This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62006CJ0303
Judgment of the Court (Grand Chamber) of 17 July 2008.#S. Coleman v Attridge Law and Steve Law.#Reference for a preliminary ruling: Employment Tribunal, London South - United Kingdom.#Social policy - Directive 2000/78/EC - Equal treatment in employment and occupation - Articles 1, 2(1), (2)(a) and (3) and 3(1)(c) - Direct discrimination on grounds of disability - Harassment related to disability - Dismissal of an employee who is not himself disabled but whose child is disabled - Included - Burden of proof.#Case C-303/06.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-17 ta' Lulju 2008.
S. Coleman vs Attridge Law u Steve Law.
Talba għal deċiżjoni preliminari: Employment Tribunal, London South - ir-Renju Unit.
Politika soċjali - Direttiva 2000/78/KE - Ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol - Artikoli 1, 2(1), (2)(a) u (3) u 3(1)(ċ) - Diskriminazzjoni diretta fuq bażi ta’ diżabilità - Fastidju marbut mad-diżabilità - Sensja mogħtija lil impjegat li huwa stess m’għandux diżabilità, iżda li t-tifel tiegħu għandu diżabilità - Inklużjoni - Oneru tal-prova.
Kawża C-303/06.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-17 ta' Lulju 2008.
S. Coleman vs Attridge Law u Steve Law.
Talba għal deċiżjoni preliminari: Employment Tribunal, London South - ir-Renju Unit.
Politika soċjali - Direttiva 2000/78/KE - Ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol - Artikoli 1, 2(1), (2)(a) u (3) u 3(1)(ċ) - Diskriminazzjoni diretta fuq bażi ta’ diżabilità - Fastidju marbut mad-diżabilità - Sensja mogħtija lil impjegat li huwa stess m’għandux diżabilità, iżda li t-tifel tiegħu għandu diżabilità - Inklużjoni - Oneru tal-prova.
Kawża C-303/06.
ECLI identifier: ECLI:EU:C:2008:415
SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Awla Manja)
17 ta’ Lulju 2008 ( *1 )
“Politika soċjali — Direttiva 2000/78/KE — Trattament ugwali fl-impjieg u fix-xogħol — Artikoli 1, 2(1), (2)(a) u (3) u 3(1)(ċ) — Diskriminazzjoni diretta fuq bażi ta’ diżabbiltà — Fastidju marbut mad-diżabbiltà — Sensja mogħtija lil impjegat li m’għandux diżabbiltà, iżda li t-tifel tiegħu għandu diżabbiltà — Inklużjoni — Oneru tal-prova”
Fil-Kawża C-303/06,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 234 KE, imressqa mill-Employment Tribunal, London South (ir-Renju Unit), b’deċiżjoni tas-6 ta’ Lulju 2006, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-10 ta’ Lulju 2006, fil-kawża
S. Coleman
vs
Attridge Law,
Steve Law,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Awla Manja),
komposta minn V. Skouris, President, P. Jann, C. W. A. Timmermans, A. Rosas, K. Lenaerts u A. Tizzano, Presidenti tal-Awla, M. Ilešič, J. Klučka, A. Ó Caoimh (Relatur), T. von Danwitz u A. Arabadjiev, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: M. Poiares Maduro,
Reġistratur: L. Hewlett, Amministratur Prinċipali,
wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tad-9 ta’ Ottubru 2007,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
— |
għal S. Coleman, minn R. Allen, QC, u P. Michell, barrister, |
— |
għall-Gvern tar-Renju Unit, minn V. Jackson, bħala aġent, assistita minn N. Paines, QC, |
— |
għall-Gvern Grieg, minn K. Georgiadis u Z. Chatzipavlou, bħala aġenti, |
— |
għall-Irlanda, minn N. Travers, BL, |
— |
għall-Gvern Taljan, minn I. M. Braguglia, bħala aġent, assistit minn W. Ferrante, avvocato dello Stato, |
— |
għal-Gvern Litwan, minn D. Kriaučiūnas, bħala aġent, |
— |
għall-Gvern Olandiż, minn H. G. Sevenster u C. ten Dam, bħala aġenti, |
— |
għall-Gvern Żvediż, minn A. Falk, bħala aġent, |
— |
għall-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, minn J. Enegren u N. Yerrell, bħala aġenti, |
wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-31 ta’ Jannar 2008,
tagħti l-preżenti
Sentenza
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament [trattament ugwali] fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU L 303, p. 16). |
2 |
Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn S. Coleman, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali, u Attridge Law, uffiċċju ta’ avukati, u soċju f’dan l-uffiċċju, S. Law, (iktar ’il quddiem, flimkien, “min kien jimpjegaha”), dwar is-sensja impliċita li hija ssostni li ġarrbet. |
Il-kuntest ġuridiku
Il-leġiżlazzjoni Komunitarja
3 |
Id-Direttiva 2000/78 ġiet adottata abbażi tal-Artikolu 13 KE. Is-sitt, il-ħdax, is-sittax, is-sbatax, l-għoxrin, is-sebgħa u għoxrin, il-wieħed u tletin u s-sebgħa u tletin premessi ta’ din id-direttiva jaqraw kif ġej:
[…]
[…]
[…]
[…]
[…]
[…]
