Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62004TJ0053

    Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (il-Ħames Awla Estiża) tat-12 ta' Ġunju 2007.
    Budějovický Budvar, národní podnik vs l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trademarks u disinni) (UASI).
    Trade mark Komunitarja - Proċedura ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja verbali BUDWEISER - Denominazzjonijiet ta' oriġini rreġistrati skond il-Ftehim ta' Liżbona - Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 - Ċaħda ta' l-oppożizzjoni.
    Każijiet Magħquda T-53/04 sa T-56/04, T-58/04 u T-59/04.

    ECLI identifier: ECLI:EU:T:2007:167





    Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla Estiża) tat-12 ta’ Ġunju 2007 – Budĕjovický Budvar vs UASI – Anheuser-Busch (BUDWEISER)

    (Kawżi magħquda T-53/04 sa T-56/04, T-58/04 u T-59/04)

    “Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja verbali BUDWEISER – Denominazzjonijiet ta’ oriġini rreġistrati skond il-Ftehim ta’ Liżbona – Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 – Ċaħda ta’ l-oppożizzjoni”

    1.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark mhux reġistrata jew ta’ sinjal ieħor użat fil-kummerċ (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(4)) (ara l-punti 70-74)

    2.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark mhux reġistrata jew ta’ sinjal ieħor użat fil-kummerċ (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(4)) (ara l-punt 204)

    Suġġett

    Talba għall-annullament ta’ sitt deċiżjonijiet tat-Tieni Bord ta’ l-Appell ta’ l-UASI tat-3 ta’ Diċembru 2003 (Każijiet R 820/2001-2, R 822/01-2, R 823/2001-2, R 921/2001-2, R 29/2002-2 u R 32/2002-2) dwar proċeduri ta’ oppożizzjoni bejn Budĕjovický Budvar, národní podnik u Anheuser-Busch, Inc.

    Informazzjoni dwar il-kawża

    L-applikant għat-trade mark Komunitarja:

    Anheuser-Busch Inc.

    It-trade mark ikkonċernata:

    It-trade mark verbali BUDWEISER għal prodotti fil-klassijiet 9, 14, 16, 21, 25, 29, 30, 35, 38, 41 u 42 – applikazzjonijiet Nri 739177, 24612, 24661, 24620, 24638 u 927533

    Il-proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta’ l-oppożizzjoni:

    Budĕjovický Budvar, národní podnik

    It-trade marks invokati in sostenn ta’ l-oppożizzjoni:

    Denominazzjonijiet ta’ oriġini BUDWEISER BIER, BUDWEISER BIER-BUDVAR, BUDWEISER BUDVAR

    Id-deċiżjoni tad-Diviżjoni ta’ l-Oppożizzjoni:

    Ċaħda ta’ l-oppożizzjonijiet

    Id-deċiżjoni tal-Bord ta’ l-Appell:

    Ċaħda ta’ l-appell


    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikorsi fil-kawżi magħquda T-53/04 sa T-56/04, T-58/04 u T-59/04 huma miċħuda.

    2)

    Budĕjovický Budvar, národní podnik hija kkundannata għall-ispejjeż.

    Top