Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62004CJ0514

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tieni Awla) tat-13 ta' Lulju 2006.
    Uroplasty BV vs Inspecteur van de Belastingdienst - Douanedistrict Rotterdam.
    Talba għal deċiżjoni preliminari: Gerechtshof te Amsterdam - l-Olanda.
    Klassifikazzjoni tat-tariffi - Polidimetilsilossan sterili mqatta' irqiq- Silikone elażometriku- Kunċett ta' "forma primaria" - Prodott mediċinali - Ippakkjar - Kunċett ta' 'apparat li jiġi impjantat fl-organiżmu'.
    Kawża C-514/04.

    ECLI identifier: ECLI:EU:C:2006:464

    SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla)

    13 ta' Lulju 2006 (*)

    " "Klassifikazzjoni tat-tariffi – Polidimetilsilossan sterili mqatta' irqiq– Silikone elażometriku– Kunċett ta' "forma primaria" – Prodott mediċinali – Ippakkjar – Kunċett ta' 'apparat li jiġi impjantat fl-organiżmu'"

    Fil-kawża C-514/04

    li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skond l-Artikolu 234 KE, imressqa mill-Gerechtshof te Amsterdam (l-Olanda), permezz ta' Deċiżjoni tat-30 ta' Novembru 2004, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-15 ta' Diċembru 2004, fil-proċedura

    Uroplasty BV

    vs

    Inspecteur van de Belastingdienst/Douane district Rotterdam

    IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla),

    komposta minn C. W. A. Timmermans, President ta' l-Awla, J. Makarczyk, R. Schintgen, P. Kūris (Relatur) u J. Klučka, Imħallfin,

    Avukat Ġenerali: J. Kokott,

    Reġistratur: R. Grass,

    wara li rat il-proċedura bil-miktub:

    –       Għal Uroplasty BV, minn J. Bakker, Adviseur douanezaken,

    –       għall-Gvern Olandiż, minn H. G. Sevenster u D. J. M. de Grave, bħala aġenti,

    –       għall-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, minn J. Hottiaux, bħala aġent, assistit minn F. Tuytschaever, Avocat,

    wara li semgħet il-konklużjonijiet ta' l-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tad-19 ta' Jannar 2006,

    tagħti l-preżenti

    Sentenza

    1       It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tas-subintestatura 2519 90 10 tan-nomenklatura magħquda (iktar 'il quddiem in-"NM") li hemm fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, p.1), kif emendat permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2388/2000 tat-13 ta' Ottubru 2000 (ĠU L 264, p. 1, u emenda ĠU L 276, p. 92).

    2       Dawn it-talbiet ġew ippreżentati fil-kuntest ta’ kawża bejn il-kumpannija Uroplasty BV (iktar 'il quddiem "Uroplasty"), u d-direttur tad-distrett doganali ta’ Rotterdam (iktar ‘il quddiem l-"ispettur") dwar il-klassifikazzjoni tariffarja tas-silikone taħt forma elażometrika mqatta’ rqiq li ġie żviluppat, u li għandu jiġi introdott u impjantat fl-organiżmu uman sabiex jikkura problemi marbuta ma' l-inkontinenza.

     Il-kuntest Ġuridiku

    3       Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/369/KEE tas-7 ta' April 1987, dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-sistema armonizzata għad-deskrizzjoni u l-kodifikazzjoni ta' oġġetti u tal-protokoll li jemendaha (ĠU L 198, p. 1), approvat, f'isem il-Komunità, l-imsemmija Konvenzjoni, magħmula fi Brussell fl-14 ta' Ġunju 1983, kif emendata permezz tal-Protokoll li jemenda din il-Konvenzjoni ta' l-24 ta' Ġunju 1996.

    4       In-NM hija bbażata fuq is-sistema armonizzata għad-deskrizzjoni u l-kodifikazzjoni ta' oġġetti (iktar 'il quddiem is-"SA"), stabbilita mill-imsemmija Konvenzjoni ta' l-14 ta' Lulju 1983. Kull subintestatura tan-NM għandha kodiċi numerika li l-ewwel sitt numri tagħha jikkorrispondu għall-kodiċi ta' l-instestaturi u s-subintestaturi tas-SA u li magħhom jiġu miżjuda żewġ numri li jiffurmaw subdiviżjonijiet li huma speċifiċi għall-imsemmija nomenklatura.