|
4 |
Skont l-Artikolu 1 tagħha, l-iskop tad-Direttiva 2000/78 “huwa li tniżżel parametru [tistabbilixxi qafas] ġenerali biex tikkumbatti [d-]diskriminazzjoni fuq bażi ta’ reliġjon jew twemmin, diżabilità, età jew orjentazzjoni sesswali f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-impjieg u x-xogħol, bi skop li timplimenta fl-Istati Membri il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament”. |
5 |
Fl-Artikolu 2(1) sa (3) tagħha, intitolat “Il-kunċett ta’ diskriminazzjoni”, l-imsemmija direttiva tgħid: “1. Għall-iskop ta’ din id-Direttiva, ‘il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament’ għandu jfisser li m’għandux ikun hemm diskriminazzjoni diretta jew indiretta għall-ebda raġuni msemmija fl-Artikolu 1. 2. Għall-iskopijiet tal-paragrafu 1:
3. Il-molestji għandhom jitqiesu [Il-fastidju għandu jitqies] bħala forma ta’ diskriminazzjoni fis-sens tal-paragrafu 1, meta kondotta mhux xierqa għar-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 1 tavvera ruħha bl-iskop li tnaqqas id-dinjità ta’ persuna u li tikkrea ambjent ta’ biza’, ostili, degradanti, umiljanti, jew offensiv. F’dan il-kuntest, il-kunċett ta’ molestja [fastidju] jista’ jkun definit skond il-liġijiet u l-prattika nazzjonali ta’ l-Istati Membri. […]” |
6 |
Skont l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2000/78: “Fil-limiti tal-kompetenzi konferiti lill-Komunità, din id-Direttiva għandha tapplika għall-persuni kollha, kemm fis-settur pubbliku kif ukoll f’dak privat, inklużi korpi pubbliċi, f’dak li jirrigwarda: […]
[…]” |
7 |
Fl-Artikolu 5 tagħha, intitolat “Akkomodazzjoni raġjonevoli għal persuni b’dizabilità”, l-imsemmija direttiva tipprovdi: “Sabiex tiġi ggarantita konformità mal-prinċipju ta’ l-ugwaljanza fit-trattament fir-rigward ta’ persuni b’diżabilitajiet, għandha tiġi pprovduta akkomodazzjoni raġonevoli. Dan ifisser li dawk li jħaddmu għandhom jieħdu mizuri approprjati, meta meħtieġa f’każ partikulari, biex jippermettu persuna b’diżabilità li jkollha aċċess għal, u tipparteċipa fil-, jew tavvanza fl-impjieg, jew titħarreġ, sakemm dawn il-miżuri ma jimponux piż sproporzjonat fuq min iħaddem. […]” |
8 |
L-Artikolu 7 tal-istess direttiva, intitolat “Azzjoni pożittiva u miżuri speċifiċi”, jaqra kif ġej: “1. Bi skop li tiġi żgurata l-ugwaljanza kompleta fil-prattika, il-prinċipju ta’ l-ugwaljanza fit-trattament m’għandux iżomm lil Stat Membru milli jikkonserva jew jadotta miżuri speċifiċi biex jipprevjeni jew jikkompensa għal żvantaggi marbuta ma’ xi waħda mill-bażijiet imsemmija fl-Artikolu 1. 2. Fir-rigward ta’ persuni b’diżabilità, il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament m’għandux jippreġudika d-dritt ta’ l-Istati Membri li jikkonservaw jew li jadottaw dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol jew miżuri mmirati biex jikkreaw jew iżommu dispożizzjonijiet jew faċilitajiet għas-salvagwardja jew promozzjoni ta’ l-integrazzjoni tagħhom fid-dinja tax-xogħol.” |
9 |
L-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 2000/78, intitolat “Il-piż [oneru] tal-prova”, jipprovdi: “1. L-Istati Membri għandhom jieħdu dawk il-miżuri li huma neċessarji, skond is-sistemi nazzjonali ġudizzjarji tagħhom, biex jiżguraw li, meta persuni li jikkunsidraw lilhom infushom milquta ħażin minħabba li l-prinċipju ta’ l-ugwaljanza fit-trattament ma ġiex applikat lilhom, jippruvaw quddiem qorti jew awtorità kompetenti oħra, fatti li minnhom wieħed jista’ jippresumi li kien hemm diskriminazzjoni diretta jew indiretta, il-prova li ma kienx hemm ksur [tal-] prinċipju ta’ l-ugwaljanza fit-trattament tgħaddi fuq il-konvenut. 2. Il-paragrafu 1 m’għandux jipprevjeni l-Istati Membri milli jintroduċu regoli ta’ prova li huma aktar favorevoli għal min jagħmel l-ilment.” |
10 |
Skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 18 tad-Direttiva 2000/78, l-Istati Membri kellhom jadottaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ruħhom ma’ din id-direttiva sa mhux aktar tard mit-2 ta’ Diċembru 2003. Madankollu, skont it-tieni paragrafu tal-imsemmi artikolu: “Sabiex jittieħed kont ta’ kondizzjonijiet partikolari, l-Istati Membri jistgħu, jekk neċessarju, jkollhom perijodu addizzjonali ta’ 3 snin mit-2 ta’ Diċembru 2003, jiġifieri total ta’ 6 snin, biex jimplimentaw id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva dwar diskriminazzjoni fuq bażi ta’ età u ta’ diżabilità. F’dak il-kaz għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni minnufih. Kull Stat Membru li jagħżel li juża dan il-perijodu addizzjonali għandu kull sena jirrapporta lill-Kummissjoni dwar il-passi li qed jieħu biex jiġġieled id-diskriminazzjoni fuq bażi ta’ età u diżabilità u dwar il-progress li jkun qed jagħmel lejn l-implimentazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta kull sena lill-Kunsill.” |
