EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006CA0456

Kawża C-456/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tas- 17 ta' April 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof — Il-Ġermanja) — Peek & Cloppenburg KG vs Cassina S.p.A. (Drittijiet ta' l-awtur — Direttiva 2001/29/KE — Artikolu 4(1) — Distribuzzjoni lill-pubbliku, b'bejgħ jew mod ieħor, ta' l-oriġinal ta' xogħol jew ta' kopja tiegħu — Użu ta' riproduzzjonijiet ta' għamara protetta mid-drittijiet ta' l-awtur bħala biċċa għamara esposta f'ħanut kif ukoll bħala dekorazzjoni f'vetrina — Nuqqas ta' trasferiment tal-proprjetà jew tal-pussess)

ĠU C 142, 7.6.2008, p. 7–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 142/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tas-17 ta' April 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof — Il-Ġermanja) — Peek & Cloppenburg KG vs Cassina S.p.A.

(Kawża C-456/06) (1)

(Drittijiet ta' l-awtur - Direttiva 2001/29/KE - Artikolu 4(1) - Distribuzzjoni lill-pubbliku, b'bejgħ jew mod ieħor, ta' l-oriġinal ta' xogħol jew ta' kopja tiegħu - Użu ta' riproduzzjonijiet ta' għamara protetta mid-drittijiet ta' l-awtur bħala biċċa għamara esposta f'ħanut kif ukoll bħala dekorazzjoni f'vetrina - Nuqqas ta' trasferiment tal-proprjetà jew tal-pussess)

(2008/C 142/10)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Peek & Cloppenburg KG

Konvenuta: Cassina S.p.A.

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesgerichtshof — Interpretazzjoni ta' l-Artikoli 28 u 30 KE kif ukoll ta' l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 2001/29/KE tat-22 ta' Mejju 2001 dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerti aspetti ta' drittijiet ta' l-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà ta' l-informazzjoni (ĠU L 167, p. 10) — Użu, mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-proprjetarju, tar-riproduzzjonijiet ta' l-għamara protetta bid-dritt ta' l-awtur bħal biċċiet ta' l-għamara esposti fil-ħanut kif ukoll bħala dekorazzjonijiet f'vetrina — Il-kwalifika, jew le, bħala “forma ta' distribuzzjoni lill-pubbliku” ta' dan l-użu, nieqes minn kull forma ta' trasferiment ta' proprjetà jew ta' pussess

Dispożittiv

Il-kunċett ta' distribuzzjoni lill-pubbliku, għajr milli bil-bejgħ, ta' l-oriġinal ta' xogħol jew ta' kopja tiegħu, fis-sens tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2001/29/KE tat-22 ta' Mejju 2001 dwar l-armonizzazzjoni ta' ċertu aspetti ta' drittijiet ta' l-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà ta' l-informazzjoni, jimplika esklużivament trasferiment ta' proprjetà ta' dan l-oġġett. Konsegwentement, la s-sempliċi fatt li l-pubbliku jingħata l-possibbiltà li juża riproduzzjonijiet ta' xogħol protett mid-drittijiet ta' l-awtur u lanqas l-espożizzjoni lill-pubbliku ta' l-imsemmija riproduzzjonijiet mingħajr lanqas biss tingħata l-possibbiltà li jintużaw ma tikkostitwixxi forma ta' distribuzzjoni.


(1)  ĠU C 326, 30.12.2006.


Top