This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62005TJ0036
Judgment of the Court of First Instance (Second Chamber) of 12 September 2007. # Coats Holdings Ltd and J & P Coats Ltd v Commission of the European Communities. # Competition - Cartels - European haberdashery market (needles) - Product market sharing - Geographic market sharing - Assessment of evidence - Participation in meetings - Tripartite agreement - Fine - Gravity and duration of the infringement - Attenuating circumstances. # Case T-36/05.
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (it-Tieni Awla) tat-12 ta' Settembru 2007.
Coats Holdings Ltd u J & P Coats Ltd vs il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej.
Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tal-prodotti tal-ħjata (labar) - Tqassim tas-suq ta’ prodotti - Tqassim tas-suq ġeografiku - Evalwazzjoni tal-provi - Parteċipazzjoni fil-laqgħat - Ftehim bejn tliet partijiet - Multa - Gravità u tul tal-ksur - Ċirkustanzi attenwanti.
Kawża T-36/05.
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (it-Tieni Awla) tat-12 ta' Settembru 2007.
Coats Holdings Ltd u J & P Coats Ltd vs il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej.
Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tal-prodotti tal-ħjata (labar) - Tqassim tas-suq ta’ prodotti - Tqassim tas-suq ġeografiku - Evalwazzjoni tal-provi - Parteċipazzjoni fil-laqgħat - Ftehim bejn tliet partijiet - Multa - Gravità u tul tal-ksur - Ċirkustanzi attenwanti.
Kawża T-36/05.
ECLI identifier: ECLI:EU:T:2007:268
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tat-12 ta’ Settembru 2007 – Coats Holdings u Coats vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-36/05)
“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq Ewropew tal-prodotti tal-ħjata (labar) – Tqassim tas-suq ta’ prodotti – Tqassim tas-suq ġeografiku – Evalwazzjoni tal-provi – Parteċipazzjoni fil-laqgħat – Ftehim bejn tliet partijiet – Multa – Gravità u tul tal-ksur – Ċirkustanzi attenwanti”
1. Kompetizzjoni - Proċedura amministrattiva - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur li jikkonsisti fil-konklużjoni ta’ ftehim antikompetittiv - Rispett tal-prinċipju ta’ preżunzjoni ta’ l-innoċenza - Grad ta’ forza probatorja meħtieġ mill-provi li fuqhom tibbaża ruħha l-Kummissjoni (Artikolu 81(1) KE) (ara l-punti 68, 70-72, 74)
2. Kompetizzjoni - Akkordji - Parteċipazzjoni ta’ impriża f’laqgħa bejn il-partijiet ta’ akkordju ppjanat - Ċirkustanza li tippermetti li tiġi stabbilita l-parteċipazzjoni tagħha fl-akkordju sussegwenti - Kundizzjoni (Artikolu 81(1) KE) (ara l-punti 90-91, 96)
3. Kompetizzjoni - Akkordji - Impriża li ffaċilitat id-dħul fis-seħħ ta’ ftehim antikompetittiv suġġett għal azzjoni min-naħa tagħha - Ċirkustanza li tippermetti li tiġi stabbilita l-parteċipazzjoni tagħha fil-ftehim - Natura insuffiċjenti tas-sempliċi fatt li ġiet informata bl-eżistenza tal-ftehim (Artikolu 81(1) KE) (ara l-punti 105, 110, 117, 119-120, 168)
4. Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Kriterji ddefiniti mil-linji gwida stabbiliti mill-Kummissjoni - Gravità u tul tal-ksur - Ċirkustanzi attenwanti - Rwol passiv jew emulattiv ta’ l-impriża (Artikolu 81(1) KE; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03) (ara l-punti 199-200, 204-207, 210, 212)
Suġġett
Prinċipalment, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2004) 4221 finali, tas-26 ta’ Ottubru 2004, dwar proċedura ta’ applikazzjoni ta’ l-Artikolu 81 [KE] (Kawża COMP/F-1/38.338 – PO/Needles) u, sussidjarjament, talba għall-annullament jew għat-tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti. |
Dispożittiv
1) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2004) 4221 finali, tas-26 ta’ Ottubru 2004, dwar proċedura ta’ applikazzjoni ta’ l-Artikolu 81 [KE] (Kawża COMP/F-1/38.338 – PO/Needles) hija annullata safejn tikkonstata li r-rikorrenti kisru l-Artikolu 81(1) KE wara t-13 ta’ Marzu 1997.
2) L-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti fl-Artikolu 2 tad-deċiżjoni huwa stabbilit għal EUR 20 miljun.
3) Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
4) Ir-rikorrenti għandhom ibatu żewġ terzi ta’ l-ispejjeż tagħhom u żewġ terzi ta’ l-ispejjeż tal-Kummissjoni, li għandha tbati terz ta’ l-ispejjeż tagħha u terz ta’ dawk tar-rikorrenti.