EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62005CA0465

Kawża C-465/05: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat- 13 ta' Diċembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Dritt ta' stabbiliment — Professjoni ta' aġent tas-sigurtà — Servizzi ta' sigurtà privata — Ġurament ta' fedeltà lejn ir-Repubblika Taljana — Awtorizzazzjoni Prefettorali — Sede ta' attività ekonomika — Numru ta' impjegati minimi — Depożitu ta' garanzija — Kontroll amministrattiv tal-prezzijiet tas-servizzi pprovduti)

ĠU C 51, 23.2.2008, p. 11–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 51/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-13 ta' Diċembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-465/05) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Dritt ta' stabbiliment - Professjoni ta' aġent tas-sigurtà - Servizzi ta' sigurtà privata - Ġurament ta' fedeltà lejn ir-Repubblika Taljana - Awtorizzazzjoni Prefettorali - Sede ta' attività ekonomika - Numru ta' impjegati minimi - Depożitu ta' garanzija - Kontroll amministrattiv tal-prezzijiet tas-servizzi pprovduti)

(2008/C 51/18)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: E. Traversa u E. Montaguti, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana [rappreżentanti: I. M. Braguglia, aġent u D. Del Gaizo, avukat]

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur ta' l-Artikoli 43 u 49 KE — Kundizzjonijiet sabiex tiġi eżerċitata l-professjoni ta' aġent tas-sigurtà privat — Obbligu li jittieħed ġurament ta' lealtà lejn ir-Repubblika Taljana — Obbligu li tinkiseb awtorizzazjoni Prefettorali

Dispożittiv

1)

Meta pprovdiet, fil-kuntest tat-Test Uniku tal-Liġijiet dwar is-Sigurtà Pubblika (Testo unico delle leggi di pubblica sicurezza), approvat bid-Digriet Irjali Nru 773, tat-18 ta' Ġunju 1931, kif emendat, li :

l-attività ta' għassies privat tista' tiġi eżerċitata biss wara l-għoti tal-ġurament ta' fedeltà lejn ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skond l-Artikoli 43 KE u 49 KE;

l-attività ta' għassies privat tista' tigi eżercitata biss minn persuni li jipprovdu servizzi stabbiliti fi Stat Membru ieħor fuq l-għoti ta' awtorizzazzjoni tal-Prefett ta' portata territorjali, mingħajr ma jitqiesu l-obbligi li għalihom dawn il-persuni li jipprovdu s-servizzi huma diġà soġġetti fl-Istat Membru ta' oriġini, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skond l-Artikolu 49 KE;

l-imsemmija awtorizzazzjoni għandha validità territorjali u li l-għoti tagħha hija suggetta ghat-teħid in kunsiderazzjoni tan-numru u d-daqs ta' l-impriżi ta' sigurtà privata li diġà jaħdmu fit-territorju in kwistjoni, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skond l-Artikoli 43 KE u 49 KE;

l-impriżi ta' sigurtà privata għandhom ikollhom is-sede ta' l-attività ekonomika tagħhom f'kull provinċja fejn huma jeżerċitaw l-attività tagħhom, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skond l-Artikolu 49 KE;

l-persunal ta' l-impriżi għandu jkun awtorizzat individwalment sabiex jeżerċita l-attività ta' sigurtà privata, mingħajr ma jitqiesu l-kontroll u l-verifiki diġà effettwati fl-Istat Membru ta' oriġini, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skond l-Artikolu 49 KE,

l-impriżi ta' sigurtà privata ghandhom ikollhom numru ta' impjegati minimu u/jew massimu sabiex ikunu awtorizzati, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skond l-Artikoli 43 KE u 49 KE;

l-istess impriżi għandhom jiddepożitaw garanzija fil-bank ta' depożiti u ta' self, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skond l- Artikoli 43 KE u 49 KE, u

l-prezzijiet tas-servizzi ta' sigurtà privata huma stabbiliti skond l-awtorizzazzjoni tal-Prefett skond marġni ta' varjazzjoni stabbilit bil-quddiem, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skond l-Artikolu 49 KE.

2)

Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata tbati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 60, 11.3.2006.


Top