    5       Il-verżjoni tan-NM, applikabbli fiż-żmien tal-fatti tal-kawża prinċipali, hija dik tat-test tar-Regolament Nru 2388/2000.

    6       Il-Kapitolu 20 tat-taqsima VI tat-tieni parti tan-NM huwa intitolat "Prodotti farmaċewtiċi".

    7       L-intestatura 3004 tan-NM hija fformulata kif ġej:

    "Medikamenti (ħlief oġġetti ta’ titlu 3002, 3005 jew 3006) li jikkonsistu f’żewġ kostitwenti jew aktar li tħalltu flimkien għal użi terapewtiċi jew profilattiċi, mhux ippreżentati f’dożi meqjusin jew f’forom jew f’pakki għal bejgħ bl-imnut:

    […]

    3004 90  -oħrajn:

    […]

    3004 90 99 ---oħrajn "

    8       Il-Kapitolu 39 tat-taqsima VII tat-tieni parti tan-NM hija intitolata: "Plastik u oġġetti tiegħu".

    9       Is-sub-intestatura 3910 00 00 tan-NM tirrigwarda s-"Silikoni fil-forom primarji".

    10     L-intestatura 3926 tan-NM hija fformata kif ġej:

    "Oġġetti oħrajn tal-plastik u oġġetti ta’ materjali oħrajn ta’ 3901 sa 3914:

    […]

    3926 90 -oħrajn

    […]

    3926 90 99 - - - oħrajn"

    11     In-Nota 2 tal-Kapitolu 39, tgħid:

    "Dan il-kapitlu ma jkoprix:

    […]

    r) oġġetti ta’ Kapitlu 90 (per eżempju, elementi ottiċi, frejms tan-nuċċalijiet, għodod tad-disinn);

    […]"

    12     In-nota 3 tal-Kapitolu 39 iżżid: :

    "Titli 3901 sa 3911 japplikaw biss għal oġġetti ta’ tip magħmulin b’sintesi kemikali, li jaqgħu f’dawn il-kategoriji:

    […]

    d) silikoni (titlu 3910),

    […]".

    13     In-nota 6 tal-Kapitolu 39 tippreċiża:

    """ "F’titli 3901 sa 3914, l-espressjoni "forom primarji" tapplika biss għal dawn il-forom:

    a) likwidi u pasti, inklużi tixrid (emulsjonijiet u sospensjonijiet) u soluzzjonijiet;

    b) blokki ta’ sura irregolari, għoqod, trabijiet (inklużi trabijiet ta’ mudellar), qmuħ, qxur u forom kbar simili."

    14     Il-Kapitolu 90 tat-taqsima XVIII tat-tieni parti tan-NIJA hija intitolata "Strumenti u apparat ottiċi, fotografiċi, ċinematografiċi, ta’ kejl, ta’ verifika, ta’ preċiżjoni, mediċi jew kirurġiċi; arloġġi u arloġġi ta’ l-idejn; strumenti mużikali; bċejjeċ u aċċessorji tagħhom".

    15     L-intestatura 9021 tan-NM taqra kif ġej:

    ""Apparat ortopediku, li jinkludi krozzi, ċinturini u ċinturini kirurġiċi, qassab u apparat ieħor għal ksur; partijiet artifiċjali tal-ġisem; għajnuniet għas-smiegħ u apparat ieħor li jintlibes jew jinġarr, jew jiddaħħal fil-ġisem [jiġi impjantat fl-organiżmu uman] biex ipatti [jikkumpensa] għal difett jew diżabilità. Għall-għanijiet ta’ dan it-titlu, l-espressjoni "biex ipatti għal difett jew diżabilità" tfisser biss apparat li attwalment jagħmel jew jissostitwixxi l-funzjoni tal-parti difettuża jew diżabbli tal-ġisem. Dan it-titlu ma jinkludix apparat, li sempliċiment itaffi l-effetti tad-difett jew diżabilità:

    […]

    9021 30 9021 30  – artikoli oħrajn u partijiet artifiċjali tal-ġisem;

    […]

    9021 30 90  --oħrajn

    […]

    9021 90   -oħrajn:

    9021 90 90 --oħrajn".

