ta’ Mejju 2004 - Membru tal-persunal temporanju mniżżel fil-lista tal-kandidati xierqa qabel l-1 ta’ Mejju 2006 - Klassifikazzjoni fil-grad - Artikolu 5(4) u Artikolu 12(3) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal - Allowance segretarjali - Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)

2011/C 340/77

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Kalliopi Kyriazi (Clabecq, il-Belġju) (rappreżentant: É. Boigelot, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: irrappreżentata inizjalment minn C. Berardis-Kayser u K. Herrmann, sussegwentement minn K. Herrmann u H. Krämer, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: irrappreżentata inizjalment minn M. Arpio Santacruz u I. Šulce, aġenti, sussegwentment minn M. Bauer, J. Monteiro u K. Zieleśkiewicz, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Annulament tad-deċiżjoni tat-12 ta’ Settembru 2005 li taħtar lir-rikorrenti uffiċjal bi prova bi klassifikazzjoni fil-grad C*1, skala 2, u kull att sussegwenti u/jew relattiv, bħad-deċiżjoni li jitneħħa u li ma jingħatax mill-ġdid l-allowance segretarjali wara l-ħatra tagħha bħala uffiċjal permanenti

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

K. Kyriazi u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

(3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, intervenjent, għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 178, 29.07.2006, p. 43.


Top