This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62006CA0489
Case C-489/06: Judgment of the Court (Fourth Chamber) of 19 March 2009 — Commission of the European Communities v Hellenic Republic (Failure of a Member State to fulfil obligations — Directives 93/36/EEC and 93/42/EEC — Public contracts — Procedures for the award of public supply contracts — Hospital supplies)
Kawża C-489/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad- 19 ta’ Marzu 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttivi 93/36/KEE u 93/42/KEE — Kuntratti pubbliċi — Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal provvisti — Provvisti għall-isptarijiet)
Kawża C-489/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad- 19 ta’ Marzu 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttivi 93/36/KEE u 93/42/KEE — Kuntratti pubbliċi — Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal provvisti — Provvisti għall-isptarijiet)
ĠU C 113, 16.5.2009, p. 3–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
16.5.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/3 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-19 ta’ Marzu 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika
(Kawża C-489/06) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttivi 93/36/KEE u 93/42/KEE - Kuntratti pubbliċi - Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal provvisti - Provvisti għall-isptarijiet)
2009/C 113/04
Lingwa tal-kawża: Il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Patakia u X. Lewis, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: D. Tsagkaraki u S. Chala, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/36/KEE, tal-14 ta’ Ġunju 1993, li tikkoordina l-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi ta’ provvista [għal provvisti] (ĠU L 199, p. 1) kif ukoll tal-Artikoli 17 u 18 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE, tal-14 ta’ Ġunju 1993, dwar mezzi mediċi [apparat mediku] (ĠU L 169, p. 1) — Ċaħda ta’ apparat mediku, fil-kuntest ta’ sejħiet għal offerti għal provvisti għall-isptarijiet pubbliċi fil-Greċja, minħabba raġunijiet marbuta “mal-armonizzazzjoni ġenerali tagħhom u mas-sigurtà fl-użu tagħhom”, minkejja ċ-ċertifikazzjoni tagħhom permezz tal-marka CE u, fi kwalunkwe każ, mingħajr ma ġiet applikata l-proċedura prevista fid-Direttiva 93/42/KEE.
Dispożittiv
1) |
Billi ċaħdet l-offerti ta’ apparat mediku li għandu l-marka ta’ ċertifikazzjoni CE, mingħajr ma l-awtoritajiet kontraenti kompetenti tal-isptarijiet ma segwew il-proċedura prevista fid-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1993 dwar mezzi mediċi [apparat mediku], kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Settembru 2003, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/36/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1993 li tikkoordina l-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi ta’ provvista [għal provvisti] kif emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/78/KE tat-13 ta’ Settembru 2001 kif ukoll taħt l-Artikoli 17 u 18 tad-Direttiva 93/42, kif emendata bir-Regolament Nru 1882/2003. |
2) |
Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż. |