Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62005FA0070

    Kawża F-70/05: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tad- 29 ta’ Settembru 2011 — Mische vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Ħatra — Kandidat li għadda minn kompetizzjoni ppubblikata qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal il-ġodda iżda ffinalizzata wara dan id-dħul fis-seħħ — Klassifikazzjoni fi grad b’applikazzjoni tar-regoli l-ġodda li huma inqas favorevoli)

    ĠU C 138, 12.5.2012, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.5.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 138/21


    Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tad-29 ta’ Settembru 2011 — Mische vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-70/05) (1)

    (Servizz pubbliku - Ħatra - Kandidat li għadda minn kompetizzjoni ppubblikata qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal il-ġodda iżda ffinalizzata wara dan id-dħul fis-seħħ - Klassifikazzjoni fi grad b’applikazzjoni tar-regoli l-ġodda li huma inqas favorevoli)

    (2012/C 138/39)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Harald Mische (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment G. Vandersanden u L. Levi, avukati, sussegwentement R. Holland, B. Maluch u J. Mische, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u H. Krämer, aġenti)

    Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Arpio Santacruz u M. Simm, aġenti)

    Suġġett

    L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikklassifika lir-rikorrent fil-grad A*6 wara kompetizzjoni ppubblikata qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal il-ġodda iżda ffinalizzata wara din id-data, skont id-dispożizzjonijiet inqas favorevoli ta’ dawn ir-Regolamenti (Artikolu 12 tal-Anness XIII tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 723/2004 li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal)

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    (2)

    Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

    (3)

    Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, parti intervenjenti, għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


    (1)  ĠU C 229, 17.09.2005, p. 35 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej bin-numru T-288/05 u ttrasferita lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea b’digriet tal-15.12.2005.


    Top