EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62005CA0398

Kawża C-398/05: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tat- 28 ta' Frar 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Finanzgericht Düsseldorf — il-Ġermanja) — AGST Draht- und Biegetechnik GmbH vs Hauptzollamt Aachen (Politika kummerċjali komuni — Dazji kumpensatorji — Protezzjoni kontra l-prattiċi ta' sussidji — Regolament (KE) Nru 1599/1999 — Wajers ta' l-istainless steel — Dannu għall-industrija Komunitarja — Rabta ta' kawżalità)

ĠU C 107, 26.4.2008, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 107/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tat-28 ta' Frar 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Finanzgericht Düsseldorf — il-Ġermanja) — AGST Draht- und Biegetechnik GmbH vs Hauptzollamt Aachen

(Kawża C-398/05) (1)

(Politika kummerċjali komuni - Dazji kumpensatorji - Protezzjoni kontra l-prattiċi ta' sussidji - Regolament (KE) Nru 1599/1999 - Wajers ta' l-istainless steel - Dannu għall-industrija Komunitarja - Rabta ta' kawżalità)

(2008/C 107/02)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: AGST Draht- und Biegetechnik GmbH

Konvenut: Hauptzollamt Aachen

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Finanzgericht Düsseldorf — Validità tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1599/1999, tat-12 ta' Lulju 1999, li jimponi dazju kompensatorju definittiv u l-ġbir definittiv tad-dazju proviżorju impost fuq wires ta' l-istainless steel b'dijametru ta' 1 mm jew aktar li joriġinaw fl-Indja u jtemm il-proċedura li tikkonċerna l-importazzjonijiet ta' wires ta' l-istainless steel b'dijametru ta' 1 mm jew aktar li joriġinaw fir-Repubblika tal-Korea (ĠU L 189 tat-22 ta' Lulju 1999 p. 1) — Evalwazzjoni tad-dannu għall-industrija Komunitarja, rabta ta' kawżalità ma' l-importazzjonijiet ta' prodotti ssussidjati

Dispożittiv

L-eżami tad-domanda magħmula ma rrivela ebda element tali li jaffettwa l-validità tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1599/1999, tat-12 ta' Lulju 1999, li jimponi dazju kompensatorju definittiv u l-ġbir definittiv tad-dazju provviżorju impost fuq wajers ta' l-istainless steel b'dijametru ta' 1 mm jew aktar li joriġinaw fl-Indja u jtemm il-proċedura li tikkonċerna l-importazzjonijiet ta' wajers ta' l-istainless steel b'dijametru ta' 1 mm jew aktar li joriġinaw fir-Repubblika tal-Korea.


(1)  ĠU C 22, 28.1.2006.


Top