Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62003TB0363

Kawża T-363/03: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal- 25 ta' Settembru 2008 — Regione Siciliana vs Il-Kummissjoni ( Rikors għal annullament — FEŻR — Kanċellament ta' għajnuna finanzjarja — Irkupru tal-ammonti diġà mħallsa — Entità reġjonali jew lokali — Nuqqas ta' interess dirett — Inammissibbilta )

ĠU C 327, 20.12.2008, p. 23–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 327/23


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal- 25 ta' Settembru 2008 — Regione Siciliana vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-363/03) (1)

(“Rikors għal annullament - FEŻR - Kanċellament ta' għajnuna finanzjarja - Irkupru tal-ammonti diġà mħallsa - Entità reġjonali jew lokali - Nuqqas ta' interess dirett - Inammissibbilta’)

(2008/C 327/43)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Regione Siciliana (l-Italja) (rappreżentant: A. Cingolo, avvocato dello Stato)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: E. de March u L. Flynn, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Fl-ewwel lok, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2003) 2890 finali, tat-13 ta' Awwissu 2003, li tikkanċella l-għajnuna tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), mogħtija lir-rikorrenti permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (90) 2363 025, tal-14 ta' Diċembru 1990, għal proġett ta' infrastruttura fi Sqallija, kif ukoll l-irkupru tal-ammonti diġà mħallsa mill-Kummissjoni fir-rigward ta' din il-kontribuzzjoni, fit-tieni lok, talba għall-annullament tan-nota ta' debitu Nru 3240504102 tal-Kummissjoni, tas-26 ta' Settembru 2003, u fit-tielet u l-aħħar lok, l-annullament ta' kull att ieħor konness jew preċedenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Ir-Regione Siciliana hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 304, 13.12.2003.


Top