EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62005TJ0137

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (it-Tielet Awla) tas-16 ta' Mejju 2007.
Gruppo La Perla SpA vs l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trademarks u disinni) (UASI).
Trade mark Komunitarja - Proċedura ta' annullament - Trade mark Komunitarja verbali NIMEI PERLA MODERN CLASSIC - Trade marks nazzjonali figurattivi u verbali preċedenti la PERLA u LA PERLA PARFUMS - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 40/94.
Kawża T-137/05.

ECLI identifier: ECLI:EU:T:2007:142





Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla) tas-16 ta’ Mejju 2007 – La Perla vs UASI – Worldgem Brands (NIMEI LA PERLA MODERN CLASSIC)

(Kawża T-137/05)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ kanċellazzjoni – Trade mark Komunitarja verbali NIMEI PERLA MODERN CLASSIC – Trade marks nazzjonali figurattivi u verbali preċedenti la PERLA u LA PERLA PARFUMS – Raġuni relattiva għal rifjut – Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 – Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 40/94”

Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew simili li għandha reputazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(5)) (ara l-punt 51)

Suġġett

Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni ta’ l-Ewwel Bord ta’ l-Appell ta’ l-UASI tal-25 ta’ Jannar 2005 (każ R 537/2004-1) dwar proċedimenti ta’ invalidità bejn Gruppo La Perla SpA u Worldgem Brands – Gestão e Investimentos L da .

Informazzjoni dwar il-kawża

It-trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett ta’ applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità:

It-trade mark verbali NIMEI LA PERLA MODERN CLASSIC għal prodotti fil-klassi 14 – applikazzjoni Nru 713446

Il-proprjetarju tat-trade mark Komunitarja:

Worldgem Brands – Gestão e Investimentos Lda, li qabel kienet Cielo Brands – Gestão e Investimentos Lda

Il-parti li ppreżentat l-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità:

Gruppo La Perla SpA

It-trade marks ta’ l-applikant tad-dikjarazzjoni ta’ invalidità:

It-trade marks Taljani:

la PERLA, għall-prodotti fil-klassi 25 – Trade mark figurattiva Nru 769526;

LA PERLA PARFUMS, għal prodotti fil-klassi 3 – Trade mark verbali Nru 776082;

la PERLA, għal prodotti fil-klassijiet 3, 9, 14, 16, 18, 24, 25 u 35 – trade mark figurattiva Nru 804992;

la PERLA għal prodotti fil-klassi 3 – trade mark figurattiva Nru GE 2002 C 000181

Id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni:

Tilqa’ l-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità u tiddikjara l-invalidità tat-trade mark Komunitarja

Id-deċiżjoni tal-Bord ta’ l-Appell:

Tilqa’ l-appell u tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni


Dispożittiv

 

Id-deċiżjoni ta’ l-Ewwel Bord ta’ l-Appell ta’ l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-25 ta’ Jannar 2005 (każ R 537/2004-1) hija annullata.

 

L-intervenjenti hija kkundannata li tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, terz ta’ l-ispejjeż tar-rikorrenti.

 

Ir-rikorrenti għandha tbati żewġ terzi ta’ l-ispejjeż tagħha.

 

L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.

Top