EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62005CJ0358

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-21 ta' Ġunju 2007.
il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs ir-Renju ta' Spanja.
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2003/54/KE - Suq intern ta' l-enerġija elettrika - Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu previst.
Kawża C-358/05.

ECLI identifier: ECLI:EU:C:2007:365





Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-21 ta’ Ġunju 2007 –
Il-Kummissjoni vs Spanja

(Kawża C‑358/05)

“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 2003/54/KE – Suq intern ta’ l-enerġija elettrika – Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu preskritt”

Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja – Sitwazzjoni li għandha tittieħed in kunsiderazzjoni – Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 8)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Nuqqas li jadotta, fit-terminu preskritt, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2003/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2003, dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam ta’ l-elettriku, u li tħassar id-Direttiva 96/92/KE – Dikjarazzjonijiet li jirrigwardaw l-operazzjonijiet ta’ żmaltiment u ta’ ġestjoni ta’ l-iskart (ĠU L 176, p.37)

Dispożittiv

1)

Billi ma adottax, fit-terminu preskritt, id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentari u amministrattivi kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2003/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2003, dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam ta’ l-elettriku, u li tħassar id-Direttiva 96/92/KE, ir-Renju ta’ Spanja naqas mill-obbligi li huwa għandu bis-saħħa ta’ din id-direttiva.

2)

Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat ibati l-ispejjeż.

Top