11 |
Billi r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq talab li jibbenefika minn tali perijodu addizzjonali għat-traspożizzjoni tal-imsemmija direttiva, dan il-perijodu skada biss fit-2 ta’ Diċembru 2006 fir-rigward ta’ dan l-Istat Membru. |
Il-leġiżlazzjoni nazzjonali
12 |
L-Att tal-1995 dwar id-Diskriminazzjoni fuq bażi ta’ Diżabbiltà (Disability Discrimination Act 1995, iktar ’il quddiem id-“DDA”), huwa essenzjalment intiż sabiex jirrendi illegali t-twettiq, fil-konfront tal-persuni b’diżabbiltà, ta’ kull diskriminazzjoni marbuta, b’mod partikolari, mal-impjieg. |
13 |
It-tieni parti tad-DDA, li tirregola l-kwistjonijiet dwar l-impjieg, ġiet emendata, sabiex tiġi trasposta d-Direttiva 2000/78 fis-sistema legali tar-Renju Unit, bir-Regolamenti tal-2003 li jemendaw l-Att tal-1995 dwar id-Diskriminazzjoni fuq bażi ta’ Diżabbiltà [Disability Discrimination Act 1995 (Amendment) Regulations 2003], li daħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Ottubru 2004. |
14 |
Skont l-Artikolu 3A(1) tad-DDA, kif emendat bl-imsemmija Regolamenti tal-2003 (iktar ’il quddiem id-“DDA tal-2003”): “[…] persuna tiddiskrimina kontra persuna b’diżabbiltà jekk:
|
15 |
L-Artikolu 3A(4) tad-DDA tal-2003 madankollu jispeċifika li t-trattament mogħti lil persuna b’diżabbiltà b’ebda mod ma jista’ jkun iġġustifikat jekk jammonta għal diskriminazzjoni diretta fis-sens tal-Artikolu 3A(5), dispożizzjoni li skontha: “Persuna tiddiskrimina direttament kontra persuna b’diżabbiltà jekk, minħabba d-diżabbiltà li minnha ssofri l-persuna b’diżabbiltà, hija tittratta lill-persuna b’diżabbiltà b’mod inqas favorevoli milli tittratta jew kienet tittratta persuna li m’għandhiex din id-diżabbiltà partikolari u li l-karatteristiċi rilevanti tagħha, inklużi l-kapaċitajiet tagħha, huma l-istess bħal dawk tal-persuna b’diżabbiltà jew mhumiex differenti minnhom b’mod sinjifikattiv.” |
16 |
Il-kunċett ta’ fastidju huwa ddefinit kif ġej fl-Artikolu 3B tad-DDA tal-2003: “(1) […] persuna tissuġġetta lil persuna b’diżabbiltà għal fastidju meta, għal raġuni marbuta għad-diżabbiltà li minnha ssofri l-persuna b’diżabbiltà, hija tadotta imġiba mhux xierqa li jkollha l-għan jew l-effett li:
(2) Imġiba titqies li għandha l-effett imsemmi fis-subparagrafi (a) jew (b) tal-paragrafu (1) biss jekk, fid-dawl taċ-ċirkustanzi kollha, u b’mod partikolari fid-dawl ta’ dak li tħoss il-persuna b’diżabbiltà, għandu raġonevolment jitqies li hija għandha tali effett.” |
17 |
Skont l-Artikolu 4(2)(d) tad-DDA tal-2003, huwa illegali għal min iħaddem li jiddiskrimina kontra persuna b’diżabbiltà li huwa jimpjega billi jagħtiha s-sensja jew billi jissuġġettaha għal xi detriment ieħor. |
18 |
L-Artikolu 4(3)(a) u (b) tad-DDA tal-2003 jipprovdi li huwa wkoll illegali għal min iħaddem, meta jaġixxi f’din il-kapaċità, li jissuġġetta għal fastidju lil persuna b’diżabbiltà li huwa jimpjega jew li tkun applikat sabiex huwa jimpjegaha. |
Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari
19 |
S. Coleman ħadmet għal min kien jimpjegaha mix-xahar ta’ Jannar tas-sena 2001 bħala segretarja legali. |
20 |
Matul is-sena 2002, hija welldet tifel li jsofri minn attakki ta’ apnea kif ukoll minn laryngomalacia u bronchomalacia konġenitali. L-istat ta’ binha jeħtieġ kura speċjalizzata u partikolari. Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali tagħtih il-parti l-kbira tal-kura li huwa għandu bżonn. |
21 |
Fl-4 ta’ Marzu 2005, S. Coleman aċċettat s-sensja volontarja minħabba redundancy (“voluntary redundancy”), li temmet il-kuntratt tagħha ma’ min kien jimpjegaha. |
22 |
Fit-30 ta’ Awwissu 2005, hija ressqet rikors quddiem l-Employment Tribunal, London South, li fih issostni li hija kienet vittma ta’ sensja impliċita (“unfair constructive dismissal”) u ta’ trattament inqas favorevoli minn dak mogħti lill-impjegati l-oħra, minħabba l-fatt li hija għandha r-responsabbiltà prinċipali li tieħu ħsieb tifel b’diżabbiltà. Hija tallega li dan it-trattament ġiegħlha tieqaf taħdem għal min kien jimpjegaha. |
23 |
Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li ċ-ċirkustanzi rilevanti tal-kawża prinċipali għadhom ma ġewx kompletament stabbiliti, billi d-domandi preliminari tqajmu biss f’fażi preliminari. Fil-fatt, il-qorti tar-rinviju s-sospendiet il-proċeduri dwar il-parti tar-rikors li tikkonċerna s-sensja ta’ S. Coleman, iżda, fis-17 ta’ Frar 2006, hija żammet udjenza preliminari għall-eżami tal-motiv ibbażat fuq id-diskriminazzjoni. |
