Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62004CA0418

    Kawża C-418/04: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat- 13 ta' Diċembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs L-Irlanda (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 79/409/KEE — Konservazzjoni ta' l-għasafar selvaġġi — Artikoli 4 u 10 — Traspożizzjoni u applikazzjoni — IBA 2000 — Valur — Kwalità tad-data — Kriterji — Marġini ta' diskrezzjoni — Direttiva 92/43/KEE — Konservazzjoni tal-habitats u tal-fawna u l-flora selvaġġa — Artikolu 6 — Traspożizzjoni u applikazzjoni)

    ĠU C 51, 23.2.2008, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.2.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 51/3


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-13 ta' Diċembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs L-Irlanda

    (Kawża C-418/04) (1)

    (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 79/409/KEE - Konservazzjoni ta' l-għasafar selvaġġi - Artikoli 4 u 10 - Traspożizzjoni u applikazzjoni - IBA 2000 - Valur - Kwalità tad-data - Kriterji - Marġini ta' diskrezzjoni - Direttiva 92/43/KEE - Konservazzjoni tal-habitats u tal-fawna u l-flora selvaġġa - Artikolu 6 - Traspożizzjoni u applikazzjoni)

    (2008/C 51/06)

    Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: B. Doherty u M. van Beek, aġenti]

    Konvenuta: L-Irlanda [rappreżentanti: D. O'Hagan, aġent, E. Cogan, Barrister, G. Hogan, SC]

    Suġġett

    Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur ta' l-Artikoli 4 u 10 tad-Direttiva tal-Kunsill tat-2 ta' April 1979 dwar il-konservazzjoni ta' l-għasafar selvaġġi (ĠU L 103, p. 1) — Ksur ta' l-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, p. 7)

    Dispożittiv

    1)

    Billi naqset:

    milli tikklassifika, mis-6 ta' April 1981, skond l-Artikolu 4(1) u (2) tad-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE tat-2 ta' April 1979 dwar il-konservazzjoni ta' l-għasafar selvaġġi, kif emendata mid-Direttiva tal-Kummissjoni 97/49/KE, tad-29 ta' Lulju 1997, it-territorji kollha l-aktar adattati fin-numru u daqs għall-ispeċi elenkati fl-Anness I ta' l-imsemmija Direttiva, bl-eċċezzjoni ta' dawk intiżi sabiex jiżguraw il-konservazzjoni tal-Wiżża tal-Maskra Bajda (Anser albifrons flavirostris) kif ukoll għall-ispeċi migratorji li jirritornaw regolarment mhux imsemmija fl-imsemmi Anness I, bl-eċċezzjoni ta' dawk intiżi sabiex jiżguraw il-protezzjoni tal-Venewwa (Vanellus vanellus), il-Pluverott (Tringa totanus), il-Bekkaċċ (Gallinago gallinago) u l-Gurlin (Numenius arquata);

    milli tiggarantixxi li, mis-6 ta' April 1981, id-dispożizzjonijiet ta' l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 79/409, kif emendata bid-Direttiva 97/49, ikunu applikati għaż-żoni li għandhom jiġu kklassifikati bħala żoni ta' protezzjoni speċjali skond l-imsemmija Direttiva;

    milli tittrasponi b'mod sħiħ u korrett id-dispożizzjonijiet tat-tieni sentenza ta' l-Artikolu 4(4) tad-Direttiva79/409, kif emendata bid-Direttiva 97/49;

    milli tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex tikkonforma ruħha mad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta' Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, b'referenza għaż-żoni ta' protezzjoni speċjali kollha kklassifikati skond l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 79/409, kif emendata bid-Direttiva 97/49, jew rikonoxxuti skond l-Artikolu 4(2) ta' l-istess Direttiva;

    milli tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex tikkonforma ruħha ma' l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 92/43, b'referenza għall-użu għal finijiet rikreattivi tas-siti kollha li għandhom jaqgħu taħt l-imsemmi Artikolu;

    milli tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex tikkonforma ruħha mad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 6(3) u (4) tad-Direttiva 92/43, b'referenza għall-pjanijiet;

    milli tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex tikkonforma ruħha mad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 92/43, b'referenza għall-awtorizzazzjoni ta' proġetti ta' akkwakultura;

    milli tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex tikkonforma ruħha mad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 6(2) sa (4) tad-Direttiva 92/43, b'referenza għat-twettiq ta' xogħlijiet ta' manutenzjoni tal-fosos għall-ilqugħ ta' l-ilma fiż-ŻPS Glen Lake, u

    milli tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex tikkonforma ruħha mad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 10 tad-Direttiva 79/409, kif emendata bid-Direttiva 97/49,

    l-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligi li hija għandha taħt l-Artikoli 4(1), (2) u (4) u 10 tad-Direttiva 79/409, kif emendata mid-Direttiva 97/49, kif ukoll taħt l-Artikolu 6(2) sa (4) tad-Direttiva 92/43.

    2)

    Għall-bqija r-rikors huwa miċħud.

    3)

    L-Irlanda hija kkundannata tbati l-ispejjeż.

    4)

    Ir-Repubblika Ellenika u r-Rejnu ta' Spanja għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


    (1)  ĠU C 6, 8.1.2005.


    Top