EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62006CA0420
Case C-420/06: Judgment of the Court (Grand Chamber) of 11 March 2008 (reference for a preliminary ruling from the Verwaltungsgericht Schwerin (Germany)) — Rüdiger Jager v Amt für Landwirtschaft Bützow (Common agricultural policy — Regulations (EC) No 1254/1999 and (EC) No 1782/2003 — Beef and veal — Integrated administration and control system for certain Community aid schemes — Regulations (EEC) No 3887/92, (EC) No 2419/2001 and (EC) No 796/2004 — Applications for livestock aid — Suckler cow premium — Irregularities — Non-compliance with the provisions concerning the identification and registration of unclaimed bovine animals — Regulation (EC) No 1760/2000 — Exclusion from the benefit of aid — Article 2(2) of Regulation (EC, Euratom) No 2988/95 — Principle of retroactive application of the more lenient penalty)
Kawża C-420/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal- 11 ta' Marzu 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Verwaltungsgericht Schwerin — il-Ġermanja) — Rüdiger Jager vs Amt für Landwirtschaft Bützow (Politika agrikola komuni — Regolamenti (KE) Nru 1254/1999 u (KE) Nru 1782/2003 — Laħam taċ-ċanga u tal-vitella — Sistema integrata ta' amministrazzjoni u kontroll relattiv għal ċerti skemi ta' għajnuna Komunitarja — Regolamenti (KEE) Nru 3887/92, (KE) Nru 2419/2001 u (KE) Nru 796/2004 — Applikazzjoni għal għajnuna għall- annimali — Primjum għall-baqar li jreddgħu (suckler) — Irregolarità — Nuqqas ta' osservanza tad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-identifikazzjoni u għar-reġistrazzjoni ta' l-ifrat li mhumiex is-suġġett ta' applikazzjonijiet għal għajnuna — Regolament (KE) Nru 1760/2000 — Esklużjoni tal-benefiċċju ta' l-għajnuna — Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE, EURATOM) Nru 2988/95 — Prinċipju ta' l-applikazzjoni retroattiva tal-penali l-inqas ħarxa)

ĠU C 107, 26.4.2008, p. 4–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
26.4.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 107/4 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-11 ta' Marzu 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Verwaltungsgericht Schwerin — il-Ġermanja) — Rüdiger Jager vs Amt für Landwirtschaft Bützow
(Kawża C-420/06) (1)
(Politika agrikola komuni - Regolamenti (KE) Nru 1254/1999 u (KE) Nru 1782/2003 - Laħam taċ-ċanga u tal-vitella - Sistema integrata ta' amministrazzjoni u kontroll relattiv għal ċerti skemi ta' għajnuna Komunitarja - Regolamenti (KEE) Nru 3887/92, (KE) Nru 2419/2001 u (KE) Nru 796/2004 - Applikazzjoni għal għajnuna għall-“annimali’ - Primjum għall-baqar li jreddgħu (suckler) - Irregolarità - Nuqqas ta' osservanza tad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-identifikazzjoni u għar-reġistrazzjoni ta' l-ifrat li mhumiex is-suġġett ta' applikazzjonijiet għal għajnuna - Regolament (KE) Nru 1760/2000 - Esklużjoni tal-benefiċċju ta' l-għajnuna - Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE, EURATOM) Nru 2988/95 - Prinċipju ta' l-applikazzjoni retroattiva tal-penali l-inqas ħarxa)
(2008/C 107/06)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgericht Schwerin
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Rüdiger Jager
Konvenut: Amt für Landwirtschaft Bützow
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Verwaltungsgericht Schwerin — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 2(2) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 2988/95 (KE, Euratom) dwar il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312 tat-23.12.1995, p. 1) — Caħda ta' talba għal primjum għall-annimali minħabba differenza ta' iktar minn 20 % ikkonstatata bejn in-numru ta' annimali ddikkjarati u n-numru kkonstatat waqt verifika — Applikazzjoni retroattiva tal-penali amministrattivi sussegwenti inqas ħorox li jirrgwardaw il-primjum għall-annimali applikabbli biss wara t-tneħħija tas-sistema ta' primjum għall-annimali fl-Istat Membru kkonċernat
Dispożittiv
It-tieni sentenza ta' l-Artikolu 2(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 2988/95, tat-18 ta' Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunità Europea, għandha tiġi interpretata fis-sens li d-dispożizzjonijiet stabbiliti mill-Artikoli 66 u 67 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 796/2004, tal-21 ta' April 2004, li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implementazzjoni ta' konformità, modulazzjoni u amministrazzjoni integrata u sistema ta' kontroll kif hemm provvediment dwarhom fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, tad-29 ta' Settembru, li jistabbilixi regoli komuni għal skemi diretti ta' appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għall-bdiewa, kif emendat u korrett bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 239/2005, tal-11 ta' Frar 2005, ma jistgħux japplikaw rettorattivament għal applikazzjoni għal għajnuna għall-“annimali” li taqa' taħt il-kamp ta' applikazzjoni ratione temporis tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3887/92, tat-23 ta' Diċembru 1992, li jippreskrivi regoli għall-applikazzjoni ta' sistema integrata ta' amministrazzjoni u kontroll relattiv għal ċerti skemi ta' għajnuna Komunitarja, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2801/1999, tal-21 ta' Diċembru 1999, li ta lok għal esklużjoni mill-benefiċċju ta' l-għajnuna taħt l-Artikolu 10ċ ta' dan ir-regolament.