EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62003CJ0244

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) ta' l-24 ta' Mejju 2005.
ir-Repubblika Franċiża vs il-Parlament Ewropew et il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea.
Prodotti kożmetiċi - Esperimenti fuq l-annimali - Direttiva 2003/15/KE - Annullament parzjali - Artikolu 1(2), - Indiviżibbiltà - Inammissibbiltà.
Kawża C-244/03.

ECLI identifier: ECLI:EU:C:2005:299

62003J0244



European Court reports 2005 Page 00000


Partijiet
Motivi tas-sentenza
Parti operattiva

Partijiet


Fil-kawża C-244/03

li għandha bħala suġġett rikors għal annullament skond l-Artikolu 230 KE, imressaq fit-3 ta' Ġunju 2003,

ir-Repubblika Franċiża, inizjalment irrappreżentata minn F. Alabrune, C. Lemaire u G. de Bergues, u wara minn J.L. Florent u D. Petrausch, bħala aġenti, b'indirizz għan-notifika fil-Lussemburgu,

rikorrenti

vs

il-Parlament Ewropew , inizjalment irrappreżentat minn J. L. Rufas Quintana u M. Moore, u wara Bradley, bħala aġenti, b'indirizz għan-notifika fil-Lussemburgu,

il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea , irrappreżentat minn J.P. Jacqué u C. Giorgi Fort, bħala aġenti,

konvenuti

IL-QORTI (Awla Manja),

komposta minn V. Skouris, President P. Jann u C.W.A. Timmermans, Presidenti ta' l-Awla, C. Gulmann, A. La Pergola, J.P. Puissochet, R. Schintgen, K. Schiemann (Relatur), J. Makarczyk, P. Kris, U. Lhmus, E. Levits u A. Ó Caoimh, Imħallfin

Avukat Ġenerali: L.A. Geelhoed,

Reġistratur: K. Sztranc, Amministratur,

wara li rat ir-rapport bil-miktub u wara s-seduta tat-18 ta' Jannar 2005,

wara li semgħet il-konklużjonijiet ta' l-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas-17 ta' Marzu 2005,

tagħti l-preżenti

Sentenza

Motivi tas-sentenza


1. Fir-rikors tagħha, ir-Repubblika Franċiża talbet l-annullament ta' l-Artikolu 1, punt 2, tad-Direttiva 2003/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Frar 2003 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-prodotti kożmetiċi (ĠU L 66, p.26), billi din id-dispożizzjoni tindroduċi Artikolu 4a f'din l-aħħar Direttiva (minn hawn 'il quddiem "id-dispożizzjoni kkontestata")

2. L-imsemmi Artikolu 4a (minn hawn 'il quddiem id-dispożizzjoni kontenzjuża" jistabbilixxi dan li ġej :

"1. Mingħajr preġudizzju għall-obbligi ġenerali li jidderivaw mill-Artikolu 2, l-Istati Membri għandhom jipprojbixxu:

(a) il-marketing tal-prodotti kożmetiċi meta l-formolazzjoni finali, sabiex tissodisfa l-ħtiġiet ta' din id-Direttiva, kienet is-suġġett li l-annimali jiġu ttestjati bl-użu ta' metodu ieħor għajr il-metodu alternattiv wara li dan il-metodu alternattiv kien ġie vvalidat u adottat fil-livell Komunitarju b'rigward xieraq għall-iżvilupp tal-validazzjoni ġewwa l-OECD;

(b) il-marketing tal-prodotti kożmetiċi li jkun fihom l-ingredjenti jew il-għaqdiet ta' l-ingredjenti li, sabiex jissodisfaw il-ħtiġiet ta' din id-Direttiva, kienu s-suġġett li l-annimali jiġu ttestjati bl-użu ta' metodu ieħor għajr il-metodu alternattiv wara li dan il-metodu alternattiv kien ġie vvalidat u adottat fil-livell Komunitarju b'rigward xieraq għall-iżvilupp tal-validazzjoni ġewwa l-OECD;

(ċ) it-twettieq fuq it-territorju tagħhom ta' testijiet fuq l-annimali tal-prodotti kożmetiċi mlestija sabiex jissodisfaw il-ħtiġiet ta' din id-Direttiva;

(d) it-twettieq fuq it-territorju tagħhom ta' testijiet fuq l-annimali ta' l-ingredjenti jew it-tagħqidiet ta' l-ingredjenti sabiex jissodisfaw il-ħtiġiet ta' din id-Direttiva, mhux iktar tard mid-data li dawn it-testijiet jinħtieġu li jinbidlu minn metodu alternattiv jew metodi alternattivi vvalidati elenkati fl-Annes V tad-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE tas-27 ta' Ġunju 1967 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi li għandhom x'jaqsmu mal-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta' sustanzi perikolużi(... ) jew fl-Anness IX ma' din id-Direttiva.

