Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62004TB0139

    Kawża T-139/04: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat- 12 ta' Settembru 2008 — Stephens vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Sentenza interlokutorja — M'hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

    ĠU C 327, 20.12.2008, p. 24–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20.12.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 327/24


    Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Settembru 2008 — Stephens vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-139/04) (1)

    (Servizz pubbliku - Uffiċjali - Sentenza interlokutorja - M'hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

    (2008/C 327/44)

    Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Kevin William Stephens (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: N. Lhoëst, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u H. Krämer, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)

    Suġġett

    Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' April 2003 li tibdel il-klassifikazzjoni fil-grad tar-rikorrent, sa fejn din tiffissa l-klassifikazzjoni tiegħu fl-iskala, fid-data tal-ħatra tiegħu, għall-ewwel skala tal-grad A6, sa fejn tiffissa l-5 ta' Ottubru 1995 bħala d-data li fiha d-deċiżjoni tibda tipproduċi l-effetti pekunjarji tagħha u sa fejn ma terġax tistabbilixxi l-karriera fil-grad tar-rikorrent, u talba għall-annullament tad-deċiżjonij li tiċħad l-ilment tar-rikorrent u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni allegatament ikkawżati b'din id-deċiżjoni.

    Dispożittiv

    1)

    M'hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq dan ir-rikors.

    2)

    Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż kollha.


    (1)  ĠU C 168, 26.6.2004.


    Top