EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62005CA0462

Kawża C-462/05: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tat- 12 ta' Ġunju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ammissibbiltà — Res judicata — Sitt Direttiva tal-VAT — L-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 4(5), Artikoli 12(3)(a) u 28(2)(e))

ĠU C 209, 15.8.2008, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 209/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tat-12 ta' Ġunju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża

(Kawża C-462/05) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Ammissibbiltà - Res judicata - Sitt Direttiva tal-VAT - L-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 4(5), Artikoli 12(3)(a) u 28(2)(e))

(2008/C 209/03)

Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: R. Lyal u M. Afonso, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: Â. Seiça Neves u R. Laires, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur ta' l-Artikoli 12 u 28 tad-Direttiva 77/388/KEE: Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (ĠU L 145, p. 1) — Żamma fis-seħħ ta' rata mnaqqsa ta' 5 % għall-pedaġġi li jirrigwardaw il-qsim bit-triq tat-Tage f'Lisbona

Dispożittiv

1)

Billi żammet fis-seħħ rata mnaqqsa ta' 5 % tat-taxxa fuq il-valur miżjud applikabbli għall-pedaġġi relatati mal-qsim bit-triq tat-Tage f'Lisbona, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 12 u 28 tas-Sitt Direttiva 77/388/KEE tal-Kunsill, tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima, kif emendata bid-Direttiva 2001/41/KE tal-Kunsill, tad-19 ta' Jannar 2001.

2)

Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 60, 11.3.2006.


Top