Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62004TA0069

Kawża T-69/04: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat- 8 ta' Ottubru 2008 — Schunk u Schunk Kohlenstoff-Technik vs Il-Kummissjoni ( Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tal-prodotti abbażi ta' karbonju u grafita għall-applikazzjonijiet elettriċi u mekkaniċi — Eċċezzjoni ta' illegalità — Artikolu 15(2) tar-Regolament Nru 17 — Attribwibbiltà ta' imġiba illegali — Linji gwida għall-kalkolu ta' l-ammont tal-multi — Gravità u effett tal-ksur — Effett dissważiv — Kooperazzjoni matul il-proċedura amministrattiva — Prinċipju ta' proporzjonalità — Prinċipju tat-trattament ugwali — Kontrotalba għal żieda fl-ammont tal-multa )

ĠU C 301, 22.11.2008, p. 30–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 301/30


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-8 ta' Ottubru 2008 — Schunk u Schunk Kohlenstoff-Technik vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-69/04) (1)

(“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-prodotti abbażi ta' karbonju u grafita għall-applikazzjonijiet elettriċi u mekkaniċi - Eċċezzjoni ta' illegalità - Artikolu 15(2) tar-Regolament Nru 17 - Attribwibbiltà ta' imġiba illegali - Linji gwida għall-kalkolu ta' l-ammont tal-multi - Gravità u effett tal-ksur - Effett dissważiv - Kooperazzjoni matul il-proċedura amministrattiva - Prinċipju ta' proporzjonalità - Prinċipju tat-trattament ugwali - Kontrotalba għal żieda fl-ammont tal-multa’)

(2008/C 301/47)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Schunk GmbH (Thale, il-Ġermanja) u Schunk Kohlenstoff-Technik GmbH (Heuchelheim, il-Ġermanja) (rappreżentanti: l-ewwel R. Bechtold u S. Hirsbrunner, wara R. Bechtold, S. Hirsbrunner u A. Schädle, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: l-ewwel F. Castillo de la Torre u H. Gading, wara F. Castillo de la Torre u M. Kellerbauer, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/420/KE, tat-3 ta' Diċembru 2003, dwar proċedura ta' applikazzjoni tal-Artikolu 81 [KE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Kawża C.38.359 — Prodotti abbażi tal-karbonju u tal-grafita għall-applikazzjonijiet elettriċi u mekkaniċi), kif ukoll, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis ta' l-ammont tal-multa imposta lir-rikorrenti minn din id-deċiżjoni u min-naħa l-oħra, kontrotalba min-naħa tal-Kummmissjoni intiża għaż-żieda tal-ammont tal-imsemmija multa.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Schunk GmbH u Schunk Kohlenstoff-Technik GmbH huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 106, 30.4.2004.


Top