    16     In-nota 1 tal-Kapitolu 90 tipprovdi:

    "Dan il-kapitlu ma jkoprix:

    […]

    f) bċejjeċ għal użu ġenerali, kif definit f’nota 2 għal Taqsima XV, ta’ metall ta’ valur baxx (Taqsima XV) jew oġġetti simili ta’ plastiks (Kapitlu 39);

    […]".

    17     In-nota 2 tal-Kapitolu 90 tippreċiża:

    """Suġġett għal nota 1 hawn fuq, bċejjeċ u aċċessorji għal magni, apparat, strumenti jew oġġetti ta’ dan il-kapitlu għandhom ikunu kklassifikati skond dawn ir-regoli:

    […]

    b)b) Bċejjeċ u aċċessorji oħrajn, jekk tajbin għal użu biss jew prinċipalment ma’ tip partikulari ta’ magna, strument jew apparat, jew ma’ għadd ta’ magni, strumenti jew apparat ta’ l-istess titlu (inkluż magna, strument jew apparat ta’ titlu 9010, 9013 jew 9031) għandhom ikunu kklassifikati mal-magni, strumenti jew apparat ta’ dak it-tip.

    […]"

    18     Ir-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-NM, li jidhru fl-ewwel parti tagħha taħt it-Titolu I, parti A, jipprovdu b'mod partikolari :

    "Il-klassifikazzjoni ta’ oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda għanda tkun irregolata mill-prinċipji li ġejjin:

    1. It-titoli tat-taqsimiet, kapitoli u subkapitoli huma maħsubin għall-ħeffa ta’ referenza biss; għal għanijiet legali, il-klassifikazzjoni għandha tkun deċiża skond it-termini ta’ l-intestaturi u n-noti ta’ kwalunkwe taqsima jew kapitolu relattiv u, sakemm dawn l-intestaturi jew in-noti ma jkunux jeħtieġu mod ieħor, skond id-dispożizzjonijiet li ġejjin.

    […]

    66.      Għal għanijiet legali, il-klassifikazzjoni ta’ oġġetti fis-subintestatura ta’ intestatura għandha tkun deċiża skond it-termini ta’ dawk is-subintestaturi u kwalunkwe noti ta’ subintestaturi relatati u, mutatis mutandis skond ir-regoli ta’ hawn fuq, skond il-kundizzjoni li subintestaturi fl-istess livell biss huma komparabbli. Għall-għanijiet ta’ din ir-regola t-taqsima relattiva u n-noti tal-kapitolu japplikaw ukoll, sakemm il-kuntest ma jitlobx mod ieħor."

     Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari

    19     UroplastUroplasty hija kumpannija stabbilita fl-Olanda li tiżviluppa, tipproduċi u tbiegħ prodotti fil-qasam ta' l-uroloġija u ta' l-uroġinekoloġija li fih il-prodott li għandu l-isem kummerċjali "Macroplastique-implantaat" huwa użat fit-trattament ta' l-inkontinenza ta’ sforz u tar-rifluss vexxiko-uretrali. Dan il-prodott jiġi pprovdut lest għall-użu lit-tobba u l-isptarijiet. Biex tagħmel hekk, Uroplasty importat polydimethilsiloxane mqatta' rqiq mill-Istati Uniti.

    20     Il-polydimethilsiloxane hija silikone taħt forma esometrika li l-biċċiet li hija komposta minnhom huma differenti fl-istruttura u anki fid-dimensjoni, b'varjazzjoni ta' madwar 0,01mm sa 5,0mm. Huma ppakkjati b'mod sterili u "ssiġillati" fi xkejjer ta' piż massimu ta' madwar 1kg. Wara l-importazzjoni, il-pakkett jinfetaħ permezz ta' skalpell sterili f'żona sterili f'bini proprjetà ta' Uroplasty.

    21     Il-biċċiet imqattgħin irqaq jitqiegħdu f'siringa li tintuża darba, u jingħaqdu ma' idroġel sterili kompost minn taħlita ta' ġel ta' polivinilpirrolidon u ilma.

    22     Bis-saħħa tal-gel, il-biċċiet imqattgħin irqaq jitqassmu b'mod regolari fil-likwidu u jiżolqu faċilment fil-labra ta' l-impjant. L-idroġel jinħareġ mill-ġisem mill-kliewi, filwaqt li l-biċċiet imqattgħin irqaq jibqgħu fil-ġisem u jinżammu fil-post mit-tessut konnetiv li jiżviluppa għal dan il-għan.