Aktar tard fil-11 ta' Settembru 2004, il-Kummissjoni stabbiliet il-kontenut ta' l-Anness IX, in konformement mal-proċedura stabbiltà fl-Artikolu 10 (2), u dan wara li kkonsultat il-Kumitat Xjentifiku tal-Prodotti Kożmetiċi u tal-prodotti mhux ta' l-ikel intiżi għall-Konsumaturi (SCCNFP).

2. Il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni ma' l-SCCNFP u ċ-Ċentru Ewropew tal-validazzjoni tal-metodi alternattivi (ECVAM) u b'rigward mistħoqq għall-iżvilupp tal-validazzjoni ġewwa l- OECD, għandha tistabbilixxi l-iskedi taż-żmien sabiex jiġu implementati d-dispożizzjonijiet skond il-paragrafu 1 (a), (b) u (d), inklużi it-temmiet taż-żmien sabiex it-testijiet varji ma jibqgħux jintużaw. L-iskedi taż-żmien għandhom jiġu magħmula disponibbli lill-pubbliku mhux iktar tard mill-11 ta' Settembru 2004 u jintbagħtu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Il-perjodu taż-żmien ta' l-implimentazzjoni għandu jkun limitat għal massimu ta' sitt snin wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2003/15/KE fejn jidħol il-paragrafu 1 (a), (b) u (d).

2.1. Fejn jidħlu t-testijiet li jirrigwadaw it-tossiċit tad-doża mtennija, it-tossiċit tar-riproduzzjoni u t-tossikokinetika, li għalihom għadhom ma jeżistu l-ebda alternattivi taħt konsiderazzjoni, il-perjodi taż-żmien sabiex jiġi implimentat il-paragrafu 1 (a) u (b) għandhom ikunu limitati għal massimu ta' 10 snin wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2003/15/KE.

2.2. Il-Kummissjoni għandha tistudja d-diffikultajiet tekniċi possibbli sabiex titħares il-projbizzjoni fejn għandhom x'jaqsmu t-testijiet, u b'mod partikolari dawk li jirrigwardaw it-tossiċit tad-doża mtennija, it-tossiċit tar-riproduzzjoni u t-tossikokinetika, li għalihom għad ma jeżistu l-ebda alternattivi taħt konsiderazzjoni. It-tagħrif dwar ir-riżultati proviżorji u finali ta' dawn l-istudji għandhom jiffurmaw parti mir-rapporti ta' kull sena ppreżentati skond l-Artikolu 9.

Fuq il-bażi ta' dawn ir-rapporti annwali, l-iskedi taż-żmien stabbiliti skond il-paragrafu 2 jistgħu jiġu addattati fil-limiti massimi taż-żmien ta' sitt snin kif riferit fil-paragrafu 2 jew ta' 10 snin kif riferit fil-paragrafu 2.1 u wara konsultazzjoni ma' l-entitajiet riferiti fil-paragrafu 2.

2.3. Il-Kummissjoni għandha tistudja l-progress u t-tħaris tat-termini taż-żmien kif ukoll id-diffikultajiet tekniċi possibbli sabiex titħares il-projbizzjoni. It-tagħrif dwar ir-riżultati proviżorji u finali ta' l-istudji tal-Kummissjoni għandhom jiffurmaw parti mir-rapporti ta' kull sena ppreżentati skond l-Artikolu 9. Jekk dawn l-istudji jikkonkludu, l-iktar tard sa sentejn qabel it-tmiem tal-perjodu massimu taż-żmien riferit fil-paragrafu 2.1, illi għal raġunijiet tekniċi test jew iktar riferiti fil-paragrafu 2.1 ma jiġux żviluppati u vvalidati qabel ma jiskadi l-perjodu taż-żmien riferit fil-paragrafu 2.1, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u għandha tressaq proposta leġislAttiva skond l-Artikolu 51 tat-TrAttat.

