This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62004TA0400
Joined Cases T-400/04, T-402/04 to T-404/04: Judgment of the General Court of 20 September 2011 — Arch Chemicals and Others v Commission (Health policy — Placing on the market of biocidal products — Identification of active substances on the market — Decision refusing amendment of certain provisions of the legislation — Actions for failure to act — Obligation to act — Actions for annulment — Not individually concerned — Inadmissibility)
Kawżi magħquda T-400/04, T-402/04 sa T-404/04: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 20 ta’ Settembru 2011 — Arch Chemicals et vs Il-Kummissjoni ( Spezzjonijiet sanitarji — Tqegħid fis-suq ta’ prodotti bijoċidi — Identifikazzjoni tas-sustanzi attivi fis-suq — Deċiżjoni li tirrifjuta li jiġu emendati ċerti dispożizzjoni tal-leġiżlazzjoni — Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni — Obbligu li tittieħed azzjoni — Rikors għal annullament — Nuqqas ta’ interess individwali — Inammissibbiltà )
Kawżi magħquda T-400/04, T-402/04 sa T-404/04: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 20 ta’ Settembru 2011 — Arch Chemicals et vs Il-Kummissjoni ( Spezzjonijiet sanitarji — Tqegħid fis-suq ta’ prodotti bijoċidi — Identifikazzjoni tas-sustanzi attivi fis-suq — Deċiżjoni li tirrifjuta li jiġu emendati ċerti dispożizzjoni tal-leġiżlazzjoni — Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni — Obbligu li tittieħed azzjoni — Rikors għal annullament — Nuqqas ta’ interess individwali — Inammissibbiltà )
ĠU C 319, 29.10.2011, p. 11–12
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
29.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 319/11 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Settembru 2011 — Arch Chemicals et vs Il-Kummissjoni
(Kawżi magħquda T-400/04, T-402/04 sa T-404/04) (1)
(Spezzjonijiet sanitarji - Tqegħid fis-suq ta’ prodotti bijoċidi - Identifikazzjoni tas-sustanzi attivi fis-suq - Deċiżjoni li tirrifjuta li jiġu emendati ċerti dispożizzjoni tal-leġiżlazzjoni - Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Obbligu li tittieħed azzjoni - Rikors għal annullament - Nuqqas ta’ interess individwali - Inammissibbiltà)
2011/C 319/20
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Arch Chemicals, Inc. (Norwalk, Connecticut, l-Istati Uniti); Arch Timber Protection Ltd (Castleford, West Yorkshire, ir-Renju Unit) (Kawża T-400/04); Rhodia UK Ltd, li kienet Rhodia Consumer Specialities Ltd (Watford, Hertfordshire, ir-Renju Unit) (Kawża T-402/04); Sumitomo Chemical (UK) plc (Londra, ir-Renju Unit) (Kawża T-403/04); u Troy Chemical Co. BV (Vlaardingen, il-Pajjiżi l-Baxxi) (Kawża T-404/04); (rappreżentanti: K. Van Maldegem u C. Mereu, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment X. Lewis u D. Recchia, sussegwentement P. Oliver u G. Wilms, aġenti)
Suġġett
Minn naħa, prinċipalment, talba intiża sabiex jiġi kkonstatat n-nuqqas li tittieħed azzjoni min-naħa tal-Kummissjoni sa fejn din tal-aħħar illegalment naqset milli temenda ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1896/2000, tas-7 ta’ Settembru 2000, fuq l-ewwel fażi tal-programm rigward prodotti bijoċidali msemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 30, p. 266), u tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2032/2003, tal-4 ta’ Novembru 2003, dwar it-tieni fażi tal-programm ta’ ħidma ta’ għaxar snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward it-tqegħid ta’ prodotti bijoċidiċi fis-suq, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1896/2000 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 41, p. 92), sussidjarjament, talba għall-annullament tal-ittra tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Lulju 2004, li tirrifjuta li tilqa’ t-talbiet tar-rikorrenti u, min-naħa l-oħra, prinċipalment, talba għall-kumpens tad-danni li allegatament ġarrbu r-rikorrenti minħabba n-nuqqas tal-Kummissjoni li tieħu azzjoni u, sussidjarjament, talba għall-kumpens tad-danni kkawżati mill-ittra tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Lulju 2004.
Dispożittiv
(1) |
Ir-rikorsi huma miċħuda. |
(2) |
Arch Chemicals, Inc., Arch Timber Protection Ltd, Rhodia UK Ltd, Sumitomo Chemical (UK) plc u Troy Chemical Co. BV għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea. |