    23     Fit-22 ta' Frar 2001, Uroplasty talbet lill-ispettur jibagħtilha informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffa (iktar 'il quddiem il-"IVT") għall-"polidimethilsiloxane taħt forma ta' biċċiet bojod mqattgħin irqiq" li ġie eżaminat bħala tali mil-laboratorju tad-Dipartiment tat-Taxxa. Hija applikat għall-klassifikazzjoni tagħha fis-subintestatura 9021 90 00 tan-NM.

    24     Fis-26 ta' April 2001, l-ispettur bagħat IVT bin-numru NL-RTD-2001-000742, li jikklassifika l-prodott fis-subintestatura 3910 00 00 tan-NM. Uroplasty ikkontestat din il-klassifikazzjoni.

    25     Barra minn hekk, IVT oħra bin-numru NL-RTD-2001-000909 li ġie pprovdut lil Uroplasty fis-7 ta' Mejju 2001 dwar is-siringi li jimtlew b'sospensjoni tal-prodott in kwistjoni f'idroġel. Huma ġew ikklassifikati mill-ispettur taħt l-intestatura 9021 90 90 tan-NM.

    26     Fit-2 ta' Ottubru 2001, l-ispettur irrifjuta l-ilment ta' Uroplasty kontra l-IVT Nru NL-RTD-2001-000743.

    27     Fit-12 ta' Novembru 2001, tressaq, quddiem it-Tarifcommissie, li saret it-Tribunal tad-Dwana tal-Gerechtshof ta' Amsterdam, rikors ippreżentat minn Uroplasty kontra d-deċiżjoni ta' rifjut ta' l-ispettur.

    28     Il-Uroplasty ssostni li Uroplasty ssostni li l-polidimetilsilossan huwa identifikabbli minħabba l-forma specjali tiegħu u l-purità tiegħu. Dan huwa prodott mediċinali li l-prezz elevat tiegħu huwa kkawżat mill-proċess ta' fabbrikazzjoni u l-privattiva. Il-polidimetilsilossan jikkorrispondi għad-deskrizzjoni ta' "silikon taħt forma primarja" previst fin-nota 6(b) tal-Kapitolu 39 tan-NM. Madankollu, peress li n-nota 2(r) ta' l-imsemmi Kapitolu 39 tippreċiża li l-oġġetti ta' l-Artikolu 90 (li jinkludu, b'mod partikolari, l-istrumenti u l-apparat mediko-kirurġiku), ma jiġux ikklassifikati fil-Kapitolu 39.

    29     Il- Il-polidimetilsilossan, billi huwa l-komponent attiv, huwa ddestinat esklużivament għas-siringa ta' l-impjant. Għandu, għaldaqstant, bl-applikazzjoni tan-nota 2(b) tal-Kapitolu 90 tan-NM, jiġi kklassifikat taħt l-intestatura 9021 90 90 tan-NM bħala "parti" minn prodott lest għall-użu.

    30     Bil-kontra, skond l-ispettur, il-polidimetilsilossan, ma jistax ikun "parti" minn prodott peress li jippreżenta ruħu taħt forma ta' biċċiet imqattgħin irqiq li, fir-rigward tan-nota 6(b) tal-Kapitolu 39 tan-NM, hija forma ġenerali. L-imsemmija biċċiet ma jkunux preżenti fihom infushom fil-prodott finali. Huma jikkostitwixxu prodotti semipreparati li jikkonċernaw l-intestatura 3910 tan-NM bħala silikone taħt forma primarja. Hija biss it-taħlita tagħhom ma l-idroġel li tippermetti li jinkiseb impjant li jikkonsisti fi prodott ġdid.

    31     Barra minn hekk, il-kompożizzjoni u l-preżentazzjoni tal-polidimetilsilossan jikkorispondu ma dak li jidher fin-nota tal-Kapitolu 39 tan-NM. Bl-istess mod, il-prezz ta' dan il-prodott huwa bla effett fuq il-klassifikazzjoni tiegħu bl-istess mod tal-purità jew natura sterili tiegħu. L-użu finali tiegħu huwa wkoll irrilevanti fid-dawl tal-klassifikazzjoni tiegħu bħala silikone.

