EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006CA0404

Kawża C-404/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas- 17 ta' April 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof — Il-Ġermanja) — Quelle AG vs Bundesverband der Verbraucherzentralen und Verbraucherverbände (Protezzjoni tal-konsumaturi — Direttiva 1999/44/KE — Bejgħ ta' oġġetti ta' konsum u garanziji assoċjati magħhom — Dritt tal-bejjiegħ li jitlob mingħand il-konsumatur rimborż għall-użu ta' oġġett mhux konformi fil-każ tat-tibdil tiegħu — Użu mingħajr ħlas ta' l-oġġett mhux konformi)

ĠU C 142, 7.6.2008, p. 6–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 142/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-17 ta' April 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof — Il-Ġermanja) — Quelle AG vs Bundesverband der Verbraucherzentralen und Verbraucherverbände

(Kawża C-404/06) (1)

(Protezzjoni tal-konsumaturi - Direttiva 1999/44/KE - Bejgħ ta' oġġetti ta' konsum u garanziji assoċjati magħhom - Dritt tal-bejjiegħ li jitlob mingħand il-konsumatur rimborż għall-użu ta' oġġett mhux konformi fil-każ tat-tibdil tiegħu - Użu mingħajr ħlas ta' l-oġġett mhux konformi)

(2008/C 142/08)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Quelle AG

Konvenuta: Bundesverband der Verbraucherzentralen und Verbraucherverbände

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesgerichtshof — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 1999/44/KE tal-25 ta' Mejju 1999 dwar ċerti aspetti tal-bejgħ ta' oġġetti tal-konsum u garanziji assoċjati magħhom (ĠU L 171, p. 12) — Possibbiltà, mogħtija mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, li l-bejjiegħ jitlob kumpens mingħand il-konsumatur għall-użu ta' oġġett mhux konformi mal-kuntratt ta' bejgħ fil-perjodu preċedenti għat-tibdil

Dispożittiv

L-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 1999/44/KE tal-25 ta' Mejju 1999 dwar ċerti aspetti tal-bejgħ ta' oġġetti tal-konsum u garanziji assoċjati magħhom, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti lill-bejjiegħ, fis-sitwazzjoni fejn huwa jkun biegħ oġġett ta' konsum mhux konformi, jeżiġi mingħand il-konsumatur rimborż għall-użu li dan il-konsumatur ikun għamel mill-oġġett mhux konformi sakemm dan ġie mibdul ma' oġġett ġdid.


(1)  ĠU C 310, 16.12.2006.


Top