24 |
Id-domanda preliminari mqajma quddiem l-imsemmija qorti hija dwar jekk ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali tistax tibbaża ruħha fuq id-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali, b’mod partikolari dawk li huma intiżi sabiex jittrasponu d-Direttiva 2000/78, sabiex tinvoka kontra min kien jimpjegaha d-diskriminazzjoni li hija tqis li twettqet fil-konfront tagħha, fis-sens li hija kienet vittma ta’ trattament sfavorevoli marbut mad-diżabbiltà li minnha jsofri binha. |
25 |
Mit-termini tad-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li, jekk l-interpretazzjoni tad-Direttiva 2000/78 kellha tkun kuntrarja għal dik ipprospettata minn S. Coleman, id-dritt nazzjonali jipprekludi li tintlaqa’ t-talba mressqa minn din tal-aħħar quddiem il-qorti tar-rinviju. |
26 |
Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta wkoll li, skont il-liġi tar-Renju Unit, f’udjenza preliminari li tirrigwarda punt ta’ liġi, il-qorti tar-rinviju tippreżumi li l-fatti seħħew kif ikun intqal mir-rikorrent. Fil-kawża prinċipali, il-fatti tal-kawża huma preżunti li huma s-segwenti:
|
27 |
Billi kkunsidra li l-kawża pendenti quddiemu tinvolvi kwistjonijiet ta’ interpretazzjoni tad-dritt Komunitarju, l-Employment Tribunal, London South, iddeċieda li jissospendi l-proċeduri u jagħmel id-domandi preliminari li ġejjin lill-Qorti tal-Ġustizzja:
|
Fuq l-ammissibbiltà
28 |
Filwaqt li jikkunsidra li d-domandi magħmula mill-qorti tar-rinviju huma bbażati fuq kontroversja vera u proprja, il-Gvern Olandiż qajjem dubji dwar l-ammissibbiltà tar-rinviju għal deċiżjoni preliminari minħabba l-fatt li, billi dawn huma domandi preliminari mqajma waqt udjenza preliminari, iċ-ċirkustanzi kollha tal-kawża għadhom ma ġewx stabbiliti. Huwa josserva li, f’tali udjenza preliminari, il-qorti nazzjonali tippreżumi li l-fatti seħħew kif intqal mir-rikorrenti. |
29 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi mfakkar li l-Artikolu 234 KE jistabbilixxi l-qafas għal kooperazzjoni stretta bejn il-qrati nazzjonali u l-Qorti tal-Ġustizzja, ibbażata fuq tqassim ta’ funzjonijiet bejniethom. Mit-tieni paragrafu ta’ dan l-artikolu jirriżulta ċar li hija l-qorti nazzjonali li għandha tiddeċiedi f’liema stadju tal-proċeduri jeħtieġ, għal dik il-qorti, li tressaq domanda preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja (ara s-sentenzi tal-10 ta’ Marzu 1981, Irish Creamery Milk Suppliers Association et, 36/80 u 71/80, Ġabra p. 735, punt 5, u tat-30 ta’ Marzu 2000, JämO, C-236/98, Ġabra p. I-2189, punt 30). |
30 |
Fil-kawża prinċipali, għandu jiġi osservat li l-qorti tar-rinviju kkonstatat li, kieku l-Qorti tal-Ġustizzja kellha tinterpreta d-Direttiva 2000/78 f’sens li ma jikkorrispondix għal dak ipprospettat minn S. Coleman, din tal-aħħar ma tistax tirbaħ il-kawża fil-mertu. Għalhekk, il-qorti nazzjonali ddeċidiet, kif tippermettilha l-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit, li teżamina l-kwistjoni jekk din id-direttiva għandhiex tiġi interpretata fis-sens li hija applikabbli għas-sensja ta’ impjegat li jinsab f’sitwazzjoni bħal dik ta’ S. Coleman qabel ma tistabbilixxi jekk, fil-fatt, din tal-aħħar kinitx vittma ta’ trattament sfavorevoli jew ta’ fastidju. Kien għalhekk li d-domandi preliminari saru abbażi tal-preżunzjoni li l-fatti tal-kawża prinċipali huma kif miġbura fil-qosor fil-punt 26 ta’ din is-sentenza. |
31 |
Ladarba l-Qorti tal-Ġustizzja għalhekk għandha quddiemha talba għall-interpretazzjoni tad-dritt Komunitarju li mhijiex manifestament bla rabta mar-realtà jew mas-suġġett tal-kawża prinċipali u għandha l-informazzjoni neċessarja sabiex tirrispondi b’mod utli għad-domandi li sarulha, dwar l-applikabbiltà tad-Direttiva 2000/78 għal din il-kawża, hija għandha tirrispondi għalihom mingħajr ma tkun meħtieġa tikkunsidra hija stess il-preżunzjoni ta’ fatti li fuqhom ibbażat ruħha l-qorti tar-rinviju, preżunzjoni li hija din tal-aħħar li sussegwentement għandha tivverifika jekk dan ikun neċessarju (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-27 ta’ Ottubru 1993, Enderby, C-127/92, Ġabra p. I-5535, punt 12). |
32 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-talba għal deċiżjoni preliminari għandha titqies li hija ammissibbli. |
Fuq id-domandi preliminari
Fuq l-ewwel parti tal-ewwel domanda u fuq it-tieni u t-tielet domandi
33 |
