EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006CA0504

Kawża C-504/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal- 25 ta' Lulju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 92/57/KEE — Ħtiġiet minimi ta' sigurtà u saħħa li għandhom jiġu implimentati f'postijiet ta' kostruzzjoni temporanji jew mobbli — Artikolu 3(1) — Traspożizzjoni inkorretta)

ĠU C 236, 13.9.2008, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

13.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 236/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-25 ta' Lulju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-504/06) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 92/57/KEE - Ħtiġiet minimi ta' sigurtà u saħħa li għandhom jiġu implimentati f'postijiet ta' kostruzzjoni temporanji jew mobbli - Artikolu 3(1) - Traspożizzjoni inkorretta)

(2008/C 236/02)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: L. Pignataro-Nolin u I. Kaufmann-Bühler, aġenti]

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana [rappreżentanti: I. Braguglia, aġent u W. Ferrante, avvocato dello Stato]

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Traspożizzjoni inkorretta ta' l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/57/KEE, ta' l-24 ta' Ġunju 1992, dwar il-ħtiġiet minimi ta' sigurtà u saħħa li għandhom jiġu implimentati f'postijiet ta' kostruzzjoni temporanji jew mobbli (it-tmien Direttiva individwali fis-sens ta' l-Artikolu 16 (1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (ĠU L 245, p. 6) — Ħatra ta' koordinaturi għall-kwistjonijiet ta' sigurtà u tas-saħħa għal post ta' kostruzzjoni li fih hemm preżenti iktar minn kuntrattur wieħed

Dispożittiv

1)

Billi ma ttrasponietx korrettement fil-liġi Taljana l-Artikolu 3 (1) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/57/KEE, ta' l-24 ta' Ġunju 1992, dwar il-ħtiġiet minimi ta' sigurtà u saħħa li għandhom jiġu implimentati f'postijiet ta' kostruzzjoni temporanji jew mobbli (it-tmien Direttiva individwali fis-sens ta' l-Artikolu 16 (1) tad-Direttiva 89/391/KEE), ir-Repubblika Taljana naqset mill-obbligi tagħha taħt din id-Direttiva.

2)

Kull parti tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 42, 24.2.2007.


Top