2.4. F'ċirkostanzi eċċezzjonali meta jinħoloq tħassib gravi rigward is-sigurtà ta' ingredjent kosmetiku eżistenti, Stat Membru jista' jitlob lill-Kummissjoni li tikkonċedi deroga mill-paragrafu 1. It-talba għandu jkun fiha valutazzjoni tas-sitwazzjoni u tindika l-miżuri meħtieġa. Fuq dan il-bażi, il-Kummisjoni tista', wara konsultazzjoni mal-SCCNFP u permezz ta' deċiżjoni rraġjonata, tawtorizza d-deroga skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 10(2). Din l-awtrorizzazzjoni għandha tistabbilixxi l-kondizzjonijiet assoċjati ma' din id-deroga f'termini ta' għanijiet speċifiċi, it-tul taż-żmien u r-rappurtaġġ tar-riżultati.

Deroga tista' tiġi konċessa biss jekk:

(a) l-ingredjent ikun jintuża ħafna u ma jistax jiġi mibdul b'ingredjent ieħor kapaċi li jwettaq funzjoni simili;

(b) tiġi ssostanzjata l-problema speċifika tas-saħħa tal-bniedem u tiġi ġġustifikata l-ħtieġa li jiġu kondotti t-testijiet fuq l-annimali u tkun appoġġjata bi Protokoll iddettaljat ta' riċerka propost bħala bażi għall-valutazzjoni.

[...]

3. L-Artikolu 1 (1), tad-Direttiva 2003/15 jistipula li Artikolu 4(1) (i) tad-Direttiva 76/768/KEE għandu jiġi mħassar. Dan ġie introdott f'din id-Direttiva imsemmija mid-Direttiva 93/35/KEE tal-Kunsill, li emendat, għas-sitt darba, id-Direttiva 76/768 (ĠU L 151, p. 32), l-imsemmi Artikolu 4 jistabbilixxi:

Mingħajr preġudizzju għall-obbligi ġenerali tagħhom li ġejjin minn Artikolu 2, Stati Membri għandhom jipprojbixxu il-marketing ta' prodotti kożmetiċi li fihom:

[...]

i) l-ingredjenti jew it-taħlit ta' l-ingredjenti ttestjati fuq l-annimali wara l-1 ta Jannar 1998 sabiex jissodisfaw il-ħtiġiet ta' din id-Direttiva.

Jekk ma jkunx sar progress biżżejjed fl-iżvilupp ta' metodi sodisfaċenti biex jieħdu post it-testijiet fuq l-annimali, u b'mod partikulari f'dawk il-każi meta metodi alternattivi tal-ittestjar, minkejja l-isforzi raġjonevoli kollha, ma jkunux ġew validati xjentifikament bħala li joffru livell ekwivalenti ta' protezzjoni għall-konsumatur, billi jikkunsidraw il-linji ta' gwida ta' l-OECD għall-ittestjar tat-tossiċità, il-Kummissjoni għandha, sa l-1 ta' Jannar 1997, tippreżenta abbozz ta' miżuri biex tipposponi d-data ta' l-implimentazzjoni ta' din id-dispożizzjoni, għal perijodu suffiċjenti, u f'kull każ għal mhux anqas minn sentejn, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 10.

[...]

4. Id-data ta' l-applikazzjoni ta' din l-aħħar dispożizzjoni kienet ġiet l-ewwel irrapurtata fit-tletin ta' Ġunju 2000, wara, fit-30 ta' Ġunju, 2002, rispettivament għad-Direttivi 97/18/KE tal-Kummissjoni tas-17 ta' April 1997 (ĠU L 114, p.43), u 2000/41/KE tal-Kummissjoni, tad-19 ta' Ġunju 2000 (ĠU L 145, p.25).

5. Skond it-tmintax-il kunsiderazzjoni tad-Direttiva 2003/15, "id-disposizzjonijiet tad-Direttiva 93/35/KEE li jipprojbixxu l-marketing tal-prodotti kożmetiċi li jkun fihom l-ingredjenti jew il-għaqdiet ta' ingredjenti ttestjati fuq l-annimali għandhom jeħdulhom posthom id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva. Fl-interessi taċ-ċarezza legali għalhekk huwa approprjat li jiġi applikat l-Artikolu 1(1) ta' din id-Direttiva b'effett mill-1 ta' Lulju 2002, filwaqt li jiġi rrispettat il-prinċipju ta' l-aspettazzjonijiet leġittimi".