    32     L-ispettur iżid li, fil-każ fejn il-polidimetilsilossan huwa importat u ttrattat b'mod sterili, huwa possibbli li jiġi użat biss għal skopijiet mediċinali. Fl-aħħar nett, fil-każ fejn dan il-prodott jibqa' fil-ġisem mhuwiex possibbli li jiġi kklassifikat fil-Kapitolu 30 tan-NM bħala prodott farmaċewtiku.

    33     Jirriżulta mid-deskrizzjoni mogħtija mill-qorti tar-rinviju li t-taħlita bl-idroġel tal-polidimetilsilossan hija temporanja, u li l-għan tagħha huwa biss li tirrendi dan ta' l-aħħar adattat sabiex jiġi injettat fl-organiżmu uman mingħajr ebda modifikazzjoni tal-karatteristiċi u l-proprjetajiet tiegħu. Il-polidimetilsilossan għandu jiġi kkunsidrat bħala prodott lest peress li huwa żviluppat u ddestinat li jiġi applikat bħala impjant medikokiruġiku.

    34     Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, il-qorti tar-rinviju tqis li l-polidimetilsilossan jaqa' taħt l-intestatura 9021 tan-NM, iżda madankollu hija tistaqsi dwar ir-regoli ġenerali ta' klassifikazzjoni li għandhom jiġu applikati, kif ukoll dwar is-subintestatura li għandha tinżamm għall-klassifikazzjoni tagħha.

    35     UkolBarra minn hekkBarra minn hekk, bl-applikazzjoni tar-regoli ġenerali ta' klassifikazzjoni msemmija, din il-qorti tqis li l-polidimetilsilossan għandu jiġi kklassifikat fis-subintestatura 9021 30 tan-NM u, iktar preċiżament bl-applikazzjoni tar-regola ġenerali ta' klassifikazzjoni Nru 6, fis-subintestatura 9021 30 90.

    36     Madankollu, jekk il-klassifikazzjoni tal-Kapitolu 90 tiġi eskluża, il-polidimetilsilossan lanqas ma jista’ jiġi kkunsidrat bħala silikone taħt forma primarja fis-sens ta' l-intestatura 3910 iżda għandu jiġi kklassifikat, minħabba l-mod ta' fabrikazzjoni tiegħu, bħala prodott ta' l-intestatura 3926 bħala "oġġetti oħrajn" ta' materjal previst fl-intestatura 3910.

    37     Huma f'dawn iċ-ċirkustanzi li l-Gerechtshof ta' Amsterdam iddeċidiet li tissospendi d-deċiżjoni u li tippreżenta lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:

    "1)"1) a) L-intestatura 9021 […] [tan-NM] għandha tiġi interpretata fis-sens li prodott kompost minn biċċiet sterili mqattgħin irqaq tal-polidimetilsilossan, li ġie żviluppat speċjalment u huwa ddestinat biss sabiex jiġi użat bħala impjant medikokirurġiku, jista' jaqa' taħt din l-intestatura?

             b)      Jekk dan ikun il-każ, liema subintestatura ta' l-intestatura 9021 […] [tan-NM] għandu jaqa' taħtha l-prodott?

    2)       Jekk il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 9021 hija impossibbli f'dan il-każ, il-prodott jista' jiġi kklassifikat taħt l-intestatura 3296 […] [tan-NM]?

    3(3)233)       Jekk ir-risposta tkun negattiva, minn liema intestatura oħra toħroġ l-interpretazzjoni […] [tan-NM] fid-dawl tal-klassifikazzjoni?"

     Fuq id-domandi preliminari

    38     Permezz ta’ l-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju ssaqsi essenzjalment jekk prodott bħal dak tal-kawża prinċipali, minħabba n-natura, il-kwalita u l-forma tiegħu, li huwa żviluppat speċjalment u użat esklużivament għal applikazzjoni medika, jistax jiġi jew le kklassifikat taħt l-intestatura 9021 tan-NM u, jekk dan ikun il-każ, taħt liema subintestaturaa l-imsemmi prodott għandu jitqiegħed.

