EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62005TA0189

Kawża T-189/05: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l- 14 ta' Frar 2008 — Usinor vs L-UASI — Corus UK (GALVALLOY) ( Trade mark Komunitarja — Proċedura ta' oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali GALVALLOY — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti GALVALLIA — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta' konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94 )

ĠU C 79, 29.3.2008, p. 27–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 79/27


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-14 ta' Frar 2008 — Usinor vs L-UASI — Corus UK (GALVALLOY)

(Kawża T-189/05) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedura ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali GALVALLOY - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti GALVALLIA - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94’)

(2008/C 79/52)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Usinor SA (Puteaux, Franża) (rappreżentanti: P. de Candé u J. Blanchard, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Partijiet oħra fil-kawża quddiem il-Bord ta' l-Appell ta' l-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Corus UK Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: S. Malynicz, barrister)

Suġġett

Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-UASI ta' l-10 ta' Frar 2005 (Każ R 411/2004-1) dwar proċedura ta' oppożizzjoni bejn Unisor SA u Corus UK Ltd.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (L-UASI) ta' l-10 ta' Frar 2005 (Każ R 411/2004-1) hija annullata.

2)

L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu, kif ukoll dawk ta' Unisor SA.

3)

Corus UK Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 182, 23.7.2005.


Top