6. L-Artikolu 4 paragrafu 2, tad-Direttiva 2003/15 jipprevedi li l-Artikolu 1 (1) tagħha għandu jibda japplika mill-1 ta' Lulju 2002.

Dwar ir-rikors

7. Ir-Repubblika Franċiża invokat ħames motivi sabiex issostni r-rikors tagħha. Fil-parti prinċipali hi sostniet illi d-dispożizzjonijiet ikkontestati jiksru l-prinċipji tas-sigurtà ġuridika. Fil-parti sussidjarja, hi tinnota illi l-imsemmija dispożizzjoni tikser id-dritt għal eżerċizzju liberu ta' Attività professjonali, kif ukoll il-prinċipji ta' proporzjonalità, ta' prekawzjoni u ta' non-diskriminazzjoni. Għaldaqstant hi titlob il-kundanna tal-konvenuti għall-ħlas ta' l-ispejjeż.

8. Il-Parlament u l-Kunsill jikkontestaw l-ammissibbiltà kif ukoll il-fondatezza tar-rikors u jikkonkludu bit-talba għaċ-ċaħda tiegħu kif ukoll li r-rikorrenti tbati l-ispejjeż.

9. Skond il-Parlament, l-Artikolu 1 tad-Direttiva 2003/15, safejn jipprevedi, fil-punt 1, l-annullament tal-projbizzjoni ta' kummerċjalizzazzjoni (marketing) ta' prodotti kożmetiċi li sa dak inhar kien stipulat bl-Artikolu 4 (1) (i) tad-Direttiva 76/768, u, fil-punt 2 tagħha, saret is-sostituzzjoni ta' l-imsemmija projbizzjoni bis-sistema ta' projbizzjonijiet li huma fid-dispożizzjoni kontenzjuża, jikkostitwixxu unità indiviżibbli. Li tippermetti l-applikazzjoni ta' annullament parzjali invokat mir-rikorrenti jwassal għal sitwazzjoni fejn li fiha ssir leġiżlazzjoni permezz ta' mezzi ġuridiċi. F'dan ir-rigward, il-Parlament jenfasizza illi l-parti tad-Direttiva 2003/15 rigward l-esperimenti fuq l-annimali hija r-riżultat ta' kompromess globali miksub fil-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, wara dibAttitu partikolarment diffiċli u delikat bejn il-Kunsill, il-Kummissjoni u hu stess. Se jkun manifest, meta jittieħed in kunsiderazzjoni tal-kuntest ġuridiku li fih tidħol id-dispożizzjoni kkontestata, illi l-Artikolu 1, punt 1, tad-Direttiva 2003/15 ma seta' jkun qatt approvat mingħajr l-adozzjoni simultanja tad-dispożizzjoni kontenzjuża, peress illi ż-żewġ dispożizzjonijiet jiffurmaw totalità inseparabbli.

10. Waqt is-seduta, il-Kunsill indika li jaqbel mall-fehma espressa mill-Parlament dwar l-impossibbiltà li jiġi ppronunċjat l-annullament parzjali invokat. Skond hu, tali, annullament iwassal, fil-fAtt, għal kontestazzjoni tas-sustanza tad-Direttiva 2003/15 kif ukoll ta' l-għanijiet essenzjali milħuqa mill-leġiżlatur komunitarju li b'hekk iwasslu għall-sistema li tmur għal kollox kontra dawn l-għanijiet.

11. Il-gvern franċiż isostni illi d-dispożizzjoni kkontestata mhix marbuta mad-dispożizzjonijiet l-oħra tad-Direttiva 2003/15, li jkomplu jipproduċu effetti ġuridiċi. Hekk ikun il-każ kemm, tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva relAttivi għas-sigurtà tal-prodotti kożmetiċi u għall-informazzjoni tal-konsumaturi, kif ukoll ta' l-Artikolu 1, punt 1, ta' din id-Direttiva li jipprevedi l-projbizzjoni ta' l-Artikolu 4 (1) (i) tad-Direttiva 76/768 b'effett mit-30 ta' Ġunju 2002.