    39     Il-Il-Gvern Olandiż iqis li l-polidimetilsilossan għandu jiġi kklassifikat taħt il-pożizzjoni 3910 tan-NM relattivi għas-silikone taħt forma primarja, filwaqt li l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tipproponi klassifikazzjoni fl-intestatura 3004 tan-NM relattivi għall-mediċina. Fl-aħħar nett, Uroplasty tipproponi klassifikazzjoni fis-subintestatura 9021 90 90 tan-NM dwar xi apparat ieħor ortopediku li jiġi impjantat fl-organiżmu uman.

    40     Hija ġurisprudenza kostanti li sabiex tiġi ggarantita ċ-ċertezza legali u l-faċilità ta’ kontrolli, il-kriterju deċiżiv għall-klassifikazzjoni tat-tariffi ta' oġġetti għandu jiġi mfittex, b’mod ġenerali, fil-karatteristiċi u proprjetajiet oġġettivi tagħhom, kif inhuma ddefiniti fl-intestatura tan-NM u fin-noti tas-sezzjonijiet jew tal-Kapitoli (ara, b'mod partikolari, is-sentenzi tas-26 ta’ Settembru 2004, Eru Portuguesa, C-42/99, Ġabra. p. I-7691, punt 13; tal-15 ta' Settembru 2005, Intermodal Transports, C-495/04, Ġabra p. I-8151, punt 47; tat-8 ta' Diċembru 2005, Possehl Erzkontor, C-445/04, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra, punt 19, u tas-16 ta' Frar 2006, Proxxon, C-500/04, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra, punt 21).

    41     In-noti ta' spjegazzjoni tan-NM kif ukoll dawk tas-SA jikkontribwixxu, mill-parti tagħhom, għall-interpretazzjoni tal-portata ta' l-intestaturi differenti tat-tariffi mingħajr, madankollu, ma jkollhom is-setgħa vinkolanti tal-liġi. It-tenur ta’ dawn in-noti għandu jkun konformi mad-dispożizzjonijiet tan-NM u ma jistax jemenda l-portata tagħha (ara, b'mod partikolari, is-sentenzi ta' l-4 ta' Marzu 2004, Krings, C-130/02, Ġabra p. I-2121, punt 28; tas-17 ta' Marzu 2005, Ikegamei, C-467/03, Ġabra p. I-2389, punt 17, u Proxxon, iċċitata iktar 'il fuq, punt 22).

    42     Għall-finijiet tal-klassifikazzjoni fl-intestatura approprjata, għandu jiġi mfakkar li d-destinazzjoni tal-prodott tista' tikkostitwixxi, f'dak li jirrigwarda klassifikazzjoni tariffarja, kriterju oġġettiv dejjem jekk huwa inerenti fir-rigward tal-prodott in kawża, tali inerenza trid tkun apprezzata in funzjoni tal-karatteristiċi u kwalitajiet oġġettivi tagħha (ara s-sentenzi Krings, iċċitata iktar 'il fuq, punt 30, Ikegami, iċċitata iktar 'il fuq, punt 23, u Proxxon, iċċitata iktar 'il fuq, punt 31).

    43     F'dan il-każ, kif irrilevat l-Avukat Ġenerali fil-punt 48 tal-konklużjonijiet tagħha, huwa prevedibbli li tikklassifika l- polidimetilsilossan, skond il-karatteristiċi fiżiċi tiegħu jew skond il-għan ta' l-użu ta' l-imsemmi prodott fl-intestaturi 3910, 3926, 3004 u 9021 tan-NM.

    44     Bħala silikone taħt forma elażometrika mqatta' rqiq, il-polidimetilsilossan tippreżenta ruħha taħt il-forma prevista fin-noti 3 u 6(b) tal-Kapitolu 39 tan-NM. Madankollu, kuntrarjament għal dak li jsostni l-Gvern Olandiż, silikone taħt forma elażometrika mqatta' rqiq ma jistax jiġi kklassiffikat fl-intestatura 3910 bħala "forma primarja".

    45     Fil-fatt, kif irrilevat l-Avukat Ġenerali fil-punt 50 tal-konklużjonijiet tagħha, il-kunċett ta' "forma primarja" fir-rigward ta' l-ekonomija tal-Kapitolu 39 tan-NM u tan-nota 1(f) tal-Kapitolu 90 tan-NM, ma jipprevedix li s-silikone huwa ddestinat li jiġi ttrasformat. Il-forom primarji huma taħt forma mhux maħduma li huma partikolarment adatti għat-trasformazzjoni, u huma previsti għal dan.

