Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62004TJ0160

    Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Is-Seba' Awla) tal-15 ta' Ottubru 2008.
    Gerasimos Potamianos vs il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej.
    Servizz pubbliku.
    Kawża T-160/04.

    Ġabra tal-Ġurisprudenza – Servizz Pubbliku 2008 I-A-2-00075; II-A-2-00469

    ECLI identifier: ECLI:EU:T:2008:438

    SENTENZA TAL-QORTI TAL-PRIM’ISTANZA (Is-Seba’ Awla)

    15 ta’ Ottubru 2008

    Kawża T-160/04

    Gerasimos Potamianos

    vs

    Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

    “Servizz pubbliku – Membru tal-persunal temporanju – Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt għal żmien determinat”

    Suġġett: Rikors li għandu bħala suġġett talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità li għandha s-setgħa li tikkonkludi l-kuntratti ta’ reklutaġġ li ma ġġeddidx il-kuntratt tar-rikorrent bħala membru tal-persunal temporanju.

    Deċiżjoni: Ir-rikors huwa miċħud. Gerasimos Potamianos u l-Kummissjoni għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

    Sommarju

    1.      Uffiċjali – Appell – Ilment amministrattiv minn qabel – Termini – Punt ta’ tluq

    (Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 90(1))

    2.      Uffiċjali – Membri tal-persunal temporanju – Reklutaġġ – Tiġdid ta’ kuntratt għal żmien determinat – Setgħa diskrezzjonali tal-amministrazzjoni

    (Kondizzjonijiet tal-impieg ta’ impjegati oħra, Artikolu 8 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 47)

    1.      Għalkemm huwa minnu li normalment kuntratt ikollu effett minn meta dan jiġi ffirmat u, għalhekk, it-terminu għat-tressiq ta’ lment fi żmien utli fis-sens tal-Artikolu 90(1) tar-Regolamenti tal-Persunal huwa kkalkolat mid-data tal-firma, id-deċiżjoni li l-kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju ma jiġġeddidx tikkostitwixxi, madankollu, deċiżjoni distinta mill-kuntratt inkwistjoni u tista’, bħala tali, tkun suġġetta għal ilment, kif ukoll appell, fit-termini stabbiliti mir-Regolamenti tal-Persunal.

    (ara l-punt 21)

    Referenza: Il-Qorti tal-Prim’Istanza 11 ta’ Lulju 2002, Martinez Paramo et vs Il‑Kummissjoni, T‑137/99 u T‑18/00, ĠabraSP p. I‑A‑119 u II‑639, punt 56

    2.      Għalkemm l-Artikolu 8 tal-Kondizzjonijiet tal-impieg ta’ impjegati oħra jipprevedi l-possibbiltà ta’ tiġdid ta’ kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju, dan mhuwiex każ ta’ dritt, iżda sempliċi possibbiltà li taqa’ fid-diskrezzjoni tal-awtorità kompetenti. Fil-fatt, l-Istituzzjonijiet tal-Komunità għandhom setgħa diskrezzjonali wiesgħa fl-organizzazzjoni tad-dipartimenti tagħhom skont il-missjonijiet fdati lilhom u fil-ħatra, għal dan il-għan, tal-persunal li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom, bil-kundizzjoni, madankollu, li dawn il-ħatriet isiru fl-interess tas-servizz.

    (ara l-punt 30)

    Referenza: Il-Qorti tal-Ġustizzja 14 ta’ Lulju 1983, Nebe vs Il-Kummissjoni, 176/82, Ġabra p. 2475, punt 18; Il-Qorti tal-Ġustizzja 21 ta’ Ġunju 1984, Lux vs Il-Qorti tal-Awdituri, 69/83, Ġabra p. 2447, punt 17

    Top