EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006CA0393

Kawża C-393/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) ta' l- 10 ta' April 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vergabekontrollsenat des Landes Wien, l-Awstrija) — Ing. Aigner, Wasser-Wärme-Uwelt GmbH vs Fernwärme Wien GmbH (Kuntratti pubbliċi — Direttivi 2004/17/KE u 2004/18/KE — Entità kontraenti li teżerċita attivitajiet li jaqgħu parzjalment taħt il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2004/17/KE u parzjalment taħt dak tad-Direttiva 2004/18/KE — Korp irregolat bil-liġi pubblika — Awtorità kontraenti)

ĠU C 128, 24.5.2008, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 128/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) ta' l-10 ta' April 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vergabekontrollsenat des Landes Wien, l-Awstrija) — Ing. Aigner, Wasser-Wärme-Uwelt GmbH vs Fernwärme Wien GmbH

(Kawża C-393/06) (1)

(Kuntratti pubbliċi - Direttivi 2004/17/KE u 2004/18/KE - Entità kontraenti li teżerċita attivitajiet li jaqgħu parzjalment taħt il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2004/17/KE u parzjalment taħt dak tad-Direttiva 2004/18/KE - Korp irregolat bil-liġi pubblika - Awtorità kontraenti)

(2008/C 128/14)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Vergabekontrollsenat des Landes Wien, l-Awstrija

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ing. Aigner, Wasser-Wärme-Uwelt GmbH

Konvenuta: Fernwärme Wien GmbH

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Vergabekontrollsenat des Landes Wien — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 2(1) u ta' l-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 2004/17/KE, tal-31 ta' Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwisti ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi ta' l-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali (ĠU L 134, p. 1) u l-interpretazzjoni ta' l-Artikolu 1(9) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 2004/18/KE, tal-31 ta' Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (ĠU L 134, p. 114) — Attribuzzjoni ta' installazjonijiet ta' tisħin — L-awtorità kontraenti hija impriża kkontrollata mill-belt ta' Vjenna li tipprovdi servizzi pubbliċi (tisħin urban) — Korp irregolat bil-liġi pubblika — Evalwazzjoni tal-kundizzjoni tal-kompetizzjoni — Applikazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti Ewropej ukoll għall-attivitajiet esposti għall-kompetizzjoni (f'dan il-każ, sistemi ta' klimatizzazzjoni) — Teorija tal-kontaminazzjoni — Nuqqas ta'sussidji reċiproċi

Dispożittiv

1)

Entità kontraenti, fis-sens tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta' Marzu 2004, li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwisti ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi ta' l-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali, hija obbligata li tapplika l-proċedura prevista minn din id-direttiva biss għall-għoti ta' kuntratti relatati ma' attivitajiet li din l-entità teżerċita f'waħda jew f'numru ta' setturi elenkati fl-Artikoli 3 sa 7 ta' l-imsemmija direttiva.

2)

Entità bħal Fernwärme Wien għandha tiġi kkunsidrata bħala korp irregolat bil-liġi pubblika fis-sens tat-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 2(1)(a) tad-Direttiva 2004/17 u tat-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 1(9) tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta' Marzu 2004, fuq koordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi.

3)

Il-kuntratti mogħtija minn entità li għandha l-kwalità ta' korp irregolat bil-liġi pubblika, skond id-Direttivi 2004/17 u 2004/18, u li huma konnessi ma' l-eżerċizzju ta' l-attivitajiet ta' din l-entità f'settur jew f'numru ta' setturi elenkati fl-Artikoli 3 sa 7 tad-Direttiva 2004/17, għandhom ikunu suġġetti għall-proċeduri previsti minn din id-direttiva. Min-naħa l-oħra, il-kuntratti l-oħra kollha mogħtija minn din l-entità in konnessjoni ma' l-eżerċizzju ta' attivitajiet oħra jaqgħu taħt il-proċeduri previsti mid-Direttiva 2004/18. Kull waħda minn dawn iż-żewġ direttivi tapplika, mingħajr distinzjoni bejn l-attivitajiet li l-imsemmija entità teżerċita sabiex tissodisfa l-obbligu tagħha li taqdi l-bżonnijiet ta' interess ġenerali u l-attivitajiet li hija teżerċita taħt ċirkustanzi kompetittivi, u saħansitra anke jekk tinżamm kontabbiltà li tikkomporta s-separazzjoni ta' l-oqsma ta' attivitajiet ta' din l-entità, sabiex jiġi evitat li dawn is-setturi jiġu reċiprokament iffinanzjati minn xulxin.


(1)  ĠU C 310, 16.12.2006.


Top