    46     Issa, il-polidimetilsilossan jippreżenta l-karatteristiċi u l-proprjetajiet oġġettivi ta' prodott li, minn naħa huwa sterili u li, min-naħa l-oħra, wara li jiġi impjantat fl-organiżmu uman, iżomm id-dimensjonijiet partikolari tiegħu, li jvarjaw bejn madwar 0,01mm u 5,0mm. Dan il-prodott ġie żviluppat u huwa ddestinat biss sabiex jiġi impjantat fl-organiżmu uman għat-trattament tad-defiċit sfinteriku. Minn dan isegwi li l-polidimetilsilossan huwa prodott lest li, f'din il-kwalità, ma jistax għaldaqstant jiġi kklassifikat fl-intestatura 3910 tan-NM.

    47     Għaldaqstant, kuntrarjamanet għal dak li ssostni Uroplasty, għandu jiġi kkunsidrat li l-polidimetilsilossan mhuwiex parti u lanqas aċċessorju ta' magna, ta' strument jew apparat fis-sens tan-nota 2(b) tal-Kapitolu 90 tan-NM.

    48     Fid-dawl ta' dak li ntqal qabel, il-polidimetilsilossan jippreżenta profil terapewtiku. Madankallu, fir-rigward tat-termini tar-regola ġenerali għall-interpretazzjoni tan-NM Nru 1 u kuntrarjament għal dak li ssostni l-Kummissjoni, il-polidimetilsilossan ma jistax jiġi kklassifikat fl-intestatura 3004 bħala "medikamenti".

    49     Fil-fatt, jirriżulta mit-termini ta' l-intestatura 3004 tan-NM li l-klassifikazzjoni ta' prodott huwa kkundizzjonat mill-preżentazzjoni tiegħu fil-forma ta' dożi meqjusin jew mill-bejgħ bl-imnut. Issa, għandu jiġi kkonstatat li l-polidimetilsilossan huwa importat fi xkejjer ta' piż totali ta' 1kg. L-ippakkjar tiegħu taħt forma ta' pakkett f'siringi għall-użu individwali jirriżulta f'operazzjoni mwettqa wara l-importazzjoni. Minn dan isegwi li l-polidimetilsilossan, hekk kif inhu ppreżentat fid-dwana ma jikkorrispondix mad-definizzjoni mogħtija lill-intestatura 3004 tan-NM.

    50     Dan il-prodott ma jistax jiġi kklassifikat fl-intestaturi li jippreċedu, u għandu jiġi ddeterminat jekk, kif tqis il-qorti tar-rinviju, prodott lest li huwa żvilupat u ddestinat li jiġi applikat bħala impjant medikokirurġiku jistax jiġi kklassifikat fl-intestatura 9021 tan-NM.

    51     Għandu jiġi rrilevat li fit-termini ta' l-intestatura 9021 tan-NM jissemma partikolarment l-apparat li jiġi impjantat fl-organiżmu uman.

    52     kif jesponi Kif tesponi l-Avukat Ġenerali fil-punt 61 tal-konklużjonijiet tagħha, il-kunċett ta' "apparat" mhuwiex limitat għall-kunċett tekniku ta' prodott. Għaldaqstant għandu jiġi kkunsidrat li dan il-kunċett jinkludi l-prodotti li jiġu impjantati fl-organiżmu sabiex jikkumpensaw għal nuqqas fis-sens ta' l-intestatura 9021 tan-NM.

    53     Jirriżulta mill-punt 45 ta Jirriżulta mill-punt 45 tas-sentenza preżenti li l-karatteristiċi u l-proprjetajiet oġġettivi tal-polidimetilsilossan huma dawk ta' prodott lest li ġie żviluppat speċjalment u ddestinat biss biex jiġi impjantat fl-organiżmu uman. Billi jiġi applikat mal-muskolu defiċjenti, il- polidimetilsilossan jippermetti l-iżvilup ta' tessut konnettiv li jikkumpensa għad-defiċit sfinteriku. Isegwi li dan il-prodott għandu jiġi kkunsidrat bħala apparat li jiġi impjantat fl-organiżmu uman fis-sens ta' l-intestatura 9021 tan-NM.

