EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62005CJ0049

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (ir-Raba' Awla) tat-8 ta' Mejju 2008.
Ferriere Nord SpA vs il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej.
Appell - Għajnuna mill-Istat - Proċedura ta’ investigazzjoni formali - Linji gwida tal-Komunità dwar l-għajnuna mogħtija mill-Istat għall-ħarsien tal-ambjent - Drittijiet tal-partijiet interessati - Stedina sabiex jiġu sottomessi kummenti - Artikolu 88(2) KE - Regolament (KE) Nru 659/1999 - Aspettattivi leġittimi - Ċertezza legali - Skop ambjentali tal-investiment.
Kawża C-49/05 P.

ECLI identifier: ECLI:EU:C:2008:259





Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-8 ta’ Mejju 2008 – Ferriere Nord vs Il-Kummissjoni

(Kawża C‑49/05 P)

“Appell – Għajnuna mill-Istat – Proċedura ta’ investigazzjoni formali – Linji gwida tal-Komunità dwar l-għajnuna mogħtija mill-Istat għall-ħarsien tal-ambjent – Drittijiet tal-partijiet interessati – Stedina sabiex jiġu sottomessi kummenti – Artikolu 88(2) KE – Regolament (KE) Nru 659/1999 – Aspettattivi leġittimi – Ċertezza legali – Skop ambjentali tal-investiment”

1.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Pjanijiet ta’ għajnuna – Investigazzjoni mill-Kummissjoni – Osservanza ta’ terminu raġonevoli (Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikolu 7(6)) (ara l-punti 48 sa 50)

2.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Proċedura amministrattiva – Dritt tal-partijiet interessati li jissottomettu l-kummenti tagħhom – Bidla, fil-mori tal-proċeduri, tal-kuntest leġiżlattiv Komunitarju applikabbli (Artikolu 88(2) KE) (ara l-punti 68, 78, 81)

3.                     Appell – Aggravji – Motiv mhux sostnut b’argument ġuridiku – Inammissibbiltà (Artikolu 225 KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 112(1)(ċ)) (ara l-punt 99)

4.                     Appell – Aggravji – Evalwazzjoni żbaljata ta’ fatti u ta’ provi – Inammissibbiltà – Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja ta’ fatti u ta’ provi – Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament (Artikolu 225(1) KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58) (ara l-punt 127)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla Estiża) tat-18 ta’ Novembru 2004, Ferriere Nord SpA vs Il-Kummissjoni (T-176/01) li tiċħad, minn naħa, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/829/KE, KEFA, tat-28 ta’ Marzu 2001, dwar l-għajnuna mill-Istat li l-Italja għandha l-intenzjoni tagħti lil Ferriere Nrod SpA (ĠU L 310, p. 22), li tiddikjara inkompatibbli mas-suq komuni għajnuna nnotifikata bħala għajnuna favur il-protezzjoni tal-ambjent li r-reġjun awtonomu Friuli-Venezia Giulia (l-Italja) għandu l-intenzjoni jagħti lill-appellanti fil-forma ta’ kontribuzzjoni finanzjarja għall-investiment meħtieġ għall-akkwist ta’ magna bir-rombli għall-manifattura ta’ xbieki tal-azzar iwweldjat li tippermetti li jitnaqqsu l-istorbju u l-kwantità ta’ skart prodott fil-forma ta’ ossidu tal-ħadid u, min-naħa l-oħra, talba għall-kumpens tad-danni allegatament imġarrba mill-appellanti b’riżultat tal-adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Ferriere Nord SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.

3)

Ir-Repubblika Taljana għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

Top