Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006CA0220

    Kawża C-220/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat- 18 ta' Diċembru 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari ta' l-Audiencia Nacional, Sala de lo Contencioso-Administrativo — Spanja) — Asociación Profesional de Empresas de Reparto y Manipulado de Correspondencia vs Administración General del Estado (Kuntratti pubbliċi — Liberalizzazzjoni tas-servizzi postali — Direttivi 92/50/KEE u 97/67/KE — Artikoli 43 KE, 49 KE u 86 KE — Regolament nazzjonali li jippermetti lill-amministrazzjonijiet pubbliċi li jikkonkludu, mingħajr osservanza tar-regoli ta' l-għoti tal-kuntratti pubbliċi, flimkien ma' kumpannija pubblika, jiġifieri l-fornitur tas-servizz postali universali fl-Istat Membru kkonċernat, ftehim dwar il-provvista ta' servizzi postali, kemm riżervati u mhux riżervati)

    ĠU C 51, 23.2.2008, p. 15–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.2.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 51/15


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-18 ta' Diċembru 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari ta' l-Audiencia Nacional, Sala de lo Contencioso-Administrativo — Spanja) — Asociación Profesional de Empresas de Reparto y Manipulado de Correspondencia vs Administración General del Estado

    (Kawża C-220/06) (1)

    (Kuntratti pubbliċi - Liberalizzazzjoni tas-servizzi postali - Direttivi 92/50/KEE u 97/67/KE - Artikoli 43 KE, 49 KE u 86 KE - Regolament nazzjonali li jippermetti lill-amministrazzjonijiet pubbliċi li jikkonkludu, mingħajr osservanza tar-regoli ta' l-għoti tal-kuntratti pubbliċi, flimkien ma' kumpannija pubblika, jiġifieri l-fornitur tas-servizz postali universali fl-Istat Membru kkonċernat, ftehim dwar il-provvista ta' servizzi postali, kemm riżervati u mhux riżervati)

    (2008/C 51/25)

    Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

    Qorti tar-rinviju

    Audiencia Nacional, Sala de lo Contencioso-Administrativo

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Asociación Profesional de Empresas de Reparto y Manipulado de Correspondencia

    Konvenuta: Administración General del Estado

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Audiencia Nacional, Sala de lo Contencioso-Administrativo — Interpretazzjoni tad-Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta' Diċembru 1997, dwar regoli komuni għall-iżvilupp tas-suq intern tas-servizzi postali tal-Komunità u t-titjib fil-kwalità tas-servizz (ĠU L 15, 1998, p. 14), kif emendata bid-Direttiva 2002/39/KE (ĠU L 176, p. 21) — Ftehim konkluż, mingħajr osservanza tar-regoli ta' għoti ta' kuntratti pubbliċi, bejn korp ta' l-amministrazzjoni ta' l-Istat u kumpannija pubblika dwar, b'mod partikolari, il-provvista tas-servizzi postali, inklużi servizzi mhux riżervati għall-fornituri tas-servizz universali

    Dispożittiv

    1)

    Id-dritt Komunitarju għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni ta' Stat Membru li tippermetti lill-amministrazzjonijiet pubbliċi jagħtu, mingħajr osservanza tar-regoli ta' l-għoti ta' kuntratti pubbliċi, il-provvista ta' servizzi postali riżervati skond id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 97/67/KE, tal-15 ta' Diċembru 1997, dwar regoli komuni għall-iżvilupp tas-suq intern tas-servizzi postali tal-Komunità u t-titjib fil-kwalità tas-servizz, lill-kumpannija pubblika b'responsabbiltà limitata li l-kapital tagħha huwa miżmum mill-amministrazzjoni pubblika u li, f'dan l-Istat, hija l-fornitur tas-servizz postali universali.

    2)

    Id-Direttiva tal-Kunsill 92/50/KEE, tat-18 ta' Ġunju 1992, relatata mal-koordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti tas-servizz pubbliku, kif emendata mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/78/KE, tat-13 ta' Settembru 2001, għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni ta' Stat Membru li tippermetti lill-amministrazzjonijiet pubbliċi jagħtu, mingħajr osservanza tar-regoli ta' l-għoti ta' kuntratti pubbliċi, il-provvista ta' servizzi postali mhux riżervati fis-sens tad-Direttiva 97/67, lill-kumpannija pubblika b'responsabbiltà limitata li l-kapital tagħha huwa miżmum mill-amministrazzjoni pubblika u li, f'dan l-Istat, hija l-fornitur tas-servizz postali universali, sa kemm il-ftehim li għalihom din il-leġiżlazzjoni tapplika

    jilħqu l-limitu rilevanti kif previst fl-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 92/50, kif emendata mid-Direttiva 2001/78, u

    jikkostitwixxu kuntratti fis-sens ta' l-Artikolu 1(a) tad-Direttiva 92/50, kif emendata mid-Direttiva 2001/78, konklużi bil-miktub u għal interess pekunjarju,

    li huwa għall-qorti tar-rinviju li tivverifika.

    3)

    L-Artikoli 43 KE, 49 KE u 86 KE, kif ukoll il-prinċipji ta' trattament ugwali, ta' non diskriminazzjoni minħabba fin-nazzjonalità u ta' trasparenza, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni ta' Stat Membru li tippermetti lill-amministrazzjonijiet pubbliċi jagħtu, mingħajr osservanza tar-regoli ta' l-għoti ta' kuntratti pubbliċi, il-provvista ta' servizzi postali mhux riżervati fis-sens tad-Direttiva 97/67, lill-kumpannija pubblika b'responsabbiltà limitata li l-kapital tagħha huwa miżmum mill-amministrazzjoni pubblika u li, f'dan l-Istat, hija l-fornitur tas-servizz postali universali, sa kemm il-ftehim li għalihom din il-leġiżlazzjoni tapplika

    ma jilħqux il-limitu rilevanti kif previst fl-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 92/50, kif emendata mid-Direttiva 2001/78, u

    ma jikkostitwixxux fil-fatt, att amministrattiv unilaterali li jistabbilixxi obbligi li huma biss a karigu tal-fornitur tas-servizz postali universali u li tidderoga b'mod konsiderevoli mill-kundizzjonijiet normali ta' l-offerta kummerċjali ta' din ta' l-aħħar,

    li huwa għall-qorti tar-rinviju li tivverifika.


    (1)  ĠU Ċ 178, 29.7.2006.


    Top