EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62004TB0131

Kawża T-131/04: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat- 12 ta' Settembru 2008 — Jacobs vs Il-Kummissjoni ( Servizz pubbliku — Uffiċjali — Sentenza interlokutorja — M'hemmx lok li tingħata deċiżjoni )

ĠU C 301, 22.11.2008, p. 35–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 301/35


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Settembru 2008 — Jacobs vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-131/04) (1)

(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Sentenza interlokutorja - M'hemmx lok li tingħata deċiżjoni’)

(2008/C 301/58)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Luc Jacobs (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: N. Lhoëst, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u H. Krämer, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' April 2003 li bidlet il-klassifikazzjoni fil-grad tar-rikorrent, safejn din tiffissa l-klassifikazzjoni tiegħu fil-grad, fid-data tal-ħatra tiegħu, għall-grad B4, it-tieni skala, u li tiffissa l-5 ta' Ottubru 1995 bħala d-data li fiha d-deċiżjoni tibda tipproduċi l-effetti pekunjarji tagħha u li ma terġax tistabbilixxi l-karriera fil-grad tar-rikorrent u talba għall-annullament tad-deċiżjoni li ċaħdet l-ilment tar-rikorrent u, min-naħa l-oħra, talba għall-kumpens għad-dannu allegatament ikkawżat b'din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

M'hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar dan ir-rikors.

2)

Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż kollha.


(1)  ĠU C 118, 30.4.2004.


Top