This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62006CA0157
Case C-157/06: Judgment of the Court (Second Chamber) of 2 October 2008 — Commission of the European Communities v Italian Republic (Failure of a Member State to fulfil obligations — Public supply contracts — Directive 93/36/EEC — Award of public contracts without prior publication of a notice — Light helicopters for the police and the national fire service)
Kawża C-157/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat- 2 ta' Ottubru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Kuntratti pubbliċi għal provvisti — Direttiva 93/36/KEE — Għoti ta' kuntratti pubbliċi mingħajr il-pubblikazzjoni ta' avviż minn qabel — Ħelikopters ħfief għall-pulizija u għall-korp nazzjonali tat-tifi tan-nar)
Kawża C-157/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat- 2 ta' Ottubru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Kuntratti pubbliċi għal provvisti — Direttiva 93/36/KEE — Għoti ta' kuntratti pubbliċi mingħajr il-pubblikazzjoni ta' avviż minn qabel — Ħelikopters ħfief għall-pulizija u għall-korp nazzjonali tat-tifi tan-nar)
ĠU C 301, 22.11.2008, p. 5–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
22.11.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 301/5 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-2 ta' Ottubru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana
(Kawża C-157/06) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Kuntratti pubbliċi għal provvisti - Direttiva 93/36/KEE - Għoti ta' kuntratti pubbliċi mingħajr il-pubblikazzjoni ta' avviż minn qabel - Ħelikopters ħfief għall-pulizija u għall-korp nazzjonali tat-tifi tan-nar)
(2008/C 301/08)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: X. Lewis u D. Recchia, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: I. Braguglia, aġent, G. Fiengo, avukat)
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Direttiva tal-Kunsill 93/36/KE tal-14 ta' Ġunju 1993, li tikkoordina l-proċeduri għall-għoti ta' kuntratti pubbliċi ta' provvista (ĠU L 199, p.1) — Nuqqas li tingħata prova tal-eżistenza ta' raġunijiet li jippermettu awtorità kontraenti tirrikorri għall-proċedura ta' negozjati mingħajr ma saret pubblikazzjoni preliminari ta' avviż għal sejħa għal offerti — Ħelikopters ħfief akkwistati għall-bżonnijiet tal-pulizija u tal-membri tat-tifi tan-nar
Dispożittiv
1) |
Billi adottat id-Digriet tal-Ministeru tal-Intern Nru 558/A/04/03/RR, tal-11 ta' Lulju 2003, li jawtorizza d-deroga mil-leġiżlazzjoni Komunitarja fil-qasam ta' kuntratti pubbliċi għal provvisti għax-xiri ta' ħelikopters ħfief intiżi għall-bżonnijiet tal-forzi tal-pulizija u tal-korpi nazzjonali tat-tifi tan-nar, mingħajr ma ġiet sodisfatta ebda waħda mill-kundizzjonijiet li setgħu jiġġustifikaw tali deroga, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt id-Direttiva tal-Kunsill 93/36/KEE, tal-14 ta' Ġunju 1993, li tikkoordina l-proċeduri għall-għoti ta' kuntratti pubbliċi ta' provvista (ĠU L 199, p. 1), u b'mod partikolari, l-Artikoli 2(1)(b), 6 u 9 tagħha. |
2) |
Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż. |