This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62006CA0334
Joint Cases C-334/06 to C-336/06: Judgment of the Court (Third Chamber) of 26 June 2008 (reference for a preliminary ruling from the Verwaltungsgericht Chemnitz (Germany)) — Matthias Zerche (C-334/06) and Manfred Seuke (C-336/06) v Landkreis Mittweida and Steffen Schubert (C-335/06) v Landkreis Mittlerer Erzgebirgskreis (Directive 91/439/EEC — Mutual recognition of driving licences — Withdrawal of a licence in one Member State for use of narcotic drugs or alcohol — New licence issued in another Member State — Refusal to recognise right to drive in the first Member State — Residence not in accordance with Directive 91/439/EEC)
Kawża C-334/06 sa C-336/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas- 26 ta' Ġunju 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Chemnitz — il-Ġermanja) — Matthias Zerche (C-334/06), Manfred Seuke (C-336/06) vs Landkreis Mittweida, u Steffen Schubert (C-335/06) vs Landkreis Mittlerer Erzgebirgskreis (Direttiva 91/439/KEE — Rikonoxximent reċiproku tal-liċenzji tas-sewqan — Irtirar ta' liċenzja tas-sewqan fi Stat Membru minħabba konsum ta' droga u alkoħol — Liċenzja tas-sewqan ġdida maħruġa fi Stat Membru ieħor — Rifjut ta' l-ewwel Stat Membru li jirrikonoxxi d-dritt ta' sewqan — Residenza mhux konformi mad-Direttiva 91/439/KEE)
Kawża C-334/06 sa C-336/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas- 26 ta' Ġunju 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Chemnitz — il-Ġermanja) — Matthias Zerche (C-334/06), Manfred Seuke (C-336/06) vs Landkreis Mittweida, u Steffen Schubert (C-335/06) vs Landkreis Mittlerer Erzgebirgskreis (Direttiva 91/439/KEE — Rikonoxximent reċiproku tal-liċenzji tas-sewqan — Irtirar ta' liċenzja tas-sewqan fi Stat Membru minħabba konsum ta' droga u alkoħol — Liċenzja tas-sewqan ġdida maħruġa fi Stat Membru ieħor — Rifjut ta' l-ewwel Stat Membru li jirrikonoxxi d-dritt ta' sewqan — Residenza mhux konformi mad-Direttiva 91/439/KEE)
ĠU C 209, 15.8.2008, p. 6–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
15.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 209/6 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-26 ta' Ġunju 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Chemnitz — il-Ġermanja) — Matthias Zerche (C-334/06), Manfred Seuke (C-336/06) vs Landkreis Mittweida, u Steffen Schubert (C-335/06) vs Landkreis Mittlerer Erzgebirgskreis
(Kawża C-334/06 sa C-336/06) (1)
(Direttiva 91/439/KEE - Rikonoxximent reċiproku tal-liċenzji tas-sewqan - Irtirar ta' liċenzja tas-sewqan fi Stat Membru minħabba konsum ta' droga u alkoħol - Liċenzja tas-sewqan ġdida maħruġa fi Stat Membru ieħor - Rifjut ta' l-ewwel Stat Membru li jirrikonoxxi d-dritt ta' sewqan - Residenza mhux konformi mad-Direttiva 91/439/KEE)
(2008/C 209/08)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgericht Chemnitz
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Matthias Zerche (C-334/06), Manfred Seuke (C-336/06) u Steffen Schubert
Konvenuti: Landkreis Mittweida, Landkreis Mittlerer Erzgebirgskreis
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Verwaltungsgericht Chemnitz — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 1(2) u ta' l-Artikolu 8(2) u (4) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/439/KEE, tad-29 ta' Lulju 1991, dwar il-liċenzji tas-sewqan (ĠU L 237, p. 1) — Rifjut ta' rikonoxximent tal-validità ta' liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru ieħor wara l-iskadenza ta' perijodu ta' projbizzjoni, impost fuq possessur li kien is-suġġett ta' rtirar tal-liċenzja nazzjonali minħabba sewqan taħt l-influwenza ta' l-alkoħol, peress li l-interessat ma kienx ippreżenta rapport mediku-psikoloġiku neċessarju sabiex tinħareġ liċenzja ġdida fl-Istat Membru ta' residenza — Abbuż ta' dritt
Dispożittiv
L-Artikolu 1(2), l-Artikolu 7(1) u l-Artikolu 8(2) u (4) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/439/KEE, tad-29 ta' Lulju 1991, dwar il-liċenzji tas-sewqan, kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta' Settemrbu 2003, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu Stat Membru, f'ċirkustanzi bħal dawk fil-kawżi prinċipali, milli jirrifjuta li jirrikonoxxi, fit-territorju tiegħu, id-dritt tas-sewqan li jirriżulta minn liċenzja tas-sewqan maħruġa iktar tard minn Stat Membru ieħor wara li jkun skada kull perijodu ta' projbizzjoni ta' applikazzjoni għal liċenzja ġdida impost fuq il-persuna kkonċernata u, għalhekk, il-validità ta' din il-liċenzja minħabba li l-possessur ta' din il-liċenzja ma jkunx qagħad għall-kundizzjonijiet rikjesti f'dan l-ewwel Stat Membru għall-ħruġ ta' liċenzja ġdida wara l-irtirar ta' liċenzja preċedenti, li jinkludu l-eżami tal-kapaċità għas-sewqan li jiċċertifika li m'għadx hemm ir-raġunijiet li kienu ġġustifikaw dan l-irtirar.
Fl-istess ċirkustanzi, dawn id-dispożizzjonijiet ma jipprekludux Stat Membru milli jirrifjuta li jirrikonoxxi, fit-territorju tiegħu, id-dritt tas-sewqan li jirriżulta minn liċenzja tas-sewqan maħruġa iktar tard minn Stat Membru ieħor jekk ikun stabbilit, fuq il-bażi ta' informazzjoni li tirriżulta fuq din l-istess liċenzja jew ta' informazzjoni inkontestabbli oħra li toriġina mill-Istat Membru li joħroġ il-liċenzja, li, meta inħarġet din il-liċenzja, il-possessur tagħha, li kien suġġett, fit-territorju ta' l-ewwel Stat Membru, għal miżura ta' rtirar ta' liċenzja preċedenti, me kellux ir-residenza normali tiegħu fit-territorju ta' l-Istat Membru li joħroġ il-liċenzja.