Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62003TJ0348

    Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (it-Tieni Awla) tat-12 ta' Settembru 2007.
    Koninklijke Friesland Foods NV vs il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej.
    Għajnuna mill-Istat - Skema fiskali ta’ għajnuna implementata mill-Olanda - Attivitajiet ta’ finanzjament internazzjonali ta’ gruppi ta’ impriżi - Deċiżjoni li tiddikjara li skema ta’ għajnuna hija inkompatibbli mas-suq komuni - Dispożizzjoni tranżitorja - Protezzjoni ta’ l-aspettattivi leġittimi - Prinċipju ta’ trattament ugwali - Ammissibbiltà - Locus standi.
    Kawża T-348/03.

    ECLI identifier: ECLI:EU:T:2007:256





    Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tat-12 ta’ Settembru 2007 – Koninklijke Friesland Foods vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-348/03)

    “Għajnuna mill-Istat – Skema fiskali ta’ għajnuna implementata mill-Olanda – Attivitajiet ta’ finanzjament internazzjonali ta’ gruppi ta’ impriżi – Deċiżjoni li tiddikjara li skema ta’ għajnuna hija inkompatibbli mas-suq komuni – Dispożizzjoni tranżitorja – Protezzjoni ta’ l-aspettattivi leġittimi – Prinċipju ta’ trattament ugwali – Ammissibbiltà – Locus standi”

    1.                     Rikors għal annullament – Interess ġuridiku – Neċessità ta’ interess effettiv u attwali (ir-raba’ paragrafu ta’ l-Artikolu 230 KE) (ara l-punti 58, 72)

    2.                     Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara li skema ta’ għajnuna mill-Istat hija inkompatibbli mas-suq komuni u li tipprovdi għal skema tranżitorja – Rikors imressaq minn impriża li ġiet eskluża mill-iskema tranżitorja – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet (Artikolu 87(1) KE u r-raba’ paragrafu ta’ l-Artikolu 230 KE) (ara l-punti 93-96, 100)

    3.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kompatibbilità ta’ għajnuna mas-suq komuni – Aspettattivi leġittimi eventwali min-naħa tal-partijiet interessati – Protezzjoni – Kundizzjonijiet u limiti (l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 88(2) KE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikolu 7) (ara l-punti 132-135)

    4.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara li skema ta’ għajnuna mill-Istat hija inkompatibbli mas-suq komuni u li tipprovdi għal skema tranżitorja – Nuqqas ta’ miżuri tranżitorji favur operaturi li ressqu applikazzjoni għal għajnuna li kienet għadha pendenti fil-mument meta ġiet adottata d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tinfetaħ proċedura ta’ investigazzjoni formali – Operaturi li setgħu ġustament jibnu aspettattivi leġittimi li jingħataw perijodu tranżitorju raġonevoli (l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 88(2) KE) (ara l-punti 138, 149-150)

    Suġġett

    Talba għall-annullament ta’ l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/515/KE, tas-17 ta’ Frar 2003, dwar l-għajnuna mill-Istat implementata mill-Olanda għall-attivitajiet ta’ finanzjament internazzjonali (ĠU L 180, p. 52), safejn jeskludi mill-iskema tranżitorja lill-operaturi li, sal-11 ta’ Lulju 2001, kienu diġà ressqu, quddiem l-amministrazzjoni fiskali Olandiża, applikazzjoni sabiex tapplika l-iskema ta’ għajnuna in kwistjoni li fir-rigward tagħha kienet għadha ma ttieħditx deċiżjoni sa din l-istess data.

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/515/KE, tas-17 ta’ Frar 2003, dwar l-għajnuna mill-Istat implementata mill-Olanda għall-attivitajiet ta’ finanzjament internazzjonali, huwa annullat safejn jeskludi mill-iskema tranżitorja stabbilita minnu lill-operaturi li, sal-11 ta’ Lulju 2001, kienu ressqu, quddiem l-amministrazzjoni fiskali Olandiża, applikazzjoni sabiex tapplika l-iskema ta’ għajnuna in kwistjoni li fir-rigward tagħha kienet għadha ma ttieħditx deċiżjoni sa din l-istess data.

    2)

    Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandha tbati l-ispejjeż kollha.

    Top