Permezz ta’ dawn id-domandi, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi essenzjalment jekk id-Direttiva 2000/78 u, b’mod partikolari, l-Artikoli 1 u 2(1) u (2)(a) tagħha, għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprojbixxu d-diskriminazzjoni diretta fuq bażi ta’ diżabbiltà biss fil-konfront ta’ impjegat li huwa stess għandu diżabbiltà jew jekk il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattatment u l-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni diretta japplikawx ukoll għal impjegat li huwa stess m’għandux diżabbiltà, iżda li, bħal fil-kawża prinċipali, huwa vittma ta’ trattament sfavorevoli minħabba d-diżabbiltà li minnha jsofri t-tifel tiegħu, li lilu huwa stess jagħti l-parti l-kbira tal-kura li teħtieġ il-kundizzjoni tiegħu. |
34 |
L-Artikolu 1 tad-Direttiva 2000/78 jidentifika l-għan ta’ din tal-aħħar bħala li huwa li jiġi stabbilit, f’dak li għandu x’jaqsam mal-impjieg u x-xogħol, qafas ġenerali biex tiġi kkumbattuta d-diskriminazzjoni fuq bażi ta’ reliġjon jew twemmin, diżabbiltà, età jew orjentazzjoni sesswali. |
35 |
L-Artikolu 2(1) tal-istess direttiva jiddefinixxi l-prinċipju ta’ trattament ugwali bħala li m’għandux ikun hemm diskriminazzjoni diretta jew indiretta għall-ebda raġuni msemmija fl-imsemmi Artikolu 1, inkluża għalhekk id-diżabbiltà. |
36 |
Skont l-Artikolu 2(2)(a), għandu jitqies li jkun hemm diskriminazzjoni diretta meta persuna tiġi trattata b’mod inqas favorevoli milli hija, kienet jew kienet tiġi trattata oħra f’sitwazzjoni simili, fuq il-bażi, b’mod partikolari, ta’ diżabbiltà. |
37 |
Skont l-Artikolu 3(1)(ċ) tagħha, id-Direttiva 2000/78 għandha tapplika, fil-limiti tal-kompetenzi konferiti lill-Komunità, għall-persuni kollha, kemm fis-settur pubbliku kif ukoll f’dak privat, inklużi korpi pubbliċi, f’dak li jirrigwarda l-kundizzjonijiet tal-impjieg u tax-xogħol, inklużi sensji u paga. |
38 |
Għaldaqstant, mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2000/78 ma jirriżultax li l-prinċipju ta’ trattament ugwali li hija tfittex li tiggarantixxi huwa limitat għall-persuni li huma stess għandhom diżabbiltà fis-sens ta’ din id-direttiva. Għall-kuntrarju, l-għan ta’ din tal-aħħar, f’dak li jirrigwarda l-impjieg u x-xogħol, huwa li tikkumbatti kull forma ta’ diskriminazzjoni fuq bażi ta’ diżabbiltà. Fil-fatt, il-prinċipju ta’ trattament ugwali stabbilit fl-imsemmija direttiva f’dan il-qasam japplika mhux għal kategorija ta’ persuni partikolari, iżda abbażi tar-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 1 tagħha. Din l-interpretazzjoni hija kkorroborata bil-kliem użat fl-Artikolu 13 KE, dispożizzjoni li tikkostitwixxi l-bażi legali tad-Direttiva 2000/78, li tagħti kompetenza lill-Komunità sabiex tieħu l-azzjoni xierqa biex tiġġieled id-diskriminazzjoni li tkun ibbażata, b’mod partikolari, fuq id-diżabbiltà. |
39 |
Huwa minnu li d-Direttiva 2000/78 fiha numru ta’ dispożizzjonijiet li huma applikabbli biss, kif jirriżulta mit-termini tagħhom stess, għall-persuni b’diżabbiltà. Fil-fatt, l-Artikolu 5 tagħha jispeċifika li, sabiex tiġi ggarantita konformità mal-prinċipju ta’ trattament ugwali fir-rigward ta’ persuni b’diżabbiltà, għandha tiġi pprovduta akkomodazzjoni raġonevoli. Dan ifisser li dawk li jħaddmu għandhom jieħdu mizuri approprjati, meta meħtieġa f’każ partikulari, biex jippermettu persuna b’diżabbiltà li jkollha aċċess għal, u tipparteċipa fil-, jew tavvanza fl-impjieg, jew titħarreġ, sakemm dawn il-miżuri ma jimponux piż sproporzjonat fuq min iħaddem. |
40 |
L-Artikolu 7(2) tal-imsemmija direttiva jipprovdi wkoll li, fir-rigward ta’ persuni b’diżabbiltà, il-prinċipju ta’ trattament ugwali m’għandux jippreġudika d-dritt tal-Istati Membri li jikkonservaw jew li jadottaw dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol jew miżuri mmirati biex jikkreaw jew iżommu dispożizzjonijiet jew faċilitajiet għas-salvagwardja jew promozzjoni tal-integrazzjoni ta’ dawn il-persuni fid-dinja tax-xogħol. |
41 |
Il-Gvern tar-Renju Unit kif ukoll il-Gvern Grieg, il-Gvern Taljan u l-Gvern Olandiż isostnu, fid-dawl kemm tad-dispożizzjonijiet imsemmija fiż-żewġ punti preċedenti kif ukoll tas-sittax, tas-sbatax u tas-sebgħa u għoxrin premessi tad-Direttiva 2000/78, li l-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni diretta prevista f’din tal-aħħar ma tistax tiġi interpretata fis-sens li tkopri sitwazzjoni bħal dik tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali, billi din tal-aħħar m’għandhiex diżabbiltà hija stess. Jistgħu jibbażaw ruħhom fuq id-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva biss il-persuni li, f’sitwazzjoni komparabbli ma’ dik ta’ persuni oħra, huma ttrattati b’mod inqas favorevoli jew jitqiegħdu f’sitwazzjoni żvantaġġuża minħabba karatteristiċi li huma tagħhom stess. |
