Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006CA0442

    Kawża C-442/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) ta' l- 10 ta' April 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 1999/31/KE — Rimi ta' skart — Leġiżlazzjoni nazzjonali dwar siti eżistenti għar-rimi ta' l-iskart — Traspożizzjoni żbaljata)

    ĠU C 128, 24.5.2008, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.5.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 128/11


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) ta' l-10 ta' April 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana

    (Kawża C-442/06) (1)

    (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 1999/31/KE - Rimi ta' skart - Leġiżlazzjoni nazzjonali dwar siti eżistenti għar-rimi ta' l-iskart - Traspożizzjoni żbaljata)

    (2008/C 128/17)

    Lingwa tal-kawża: It-Taljan

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: D. Recchia u M. Konstantinidis, aġenti)

    Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: I. Braguglia, aġent, G. Fiengo, avukat)

    Suġġett

    Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur ta' l-Artikoli 2, 3, 4, 5, 6, 7, 8, 9, 10, 11, 12, 13 u 14 tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE, tas-26 ta' April 1999 dwar ir-rimi ta' skart f'terraferma [f'siti għar-rimi ta' l-iskart] (ĠU L 182, p. 1) — Leġiżlazzjoni nazzjonali mhux konformi mad-Direttiva

    Dispożittiv

    1)

    Billi adottat u billi żammet fis-seħħ id-Digriet Leġiżlattiv Nru 36, tat-13 ta' Jannar 2003, kif emendat, li jittrasponi fil-liġi nazzjonali d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE, tas-26 ta' April 1999, dwar ir-rimi ta' skart f'terraferma [f'siti għar-rimi ta' l-iskart],

    in kwantu dan id-digriet leġiżlattiv ma jipprovdix għall-applikazzjoni ta' l-Artikoli 2 sa 13 tad-Direttiva 1999/31 għas-siti għar-rimi ta' l-iskart awtorizzati wara d-data ta' l-iskadenza tat-terminu għat-traspożizzjoni ta' din id-direttiva u qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan id-digriet leġiżlattiv, u

    in kwantu ma jassigurax it-traspożizzjoni ta' l-Artikolu 14(d)(i) ta' din id-direttiva,

    ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skond l-Artikoli 2 sa 14 tad-Direttiva 1999/31.

    2)

    Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 326, 30.12.2006.


    Top