Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62005TJ0099

    Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (ir-Raba' Awla) ta' l-10 ta' Mejju 2007.
    ir-Renju ta' Spanja vs il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej.
    Sajd - Regolament (KE) Nru 494/2002 - Konservazzjoni tar-riżorsi tal-baħar - Bażi legali - Prinċipju ta' non diskriminazzjoni - Obbligu ta' motivazzjoni.
    Kawża T-99/05.

    ECLI identifier: ECLI:EU:T:2007:130





    Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla) ta’ l-10 ta’ Mejju 2007 – Spanja vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-99/05)

    “Sajd – Regolament (KE) Nru 494/2002 – Konservazzjoni tar-riżorsi tal-baħar – Bażi legali – Prinċipju ta’ non-diskriminazzjoni – Obbligu ta’ motivazzjoni”

    1.                     Atti ta’ l-istituzzjonijiet – Għażla tal-bażi legali – Kriterji – Regolament tal-Kummissjoni intiż għall-irkupru tal-ħażniet tal-marlozz (Regolament tal-Kunsill Nru 3760/92, Artikolu 15(1); Regolament tal-Kunsill Nru 850/98, Artikolu 45(1); Regolament tal-Kummissjoni Nru 494/2002) (ara l-punti 21 sa 26)

    2.                     Sajd – Konservazzjoni tar-riżorsi tal-baħar – Regolament Nru 850/98 (Regolament tal-Kunsill Nru 850/98, Artikolu 45(1)) (ara l-punt 27)

    3.                     Sajd – Konservazzjoni tar-riżorsi tal-baħar – Miżuri intiżi għall-irkupru tal-ħażniet tal-marlozz (Regolament tal-Kunsill Nru 850/98; Regolament tal-Kummissjoni Nru 494/2002) (ara l-punti 28 sa 31)

    4.                     Sajd – Konservazzjoni tar-riżorsi tal-baħar – Miżuri intiżi għall-irkupru tal-ħażniet tal-marlozz (Regolament tal-Kummissjoni Nru 494/2002, Artikolu 2(2)) (ara l-punti 43 sa 45)

    5.                     Atti ta’ l-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata (Artikolu 253 KE) (ara l-punti 59 sa 61)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 494/2002 tad-19 ta’ Marzu 2002 li jistabbilixxi miżuri tekniċi addizzjonali għall-irkupru tal-ħażniet ta’ marlozz fis-sub-żoni ICES III, IV, V, VI u VII u t-taqsimiet ICES VIII, a, b, d, e (ĠU L 77, p. 8).

    Dispożittiv

     

    Ir-rikors huwa miċħud.

     

    Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tal-Kummissjoni.

    Top