42 |
Madankollu, għandu jiġi rrilevat f’dan ir-rigward li l-fatt li d-dispożizzjonijiet imsemmija fil-punti 39 u 40 ta’ din is-sentenza jkopru speċifikament il-persuni li għandhom diżabbiltà jirriżulta mill-fatt li dawn huma dispożizzjonijiet li jirrigwardaw miżuri ta’ diskriminazzjoni pożittiva favur il-persuna b’diżabbiltà nfisha, jew miżuri speċifiċi li jkunu irrilevanti għal kollox jew li jistgħu jkunu sproporzjonati li kieku ma kinux limitati biss għall-persuni li għandhom diżabbiltà. Kif jirriżulta mis-sittax u mill-għoxrin premessi ta’ din id-direttiva, dawn huma miżuri biex jakkomodaw il-bżonnijiet ta’ persuni b’diżabbiltà fuq il-post tax-xogħol u biex jadattaw il-post tax-xogħol għad-diżabbiltà ta’ dawn tal-aħħar. Għalhekk tali miżuri jfittxu speċifikament li jippermettu u li jippromwovu l-integrazzjoni tal-persuni b’diżabbiltà fid-dinja tax-xogħol u, għal din ir-raġuni, jistgħu jikkonċernaw biss dawn il-persuni u l-obbligi ta’ min jimpjegahom u, jekk ikun il-każ, tal-Istati Membri fir-rigward tagħhom. |
43 |
Għaldaqstant, il-fatt li d-Direttiva 2000/78 tinkludi dispożizzjonijiet li jfittxu li jieħdu speċifikament inkunsiderazzjoni l-bżonnijiet ta’ persuni b’diżabbiltà ma jippermettix li jiġi konkluż li l-prinċipju ta’ trattament ugwali li hija tistabbilixxi għandu jiġi interpretat b’mod restrittiv, jiġifieri b’mod li jipprojbixxi biss id-diskriminazzjoni diretta fuq bażi ta’ diżabbiltà u li jkopri esklużivament il-persuni b’diżabbiltà nfushom. Barra minn hekk, billi s-sitt premessa ta’ din id-direttiva ssemmi l-Karta Komunitarja tad-Drittijiet Soċjali Fundamentali tal-Ħaddiema, hija tirreferi kemm għall-ġlieda ġenerali kontra kull forma ta’ diskriminazzjoni kif ukoll għall-bżonn li tittieħed azzjoni approprjata għall-integrazzjoni soċjali u ekonomika ta’ persuni b’diżabbiltà. |
44 |
Il-Gvern tar-Renju Unit, il-Gvern Taljan u l-Gvern Olandiż isostnu wkoll li interpretazzjoni restrittiva tal-portata ratione personae tad-Direttiva 2000/78 tirriżulta mis-sentenza tal-11 ta’ Lulju 2006, Chacón Navas (C-13/05, Ġabra p. I-6467). Skont il-Gvern Taljan, fl-imsemmija sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja adottat interpretazzjoni restrittiva tal-kunċett ta’ diżabbiltà u tar-rilevanza tiegħu fir-relazzjoni ta’ impjieg. |
45 |
Fis-sentenza Chacón Navas, iċċitata iktar ’il fuq, il-Qorti tal-Ġustizzja ddefiniet il-kunċett ta’ diżabbiltà u, fil-punti 51 u 52 tal-imsemmija sentenza, hija kkunsidrat li l-projbizzjoni, fil-qasam tas-sensji, tad-diskriminazzjoni fuq bażi ta’ diżabbiltà, stabbilita fl-Artikoli 2(1) u 3(1)(ċ) tad-Direttiva 2000/78, tipprekludi sensja fuq bażi ta’ diżabbiltà li, fid-dawl tal-obbligu li tiġi pprovduta akkomodazzjoni raġonevoli għal persuni b’diżabbiltà, mhijiex iġġustifikata mill-fatt li l-persuna kkonċernata la hija kompetenti, la hija kapaċi u lanqas hija disponibbli biex taqdi l-funzjonijiet essenzjali tax-xogħol tagħha. Madankollu, minn tali interpretazzjoni ma jirriżultax li l-prinċipju ta’ trattament ugwali iddefinit fl-Artikolu 2(1) ta’ din l-istess direttiva u l-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni diretta prevista fl-Artikolu 2(2)(a) ma jistgħux japplikaw għal sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali meta t-trattament sfavorevoli li impjegat jallega li ġarrab ikun ibbażat fuq id-diżabbiltà li minnha jsofri t-tifel tiegħu, li lilu huwa jagħti l-parti l-kbira tal-kura li teħtieġ il-kundizzjoni tiegħu. |
46 |
Fil-fatt, għalkemm, fil-punt 56 tas-sentenza Chacón Navas, iċċitata iktar ’il fuq, il-Qorti tal-Ġustizzja speċifikat li l-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2000/78 ma jistax, fid-dawl tal-kliem użat fl-Artikolu 13 KE, jiġi estiż lil hinn mid-diskriminazzjoni bbażata fuq ir-raġunijiet elenkati b’mod eżawrjenti fl-Artikolu 1 ta’ din tal-aħħar, b’mod li persuna li ngħatat is-sensja minn min jimpjegaha esklużivament minħabba mard ma taqax fil-qafas ġenerali stabbilit bid-Direttiva 2000/78, hija madankollu ma ddeċidietx li l-prinċipju ta’ trattament ugwali u l-portata ratione personae ta’ din id-direttiva għandhom, fir-rigward ta’ dawn ir-raġunijiet, jiġu interpretati b’mod restrittiv. |
47 |
Fir-rigward tal-għanijiet li d-Direttiva 2000/78 tfittex li tilħaq, din tal-aħħar tfittex li tistabbilixxi, kif jirriżulta mill-punti 34 u 38 ta’ din is-sentenza, qafas ġenerali biex, f’dak li għandu x’jaqsam mal-impjieg u x-xogħol, tiġi kkumbattuta d-diskriminazzjoni bbażata fuq xi waħda mir-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 1 ta’ din id-direttiva, fosthom, b’mod partikolari, id-diżabbiltà, u dan bl-iskop li jiġi implementat, fl-Istati Membri, il-prinċipju ta’ trattament ugwali. Mis-sebgħa u tletin premessa tagħha jirriżulta li din id-direttiva għandha wkoll l-għan li fil-Komunità jinħoloq kamp ekwu fir-rigward tal-ugwaljanza fl-impjieg u fix-xogħol. |
