EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62003TJ0052

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (it-Tielet Awla) tat-8 ta' Lulju 2008.
Knauf Gips KG vs il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej.
Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-folji tal-ġibs - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Aċċess għall-fajl - Ksur uniku u kontinwu - Imputazzjoni - Multa - Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multa - Kooperazzjoni matul il-proċedura amministrattiva.
Kawża T-52/03.

ECLI identifier: ECLI:EU:T:2008:253





Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla) tat-8 ta’ Lulju 2008 – Knauf Gips vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-52/03)

“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq tal-folji tal-ġibs – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE – Aċċess għall-fajl – Ksur uniku u kontinwu – Imputazzjoni – Multa – Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multa – Kooperazzjoni matul il-proċedura amministrattiva”

1.                     Kompetizzjoni - Proċedura amministrattiva - Rispett tad-drittijiet tad-difiża - Aċċess għall-fajl - Portata - Rifjut ta’ komunikazzjoni ta’ dokument inkriminanti - Konsegwenza fuq il-livell tal-oneru tal-prova li l-impriża kkonċernata għandha (Artikolu 81(1) KE; Regolament tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 19(1)) (ara l-punti 43-47, 67, 70)

2.                     Kompetizzjoni - Proċedura amministrattiva - Seduti - Obbligu tal-uffiċjal tas-seduta li jfassal rapport finali fuq ir-rispett tad-dritt għal smigħ - Portata (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/462, Artikoli 15 u 16) (ara l-punti 122, 123, 125, 126)

3.                     Kompetizzjoni - Proċedura amministrattiva - Rispett tad-drittijiet tad-difiża - Ksur minħabba l-fatt li l-uffiċjali inkarigati mill-proċeduri ma kellhomx għarfien lingwistiku suffiċjenti - Esklużjoni (Artikolu 81(1) KE) (ara l-punti 136-138)

4.                     Kompetizzjoni - Akkordji - Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni - Kriterji ta’ evalwazzjoni - Għan antikompetittiv - Konstatazzjoni suffiċjenti (Artikolu 81(1) KE) (ara l-punti 161, 162, 172, 175)

5.                     Kompetizzjoni - Akkordji - Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni - Ftehim li joħloq sistema ta’ skambju ta’ informazzjoni - Inammissibbiltà f’suq oligopolistiku - Preżunzjoni konfutabbli(Artikolu 81(1) KE) (ara l-punti 187-190, 260-262)

6.                     Kompetizzjoni - Akkordji - Prattiki miftiehma - Kunċett - Paralelliżmu fl-aġir - Preżunzjoni tal-eżistenza ta’ ftehim - Limiti (Artikolu 81(1) KE) (ara l-punti 216, 222)

7.                     Kompetizzjoni - Akkordji - Prattiki miftiehma - Kunċett - Koordinazzjoni u kooperazzjoni inkompatibbli mal-obbligu ta’ kull impriża li tiddetermina b’mod awtonomu l-aġir tagħha fis-suq - Riċezzjoni, minn operatur, ta’ informazzjoni li ġejja minn kompetitur fir-rigward tal-aġir futur tiegħu fis-suq (Artikolu 81(1) KE) (ara l-punti 275-280)

8.                     Kompetizzjoni - Akkordji - Akkordji u prattiki miftiehma li jikkostitwixxu ksur uniku - Prova - Prova prodotta permezz ta’ numru ta’ manifestazzjonijiet differenti tal-ksur - Ammissibbiltà (Artikolu 81(1) KE) (ara l-punti 309, 310)

9.                     Kompetizzjoni - Akkordji - Akkordji u prattiki miftiehma li jikkostitwixxu ksur uniku - Impriżi li jistgħu jkunu akkużati bi ksur li jikkonsisti fil-parteċipazzjoni f’akkordju dinji - Kriterji (Artikolu 81(1) KE) (ara l-punti 312, 315, 316, 320, 413)

10.                     Kompetizzjoni - Akkordji - Impriża - Kunċett - Unità ekonomika - Imputazzjoni tal-ksur - Grupp ta’ kumpanniji li m’għandux personalità ġuridika proprja (Artikolu 81(1) KE) (ara l-punti 340-342, 350, 351)

