Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62005TJ0138

    Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Imħallef wieħed) tat-23 ta' Ottubru 2007.
    il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Impetus Symvouloi Michanikoi - Kainotomia kai Technologia EPE.
    Klawżola ta’ arbitraġġ - Programmi qafas għal azzjonijiet ta’ riċerka u ta’ żvilupp teknoloġiku - Kuntratti li jirrigwardaw proġetti fil-qasam ta’ l-applikazzjonijiet telematiċi ta’ interess komuni - Nuqqas ta’ dokumenti ta’ sostenn u non-konformità mad-dispożizzjonijiet kuntrattwali fir-rigward ta’ parti mill-ispejjeż iddikjarati - Ħlas lura tas-somom imħallsa.
    Kawża T-138/05.

    ECLI identifier: ECLI:EU:T:2007:316





    Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Imħallef uniku) tat-23 ta’ Ottubru 2007 – Il-Kummissjoni vs Impetus

    (Kawża T-138/05)

    “Klawżola ta’ arbitraġġ – Programmi qafas għal azzjonijiet ta’ riċerka u ta’ żvilupp teknoloġiku – Kuntratti li jirrigwardaw proġetti fil-qasam ta’ l-applikazzjonijiet telematiċi ta’ interess komuni – Nuqqas ta’ dokumenti ta’ sostenn u non-konformità mad-dispożizzjonijiet kuntrattwali fir-rigward ta’ parti mill-ispejjeż iddikjarati – Ħlas lura tas-somom imħallsa”

    1.                     Proċedura – Kawża mressqa quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza abbażi ta’ klawżola ta’ arbitraġġ (Artikolu 238 KE; Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1110/94; Deċiżjoni tal-Kunsill 90/221) (ara l-punti 69-78, 94-104, 125-133)

    Suġġett

    Talba, abbażi tal-klawżola ta’ arbitraġġ skond l-Artikolu 238 KE, intiża li Impetus Symvouloi Michanikoi – Kainotomia kai Technologia EPE tiġi ordnata tħallas lura parti mill-ammont tas-somom imħallsa mill-Komunità Ewropea abbażi tal-programm Invite (Inland navigation Telematics), bir-referenza COP 493, u tal-kuntratt Ausias (Att in Urban Sites with Integration and Standardisation), bir-referenza TR 1006, konkluż fil-kuntest tad-Deċiżjoni Nru 1110/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1110/94/KE, tas-26 ta’ April 1994, dwar ir-raba’ programm qafas fir-rigward ta’ azzjonijiet ta’ riċerka, żvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni (1994-1998) (ĠU L 126, p. 1), kif ukoll ta’ parti mill-ammonti mħallsa abbażi tal-kuntratt Artis (Advanced Road Transport Informatics in Spain), bir-referenza V 2043, konkluż fil-kuntest tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/221/ Euratom KEE, tat-23 ta’ April 1990, dwar programm qafas fir-rigward ta’ azzjonijiet Komunitarji ta’ riċerka u ta’ żvilupp teknoloġiku (1990-1994) (ĠU L 117, p. 28).

    Dispożittiv

    1)

    It-talba tal-Kummissjoni intiża għall-ħlas lura ta’ l-ammont ta’ EUR 136 037,30 imħallas abbażi tal-kuntratt Invite (Inland navigation Telematics), bir-referenza COP 493, hija miċħuda.

    2)

    Impetus Symvouloi Michanikoi – Kainotomia kai Technologia EPE hija kkundannata, abbażi tal-kuntratt Ausias (Att in Urban Sites with Integration and Standardisation), bir-referenza TR 1006, tħallas lill-Kummissjoni s-somma ta’ EUR 14 678,41, bħala ammont prinċipali, miżjuda bl-interessi għal dewmien fil-ħlas bir-rata legali annwali applikabbli fi Spanja, b’effett mill-15 ta’ Novembru 2002, u sakemm id-dejn jitħallas kompletament.

    3)

    Impetus Symvouloi Michanikoi – Kainotomia kai Technologia EPE hija kkundannata, abbażi tal-kuntratt Artis (Advanced Road Transport Informatics in Spain), bir-referenza V 2043, tħallas lill-Kummissjoni s-somma ta’ EUR 9 230,77 bħala ammont prinċipali, miżjuda bl-interessi għal dewmien fil-ħlas bir-rata legali annwali applikabbli fi Spanja, b’effett mid-29 ta’ Jannar 2003 u sakemm id-dejn jitħallas kompletament

    4)

    Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

    Top