48 |
Kif isostnu S. Coleman, il-Gvern Litwan, il-Gvern Żvediż u l-Kummissjoni, l-imsemmija għanijiet, kif ukoll l-effett utli tad-Direttiva 2000/78, jiġu kompromessi jekk impjegat li jsib ruħu f’sitwazzjoni bħal dik tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali ma jkunx jista’ jibbaża ruħu fuq il-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni diretta prevista fl-Artikolu 2(2)(a) ta’ din id-direttiva meta jkun ġie pprovat li huwa ġie ttrattat b’mod inqas favorevoli milli huwa, kien jew kien jiġi ttrattat impjegat ieħor f’sitwazzjoni komparabbli, minħabba d-diżabbiltà tat-tifel tiegħu, u dan minkejja li dan l-impjegat m’għandux diżabbiltà huwa stess. |
49 |
F’dan ir-rigward, mill-ħdax-il premessa tal-imsemmija direttiva jirriżulta li l-leġiżlatur Komunitarju wkoll ikkunsidra li d-diskriminazzjoni bbażata fuq reliġjon jew twemmin, diżabbiltà, età jew orjentazzjoni sesswali tista’ tikkomprometti t-twettiq tal-miri tat-Trattat, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda l-impjieg. |
50 |
Issa għalkemm, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, il-persuna li kienet is-suġġett ta’ diskriminazzjoni diretta fuq bażi ta’ diżabbiltà m’għandhiex diżabbiltà hija stess, jibqa’ l-fatt li hija tabilħaqq id-diżabbiltà li, skont S. Coleman, tikkostitwixxi r-raġuni għat-trattament inqas favorevoli li tiegħu hija tallega li kienet vittma. Kif jirriżulta mill-punt 38 ta’ din is-sentenza, id-Direttiva 2000/78, li tfittex, f’dak li jirrigwarda l-impjieg u x-xogħol, li tikkumbatti kull forma ta’ diskriminazzjoni fuq bażi ta’ diżabbiltà, tapplika mhux għal kategorija ta’ persuni partikolari, iżda abbażi tar-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 1 tagħha. |
51 |
Meta jiġi stabbilit li impjegat li jinsab f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali huwa vittma ta’ diskriminazzjoni diretta fuq bażi ta’ diżabbiltà, interpretazzjoni tad-Direttiva 2000/78 li tillimita l-applikazzjoni ta’ din tal-aħħar biss għall-persuni li huma stess għandhom diżabbiltà tista’ ċċaħħad lil din id-direttiva minn parti sinjifikattiva mill-effett utli tagħha u tnaqqas il-protezzjoni li hija intiża li tiggarantixxi. |
52 |
F’dak li jirrigwarda l-oneru tal-prova applikabbli f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għandu jiġi mfakkar li, skont l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 2000/78, l-Istati Membri għandhom jieħdu dawk il-miżuri li huma neċessarji, skont is-sistemi nazzjonali ġudizzjarji tagħhom, biex jiżguraw li, meta persuni li jikkunsidraw lilhom infushom milquta ħażin minħabba li l-prinċipju ta’ trattament ugwali ma ġiex applikat lilhom, jipprovaw quddiem qorti jew awtorità kompetenti oħra, fatti li minnhom wieħed jista’ jippreżumi li kien hemm diskriminazzjoni diretta jew indiretta, il-prova li ma kienx hemm ksur tal-imsemmi prinċipju tgħaddi fuq il-konvenut. Skont l-Artikolu 10(2), l-Artikolu 10(1) m’għandux jipprevjeni l-Istati Membri milli jintroduċu regoli dwar l-oneru tal-prova li huma aktar favorevoli għal min jagħmel l-ilment. |
53 |
Fil-kawża prinċipali, hija għalhekk S. Coleman li, skont l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 2000/78, għandha tipprova quddiem il-qorti tar-rinviju fatti li minnhom wieħed jista’ jippreżumi li kien hemm diskriminazzjoni diretta fuq bażi ta’ diżabbiltà pprojbita b’din id-direttiva. |
54 |
Skont din id-dispożizzjoni tal-aħħar tad-Direttiva 2000/78 u l-wieħed u tletin premessa ta’ din tal-aħħar, ir-regoli dwar l-oneru tal-prova għandhom jiġu adattati meta jkun hemm każ prima facie ta’ diskriminazzjoni. Fil-każ li S. Coleman tipprova fatti li minnhom wieħed jista’ jippreżumi li kien hemm diskriminazzjoni diretta, l-implementazzjoni effettiva tal-prinċipju ta’ trattament ugwali teħtieġ li l-oneru tal-prova jaqa’ fuq il-konvenuti fil-kawża prinċipali, li jkollhom jipprovaw li ma kienx hemm ksur tal-imsemmi prinċipju. |
55 |
F’dan il-kuntest, l-imsemmija konvenuti jistgħu jikkontestaw l-eżistenza ta’ tali ksur billi jipprovaw b’kull mezz legali, b’mod partikolari, li t-trattament li għalih kien suġġett l-impjegat huwa ġġustifikat minn fatturi oġġettivi u estranji għal kull diskriminazzjoni fuq bażi ta’ diżabbiltà u għal kull relazzjoni li dan l-impjegat għandu ma’ persuna b’diżabbiltà. |
