Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62005CA0101

    Kawża C-101/05: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat- 18 ta' Diċembru 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Regeringsträtten, l-Iżvezja) — Skatteverket vs A (Moviment liberu tal-kapital — Restrizzjoni fuq il-moviment ta' kapital bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi — Taxxa fuq id-dħul minn kapital — Dividendi rċevuti minn kumpannija stabbilita fi Stat Membru taż-ŻEE — Eżenzjoni — Dividendi rċevuti minn kumpannija stabbilita f'pajjiż terz — Eżenzjoni suġġetta għall-eżistenza ta' konvenzjoni fiskali li tipprovdi għal skambju ta' informazzjoni — Effettività tal-kontrolli fiskali)

    ĠU C 51, 23.2.2008, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.2.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 51/6


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-18 ta' Diċembru 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Regeringsträtten, l-Iżvezja) — Skatteverket vs A

    (Kawża C-101/05) (1)

    (Moviment liberu tal-kapital - Restrizzjoni fuq il-moviment ta' kapital bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi - Taxxa fuq id-dħul minn kapital - Dividendi rċevuti minn kumpannija stabbilita fi Stat Membru taż-ŻEE - Eżenzjoni - Dividendi rċevuti minn kumpannija stabbilita f'pajjiż terz - Eżenzjoni suġġetta għall-eżistenza ta' konvenzjoni fiskali li tipprovdi għal skambju ta' informazzjoni - Effettività tal-kontrolli fiskali)

    (2008/C 51/09)

    Lingwa tal-kawża: L-Iżvediż

    Qorti tar-rinviju

    Regeringsrätten

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Skatteverket

    Konvenuta: A

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Regeringsrätten — Interpretazzjoni ta' l-Artikoli 56 KE u 58 KE — Tassazzjoni, imposta fuq persuna taxxabbli residenti fi Stat Membru, ta' dividendi mqassma minn kumpannija stabbilita fi Stat terz — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-eżenzjoni mit-taxxa ta' dividendi bħal dawn għall-eżistenza ta' konvenzjoni fiskali ma' l-Istat terz li tkun tinkludi klawżola dwar l-iskambju ta' informazzjoni.

    Dispożittiv

    L-Artikoli 56 KE u 58 KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni ta' Stat Membru li bis-saħħa tagħha l-eżenzjoni mit-taxxa fuq id-dħul mid-dividendi, imqassma taħt forma ta' azzjonijiet f'kumpannija sussidjarja, tista' tingħata biss jekk il-kumpannija distributriċi tkun stabbilita fi Stat Membru taż-Żona Ekonomika Ewropea jew fi Stat li miegħu tkun ġiet konkluża konvenzjoni li tipprovdi għall-iskambju ta' informazzjoni ma' l-Istat Membru li jimponi t-taxxa, meta din l-eżenzjoni tkun suġġetta għal kundizzjonijiet li l-ħarsien tagħhom ma jistax jiġi vverifikat mill-awtoritajiet kompetenti ta' dan l-Istat Membru ħlief billi jiksbu l-informazzjoni mingħand l-Istat fejn tkun stabbilita l-kumpannija distributriċi.


    (1)  ĠU C 106, 30.4.2005.


    Top