EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62004TA0425(01)

Kawżi magħquda T-425/04 RENV u T-444/04 RENV: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Lulju 2015 – Franza vs Il-Kummissjoni (“Għajnuna mill-Istat — Miżuri finanzjarji favur France Télécom — Offerta ta’ self ta’ azzjonista — Dikjarazzjonijiet pubbliċi tal-Istat Franċiż — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni — Assenza ta’ estensjoni tal-propdċedura formali ta’ eżami — Drittijiet tad-difiża — Kriterju tal-investitur privat avżat — Kundizzjonijiet normali tas-suq — Żbalji ta’ liġi — Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni”)

ĠU C 270, 17.8.2015, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20150731068617182015/C 270/254252004TC27020150817MT01MTINFO_JUDICIAL20150702212111

Kawżi magħquda T-425/04 RENV u T-444/04 RENV: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Lulju 2015 – Franza vs Il-Kummissjoni (“Għajnuna mill-Istat — Miżuri finanzjarji favur France Télécom — Offerta ta’ self ta’ azzjonista — Dikjarazzjonijiet pubbliċi tal-Istat Franċiż — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni — Assenza ta’ estensjoni tal-propdċedura formali ta’ eżami — Drittijiet tad-difiża — Kriterju tal-investitur privat avżat — Kundizzjonijiet normali tas-suq — Żbalji ta’ liġi — Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni”)

Top

C2702015MT2110120150702MT0025211211

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Lulju 2015 – Franza vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T-425/04 RENV u T-444/04 RENV) ( 1 )

“(“Għajnuna mill-Istat — Miżuri finanzjarji favur France Télécom — Offerta ta’ self ta’ azzjonista — Dikjarazzjonijiet pubbliċi tal-Istat Franċiż — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni — Assenza ta’ estensjoni tal-propdċedura formali ta’ eżami — Drittijiet tad-difiża — Kriterju tal-investitur privat avżat — Kundizzjonijiet normali tas-suq — Żbalji ta’ liġi — Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni”)”

2015/C 270/25Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues, D. Colas u J. Bousin, aġenti) (T-425/04 RENV); u Orange, li kienet France Télécom (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: S. Hautbourg u S. Cochard-Quesson, avukati) (Kawża T-444/04 RENV)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Giolito u D. Grespan, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti r-Repubblika Franċiża: ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u J. Möller, aġenti, assistiti minn U. Soltész, avukat)

Suġġett

Talbiet għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/621/KE, tat-2 ta’ Awwissu 2004, dwar l-għajnuna mill-Istat implementata minn Franza favur France Télécom (ĠU 2006, L 257, p. 11).

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/621/KE, tat-2 ta’ Awwissu 2004, dwar l-għajnuna mill-Istat implementata minn Franza favur France Télécom, huwa annullat.

2)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għall-annullament tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2006/621.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll tmienja minn għaxra tal-ispejjeż sostnuti mir-Repubblika Franċiża u minn Orange, li kienet France Télécom.

4)

Ir-Repubblika Franċiża u Orange, li kienet France Télécom, għandhom ibati kull waħda minnhom tnejn minn għaxra tal-ispejjeż tagħhom.

5)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


( 1 ) ĠU C 19, 22.1.2005.

Top