56 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta li għandha tingħata għall-ewwel parti tal-ewwel domanda u għat-tieni u t-tielet domandi għandha tkun li d-Direttiva 2000/78 u, b’mod partikolari, l-Artikoli 1 u 2(1) u (2)(a) tagħha, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni diretta li huma jistabbilixxu mhijiex limitata biss għal persuni li huma stess għandhom diżabbiltà. Meta min iħaddem jittratta impjegat li huwa stess m’għandux diżabbiltà b’mod inqas favorevoli milli huwa, kien jew kien jiġi ttrattat impjegat ieħor f’sitwazzjoni komparabbli u jiġi pprovat li t-trattament sfavorevoli li tiegħu dan l-impjegat ikun vittma jkun ibbażat fuq id-diżabbiltà tat-tifel tiegħu, li lilu huwa jagħti l-parti l-kbira tal-kura li dan tal-aħħar għandu bżonn, tali trattament jmur kontra l-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni diretta prevista fl-imsemmi Artikolu 2(2)(a). |
Fuq it-tieni parti tal-ewwel domanda u fuq ir-raba’ domanda
57 |
Permezz ta’ dawn id-domandi, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi essenzjalment jekk id-Direttiva 2000/78 u, b’mod partikolari, l-Artikoli 1 u 2(1) u (3) tagħha, għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprojbixxu l-fastidju marbut mad-diżabbiltà biss fil-konfront ta’ impjegat li huwa stess għandu diżabbiltà jew jekk il-projbizzjoni tal-fastidju tapplikax ukoll għal impjegat li huwa stess m’għandux diżabbiltà, iżda li, bħal fil-kawża prinċipali, huwa vittma ta’ imġiba mhux xierqa li tikkostitwixxi fastidju marbut mad-diżabbiltà li minnha jsofri t-tifel tiegħu, li lilu huwa stess jagħti l-parti l-kbira tal-kura li teħtieġ il-kundizzjoni tiegħu. |
58 |
Billi, skont l-Artikolu 2(3) tad-Direttiva 2000/78, il-fastidju għandu jitqies bħala forma ta’ diskriminazzjoni fis-sens tal-Artikolu 1(1), għandu jiġi rrilevat li, għall-istess raġunijiet esposti fil-punti 34 sa 51 ta’ din is-sentenza, din id-direttiva u, b’mod partikolari, l-Artikoli 1 u 2(1) u (3) tagħha, għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma ma jillimitawx ruħhom li jipprojbixxu l-fastidju fil-konfront ta’ persuni li huma stess m’għandhomx diżabbiltà. |
59 |
Meta jiġi pprovat li l-imġiba mhux xierqa li tikkostitwixxi fastidju li jkun sofra impjegat, li huwa stess m’għandux diżabbiltà, hija marbuta mad-diżabbiltà tat-tifel tiegħu, li lilu jagħti l-parti l-kbira tal-kura li dan tal-aħħar għandu bżonn, tali imġiba tmur kontra l-prinċipju ta’ trattament ugwali stabbilit bid-Direttiva 2000/78 u, b’mod partikolari, il-projbizzjoni tal-fastidju prevista fl-Artikolu 2(3) ta’ din tal-aħħar. |
60 |
F’dan ir-rigward, għandu madankollu jiġi mfakkar li, skont it-termini nfushom tal-Artikolu 2(3) tal-imsemmija direttiva, il-kunċett ta’ fastidju jista’ jiġi ddefinit skont il-liġijiet u l-prassi nazzjonali tal-Istati Membri. |
61 |
F’dak li jirrigwarda l-oneru tal-prova applikabbli f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għandu jiġi rrilevat li, billi l-fastidju huwa meqjus bħala forma ta’ diskriminazzjoni fis-sens tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2000/78, l-istess regoli esposti fil-punti 52 sa 55 ta’ din is-sentenza japplikaw għall-fastidju. |
62 |
Għaldaqstant, kif jirriżulta mill-punt 54 ta’ din is-sentenza, skont l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 2000/78 u l-wieħed u tletin premessa ta’ din tal-aħħar, ir-regoli dwar l-oneru tal-prova għandhom jiġu adattati meta jkun hemm każ prima facie ta’ diskriminazzjoni. Fil-każ li S. Coleman tipprova fatti li minnhom wieħed jista’ jippreżumi li kien hemm fastidju, l-implementazzjoni effettiva tal-prinċipju ta’ trattament ugwali teħtieġ li l-oneru tal-prova jaqa’ fuq il-konvenuti fil-kawża prinċipali, li jkollhom jipprovaw li ma kienx hemm fastidju fiċ-ċirkustanzi ta’ dan il-każ. |
63 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta li għandha tingħata għat-tieni parti tal-ewwel domanda u għar-raba’ domanda għandha tkun li d-Direttiva 2000/78 u, b’mod partikolari, l-Artikoli 1 u 2(1) u (3) tagħha, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-projbizzjoni tal-fastidju li huma jistabbilixxu mhijiex limitata biss għal persuni li huma stess għandhom diżabbiltà. Meta jiġi pprovat li l-imġiba mhux xierqa li tikkostitwixxi fastidju li tagħha impjegat, li huwa stess m’għandux diżabbiltà, ikun vittma tkun marbuta mad-diżabbiltà tat-tifel tiegħu, li lilu huwa jagħti l-parti l-kbira tal-kura li dan tal-aħħar għandu bżonn, tali imġiba tmur kontra l-projbizzjoni tal-fastidju prevista fl-imsemmi Artikolu 2(3). |
Fuq l-ispejjeż
64 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.