EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006CO0438

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (il-Ħames Awla) tat-23 ta' Mejju 2007.
Otmar Greser vs Bundesagentur für Arbeit.
Talba għal deċiżjoni preliminari: Sozialgericht Würzburg - il-Ġermanja.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Inammissibbiltà manifesta.
Kawża C-438/06.

ECLI identifier: ECLI:EU:C:2007:294





Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-23 ta’ Mejju 2007 – Greser vs Bundesagentur für Arbeit

(Kawża C 438/06)

“Rinviju preliminari – Inammissibbiltà manifesta”

Domandi preliminari – Ammissibbiltà – Domandi magħmula mingħajr preċiżjoni suffiċjenti fuq il-kuntest fattwali u regolamentari (Artikolu 234 KE) (ara l-punti 6 -11)

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari – Sozialgericht Würzburg – Interpretazzjoni ta’ l-Artikolu 71(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, ta’ l-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni ta’ l-iskemi tas-sigurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU L 149, p. 2) – Kalkolu tal-benefiċċji tal-qgħad ta’ barklor fuq ix-xmara Rhine (“Rheinschiffer”) li matul l-aħħar impjieg tiegħu kien residenti fit-territorju ta’ Stat Membru li ma kienx l-Istat fejn kien impjegat u ma kienx jirritorna ħlief kull ġimagħtejn, skond il-kuntratt tax-xogħol tiegħu, fil-post tar-residenza tiegħu – Kwalifika ta’ dan il-ħaddiem bħala “ħaddiem fuq il-fruntiera” jew “ħaddiem, għajr ħaddiem fuq il-fruntiera”.

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari ppreżentata mis-Sozialgericht Würzburg, permezz ta’ deċiżjoni tat-28 ta’ Settembru 2006, hija manifestament inammissibbli.

Top