Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62005TJ0339

    Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tat-12 ta’ Ġunju 2007.
    MacLean-Fogg Co. vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea.
    Kawża T-339/05.

    ECLI identifier: ECLI:EU:T:2007:172





    Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla) tat-12 ta’ Ġunju 2007 – MacLean-Fogg vs UASI (LOKTHREAD)

    (Kawża T-339/05)

    “Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali LOKTHREAD – Raġunijiet assoluti għal rifjut ta’ reġistrazzjoni – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”

    Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġuni assoluta għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(ċ)) (ara l-punti 51-55)

    Suġġett

    Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni ta’ l-Ewwel Bord ta’ l-Appell ta’ l-UASI ta’ l-20 ta’ Ġunju 2005 (Każ R 1122/2004-1) dwar ir-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali LOKTHREAD bħala trade mark Komunitarja.

    Informazzjoni dwar il-kawża

    L-applikant għat-trade mark Komunitarja

    MacLean-Fogg Co.

    It-trade mark Komunitarja in kwistjoni:

    It-trade mark verbali LOKTHREAD għal prodotti fil-klassi 6 – applikazzjoni Nru 3440666

    Id-deċiżjoni ta’ l-eżaminatur:

    Jirrifjuta r-reġistrazzjoni

    Id-deċiżjoni tal-Bord ta’ l-Appell:

    Jiċħad l-appell


    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    MacLean-Fogg Co. hija kkundannata għall-ispejjeż.

    Top