Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62003TA0332

    Kawża T-332/03: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat- 12 ta' Marzu 2008 — European Service Network vs Il-Kummissjoni ( Kuntratti pubbliċi ta' servizzi — Proċedura ta' sejħa għal offerti Komunitarja — Provvista ta' servizzi relatati ma' l-iżvilupp u l-provvista ta' servizzi ta' sostenn għas-Servizz tar-Riċerka tal-Komunità u l-Iżvilupp ta' l-Informazzjoni (CORDIS) — Rifjut ta' l-offerta ta' offerent — Prinċipji ta' trattament ugwali ta' l-offerenti u ta' trasparenza — Rispett tal-kriterji għall-għoti stabbiliti fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi )

    ĠU C 107, 26.4.2008, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.4.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 107/22


    Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Marzu 2008 — European Service Network vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-332/03) (1)

    (“Kuntratti pubbliċi ta' servizzi - Proċedura ta' sejħa għal offerti Komunitarja - Provvista ta' servizzi relatati ma' l-iżvilupp u l-provvista ta' servizzi ta' sostenn għas-Servizz tar-Riċerka tal-Komunità u l-Iżvilupp ta' l-Informazzjoni (CORDIS) - Rifjut ta' l-offerta ta' offerent - Prinċipji ta' trattament ugwali ta' l-offerenti u ta' trasparenza - Rispett tal-kriterji għall-għoti stabbiliti fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi’)

    (2008/C 107/35)

    Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: European Service Network (ESN) SA (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: R. Steichen u P.-E. Partsch, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: L. Parpala u E. Manhaeve, aġenti)

    Suġġett

    Talba tar-rikorrenti għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-għoti tal-kuntratt relatat mas-sejħa għal offerti ENTR/02/55 — CORDIS lot Nru 1, li tirrigwarda l-iżvilupp u l-provvista ta' servizzi ta' sostenn għas-Servizz tar-Riċerka tal-Komunità u l-Iżvilupp ta' l-Informazzjoni (CORDIS).

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    European Service Network (ESN) SA hija kkundannata tbati l-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 289, 29.11.2003.


    Top