    54     Dwar, fit-tieni lok, is-subintestatura ta' l-intestatura 9021, għandu jiġi rrilevat li jirriżulta mir-regola ġenerali għall-interpretazzjoni Nru 6 tan-NM li l-klassifikazzjoni tal-merkanzija fis-subintestatura ta' l-istess intestatura għandu jsir skond it-termini ta' l-imsemmija subintestatura u n-noti tas-subintestatura.

    55     Ġie kkonstatat fil-punt 45 tal-kawża preżenti li, wara li jiġi introdott il- polidimetilsilossan, l-iżvilupp tat-tessuti konnettiv għandu bħala effett li jissaħħaħ l-isfinteru li mhuwiex kapaċi jassigura funzjoni awtoġena. Il-polidimetilsilossan, kif ġie mfakkar fil-punt 52 ta' din is-sentenza, għaldaqstant m'għandux bħala funzjoni li jissostitwixxi muskolu defiċjenti fil-ġisem uman bħalma tagħmel proteżi, iżda li tippermettilu jiżviluppa tessut ġdid li jegħleb il-problemi marbuta ma' l-inkontinenza. Isegwi li l-funzjoni tal-biċċiet imqattgħin irqaq ma tikkorrispondix mat-termini tas-subintestatura 9021 30 90 kif qieset, ġustament, il-qorti tar-rinviju.

    56     Jirriżulta wkoll mill-punti 51 u 52 tas-sentenza preżenti li dan il-prodott huwa apparat li jiġi impjantat fl-organiżmu uman li, peress li ma jikkorrispondi għal ebda mis-subintestaturi l-oħra ta' l-intestatura 9021 tan-NM, għandu għaldaqstant jiġi kklassifikat fis-subintestatura 9021 90 90 tan-NM bħala "apparat ieħor".

    57     Fir-rigward tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għall-ewwel domanda magħmula għandha tkun fis-sens li l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) NRu 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni ta' Dwana, kif emendat permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2388/2000 tat-13 ta' Ottubru 2000 għandu jiġi interpretat fis-sens li prodott, bħall-polidimetilsilossan, li huwa kompost minn biċċiet sterili mqattgħin irqaq, li ġie żviluppat speċjalmenti u intiż biss biex jiġi impjantat fl-organiżmu uman għal trattament ta' marda u li huma ppakkjati waqt il-preżentazzjoni tagħhom fid-dwana fi xkejjer ta' 1kg, għandhom jiġu kkunsidrati bħala apparat li jiġi impjantat fl-organiżmu uman li għandu jiġi kklassifikat fl-intestatura 9021 tan-NM. Peress li tali prodott m'għandux bħala għan li jissostitwixxi organu imma li jippermetti lil muskolu defiċjenti li jkabbar tessut konnettiv, għandu jiġi kklassifikat fis-subintestatura 9021 90 90.

    58     Fid-dawl tar-risposta mogħtija lill-ewwel domanda, mhemmx lok li tingħata risposta għad-domandi l-oħra.

     Fuq l-ispejjeż

    59     Peress illi din l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta' kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi dwar l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni ta' l-osservazzjonijiet lill-Qorti, barra dawk ta' l-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.

    Għal dawn il-motivi, il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) taqta' u tiddeċiedi li:

    l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) NRu 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni ta' Dwana, kif emendat permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2388/2000 tat-13 ta' Ottubru 2000 għandu jiġi interpretat fis-sens li prodott, bħal dak tal-polidimetilsilossan, li huwa kompost minn biċċiet sterili mqattgħin irqaq, li ġew żviluppati speċjalment u ddestinati biss biex jiġu impjantati fl-organiżmu uman għat-trattament ta' marda u li huma ppakkjati waqt il-preżentazzjoni tagħhom fid-dwana fi xkejjer ta' 1kg, għandhom jiġu kkunsidrati bħala apparat li jiġi impjantat fl-organiżmu uman li għandu jiġi kklassifikat fl-intestatura 9021 ta' l-imsemmija nomenklatura. Peress li tali prodott m'għandux bħala għan li jissostitwixxi organu imma li jippermetti lill-muskolu defiċjenti li jkabbar tessut konnettiv, għandu jiġi kklassifikat fis-subintestatura 9021 90 90 ta' din in-nomenklatura.

    Firem


    * Lingwa tal-kawża: l-Olandiż.

    Top