Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62005TB0094

    Kawża T-94/05: Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad- 29 ta’ Ġunju 2009 — Athinaïki Techniki vs Il-Kummissjoni ( Għajnuna mill-Istat — Ilment — Deċiżjoni li ttemm l-ilment — Rinviju lill-Qorti tal-Prim’Istanza wara annullament — Revoka tad-deċiżjoni kkontestata — M’hemmx lok li tingħata deċiżjoni )

    ĠU C 233, 26.9.2009, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.9.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 233/14


    Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad-29 ta’ Ġunju 2009 — Athinaïki Techniki vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-94/05) (1)

    (“Għajnuna mill-Istat - Ilment - Deċiżjoni li ttemm l-ilment - Rinviju lill-Qorti tal-Prim’Istanza wara annullament - Revoka tad-deċiżjoni kkontestata - M’hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

    2009/C 233/24

    Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Athinaïki Techniki AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: D. Triantafyllou, aġent)

    Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Athens Resort Casino AE Symmetochon (Marrousi, il-Greċja) (rappreżentanti: F. Carlin, barrister, u N. Korogiannakis, avukat)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-2 ta’ Diċembru 2004, li ttemm l-ilment tar-rikorrenti li jirrigwarda allegata għajnuna mill-Istat mogħtija mir-Repubblika Ellenika lill-konsorzju ta’ Hyatt Regency fil-kuntest tal-kuntratt pubbliku “Casino Mont Parnès”.

    Dispożittiv

    (1)

    M’hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq dan ir-rikors.

    (2)

    Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandha tbati l-ispejjeż kollha.


    (1)  ĠU C 106, 30.4.2005.


    Top