Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006CA0427

    Kawża C-427/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat- 23 ta' Settembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari ta' Bundesarbeitsgericht — Il-Ġermanja) — Birgit Bartsch vs Bosch und Siemens Hausgeräte (BSH) Altersfürsorge GmbH (Trattament ugwali fl-impjieg u fix-xogħol — L-Artikolu 13 KE — Direttiva 2000/78/KE — Skema ta' pensjoni professjonali li teskludi d-dritt għall-pensjoni ta' rtirar għas-superstiti tal-konjuġi, 15-il sena iżgħar mill-impjegat illum mejjet — Diskriminazzjoni bbażata fuq l-età — Rabta mad-dritt Komunitarju)

    ĠU C 301, 22.11.2008, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.11.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 301/6


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-23 ta' Settembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari ta' Bundesarbeitsgericht — Il-Ġermanja) — Birgit Bartsch vs Bosch und Siemens Hausgeräte (BSH) Altersfürsorge GmbH

    (Kawża C-427/06) (1)

    (Trattament ugwali fl-impjieg u fix-xogħol - L-Artikolu 13 KE - Direttiva 2000/78/KE - Skema ta' pensjoni professjonali li teskludi d-dritt għall-pensjoni ta' rtirar għas-superstiti tal-konjuġi, 15-il sena iżgħar mill-impjegat illum mejjet - Diskriminazzjoni bbażata fuq l-età - Rabta mad-dritt Komunitarju)

    (2008/C 301/10)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Bundesarbeitsgericht

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Birgit Bartsch

    Konvenuti: Bosch und Siemens Hausgeräte (BSH) Altersfürsorge GmbH

    Suġġett

    Interpretazzjoni tal-prinċipju ta' non-diskriminazzjoni minħabba l-età, tal-Artikolu 13 KE u tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta' Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU L 303, p. 16) — Skema ta' pensjoni professjonali (betriebliche Altersverorgnung) li teskludi d-dritt għall-pensjoni ta' rtirar (Ruhegeld) għas-superstiti mill-konjuġi, 15-il sena iżgħar mill-impjegat illum mejjet — Applikazzjoni tal-prinċipju ta' non-diskriminazzjoni minħabba l-età fin-nuqqas ta' element ta' konnessjoni ma' sitwazzjoni msemmija f'dispożizzjonijiet oħrajn tad-dritt Komunitarju

    Dispożittiv

    Id-dritt Komunitarju ma fihx projbizzjoni ta' kull diskriminazzjoni bbażata fuq l-età li l-qrati tal-Istati Membri għandhom jiggarantixxu l-applikazzjoni tagħha meta t-trattament allegatament diskriminatorju ma jkollux rabta mad-dritt Komunitarju. Tali rabta la toħroġ mill-Artikolu 13 KE u lanqas, f'ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, mid-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, qabel l-iskadenza tat-terminu mogħti lill-Istat Membru inkwistjoni għat-traspożizzjoni tagħha.


    (1)  ĠU C 326, 30.12.2006.


    Top