11.                     Kompetizzjoni - Regoli Komunitarji - Ksur - Attribuzzjoni - Persuna ġuridika responsabbli għall-operat tal-impriża meta seħħ il-ksur (Artikolu 81(1) KE) (ara l-punti 354, 355)

12.                     Kompetizzjoni - Multi - Deċiżjoni li timponi multi - Obbligu ta’ motivazzjoni - Portata - Indikazzjoni tal-elementi ta’ evalwazzjoni li ppermettew lill-Kummissjoni tiddetermina l-gravità u t-tul tal-ksur - Indikazzjoni suffiċjenti (Artikolu 253 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 15(2)) (ara l-punti 369, 371, 374, 407)

13.                     Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Kriterji - Impatt konkret fis-suq (Regolament tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 15(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, l-ewwel paragrafu tal-punt 1A) (ara l-punti 388, 391, 392, 394, 398)

14.                     Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Kriterji - Gravità tal-ksur - Akkordju orizzontali fil-qasam tal-prezzijiet - Ksur serju ħafna (Regolament tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 15(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, punt 1A) (ara l-punti 407-411, 413)

15.                     Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Neċessità li jittieħed inkunsiderazzjoni d-dħul mill-bejgħ tal-impriżi involuti fl-istess ksur jew fi ksur preċedenti simili u li tiġi żgurata l-proporzjonalità tal-multi ma’ dan id-dħul - Assenza (Regolament tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 15(2)) (ara l-punti 421-424)

16.                     Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Kriterji - Tul tal-ksur - Ksur għal żmien twil - Żieda awtomatika ta’ 10 % tal-ammont inizjali għal kull sena - Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 15(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, l-ewwel paragrafu tal-punt 1B) (ara l-punti 436)

17.                     Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Kriterji - Tul tal-ksur - Żieda fl-ammont inizjali tal-multa - Teħid inkusiderazzjoni tad-differenzi fl-intensità tal-ksur - Esklużjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 15(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, punt 1B) (ara l-punt 438)

18.                     Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Kriterji - Gravità u tul tal-ksur - Żieda tal-ammont inizjali minħabba t-tul tal-ksur - Teħid inkunsiderazzjoni darbtejn tal-gravità tal-ksur - Esklużjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 15(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, punti 1A u B) (ara l-punt 443)

19.                     Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Ammont massimu - Kalkolu - Distinzjoni bejn ammont finali u ammont intermedju tal-multa - Konsegwenzi (Regolament tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 15(2)) (ara l-punti 452-455)

20.                     Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Nuqqas ta’ impożizzjoni jew tnaqqis tal-ammont tal-multa inkambju għall-kooperazzjoni tal-impriża akkużata - Neċessità ta’ aġir li jkun iffaċilita l-konstatazzjoni tal-ksur min-naħa tal-Kummissjoni - Risposta għal talba għal informazzjoni - Esklużjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 17, Artikoli 11(1)(2)(4) u (5), u 15(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 96/C 207/04) (ara l-punt 464)

21.                     Kompetizzjoni - Multi - Setgħa ta’ evalwazzjoni tal-Kummissjoni - Portata - Setgħa ta’ ffissar tal-modalitajiet ta’ ħlas tal-multi - Impożizzjoni ta’ interessi moratorji - Iffissar, min-naħa tal-Kummissjoni, ta’ rata ta’ interessi kkalkolata skont ir-rata ta’ interessi tal-Bank Ċentrali Ewropew - Ammissibbiltà (Regolament tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 15(2)) (ara l-punti 493, 495-499)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/471/KE, tas-27 ta’ Novembru 2002, skont l-Artikolu 81 [KE] fil-konfront ta’ BPB plc, Gebrüder Knauf Westdeutsche Gipswerke KG, Société Lafarge SA u Gyproc Benelux NV (Każ COMP/E-1/37.152 – Folji tal-ġibs) (ĠU 2005, L 166, p. 8), jew, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Knauf Gips KG hija kkundannata għall-ispejjeż

Top