Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62005TA0301

    Kawża T-301/05: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal- 11 ta' Marzu 2008 — Guigard vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej ( Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Nuqqas ta' tiġdid ta' kuntratt ta' xogħol iffinanzjat mill-EDF — Nuqqas ta' aġir illegali tal-Kummissjoni — Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Prim'Istanza )

    ĠU C 107, 26.4.2008, p. 24–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.4.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 107/24


    Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-11 ta' Marzu 2008 — Guigard vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

    (Kawża T-301/05) (1)

    (“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Nuqqas ta' tiġdid ta' kuntratt ta' xogħol iffinanzjat mill-EDF - Nuqqas ta' aġir illegali tal-Kummissjoni - Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Prim'Istanza’)

    (2008/C 107/39)

    Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Philippe Guigard (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: l-ewwel S. Rodrigues u A. Jaume, u wara S. Rodrigues u C. Bernard-Glanz, avocats)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: l-ewwel D. Martin u K. Herrmann, u wara F. Dintilhac u G. Boudot, aġenti)

    Suġġett

    Rikors għal ħlas ta' kumpens intiż sabiex jiġi kkumpensat id-dannu allegatament subit mir-rikorrent minħabba l-allegat aġir ħażin tal-Kummissjoni matul in-nuqqas ta' tiġdid tal-kuntratt ta' xogħol tiegħu konkluż fil-kuntest tal-kooperazzjoni teknika bejn il-Komunità u l-Gvern tan-Niġer iffinanzjata mill-Fond Ewropew ta' l-Iżvilupp (EDF)

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    P. Guigard huwa kkundannat għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 271, 29.10.2005.


    Top