12. F'dan ir-rigward, huwa tajjeb li jiġi mfakkar illi, hekk kif jirriżulta minn ġurisprudenza konstanti, l-annullament parzjali ta' Att Komunitarju mhux possibbli ħlief jekk l-elementi li l-annullament tagħhom qed jiġi mitlub jistgħu jiġu mifruda mill-kumplament ta' l-Att (ara, b'mod partikulari, sentenza ta' l-10 ta' Diċembru 2002, il-Kummissjoni vs il-Kunsill, C-29/99, Ġabra p. I11221, punti 45 u 46, tal-21 ta' Jannar 2003, il-Kummissjoni vs il-Parlament u l-Kunsill, C-378/00, Ġabra p. I937, punt 30, kif ukoll tat- 30 ta' Settembru, Ġermanja vsil-Kummissjoni, C-239/01, Ġabra p.I10333, punt 33).

13. Il-Qorti tal-Ġustizzja, ripetutament iddeċidiet li mhix sodisfatta b'din l-esiġenza ta' separazzjoni sakemm l-annullament parzjali ta' Att għandu l-effett li jimmodifika s-sustanza ta' dan l-Att (sentenza tal-31 ta' Marzu 1998, Franza et vs il-Kummissjoni, C-68/94 u C-30/95, Ġabra p. I-1375, punt 257; il-Kummissjoni vs il-Kunsill, hawn fuq imsemmija, punt 46 u Ġermanja vs il-Kummissjoni, hawn fuq imsemmija, punt 34).

14. Ċertament, hekk kif fakkar il-gvern franċiż, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet dwar regolament ta' eżekuzzjoni adottat mill-Kummissjoni illi l-kwistjoni jekk annullament parzjali jibdel is-sustanza tal-miżuri kkontestati jikkostitwixxi kriterju oġġettiv, u mhux kriterju suġġettiv marbut ma' l-intenzjoni politika ta' l-Awtorità li adottat il-miżura kontenzjuża (sentenza Ġermanja vs il-Kummissjoni, hawn fuq imsemmija, punt 37).

15. Fil-kawża preżenti, wieħed bilfors mall-ewwel irid jikkonstata illi l-annullament tad-dispożizzjoni ikkontestata, sakemm jibqa' fis-seħħ l-Artikolu 1, punt 1, tad-Direttiva 2003/15, ibiddel b'mod oġġettiv l-istess sustanza tad-dispożizzjonijiet adottati mill-leġiżlatur komunitarju f'dak li jirrigwarda l-esperimentazzjoni fuq l-annimali għall-elaborazzjoni ta' prodotti kożmetiċi, li dawn ta' l-aħħar jikkostitwixxu wkoll waħda mill-kolonni prinċipali ta' l-imsemmija Direttiva.

16. Fil-fatt, id-dispożizzjoni kontenzjuża, li l-motivi ta' l-adozzjoni tagħha huma esposti fl-ewwel għaxar kunsiderazzjonijiet tad-Direttiva 2003/15, hi, hekk kif jidher mit-tmintax -il kunsiderazzjoni tagħha, iddestinata li "tissostitwixxi" l-Artikolu 4(1)(i) tad-Direttiva 76/768.

17. Peress li parzjalment dawn iż-żewġ dispożizzjonijiet għandhom l-istess għan, jiġifieri li jiġu indikati kundizzjonijiet tal-projbizzjoni ta' kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti kożmetiċi li fihom ingredjenti jew taħlita ta' ingredjenti li ġew esperimentati fuq l-annimali, hekk kif il-Parlament enfasizza b'mod tajjeb, dawn iż-żewġ dispożizzjonijiet ma jistgħux jeżistu flimkien. L-abbrogazzjoni tad-dispożizzjoni l-qadima tidher fl-okkorrenza bħala l-konsegwenza ta' l-adozzjoni tal-ġdida, kif jissemma fit-tmintax- il kunsiderazzjoni tad-Direttiva 2003/15.

18. Barra minn hekk, ir-rabta eżistenti bejn id-dispożizzjoni kontenzjuża u dik li tissotitwixxi hija ugwalment enfasizzata mir-raba' kunsiderazzjoni tad-Direttiva 2003/15 li tgħid li " Skond id-Direttiva 86/609/KEE u d-Direttiva 9/35/KEE, huwa essenzjali li jiġi segwit il-għan li jiġu aboliti l-esperimenti fuq l-annimali sabiex jittestjaw il-prodotti kożmetiċi u li l-projbizzjoni ta' dawn l-esperimenti ssir effettiva fit-territorju ta' l-Istati Membri".

19. F'dawn il-kundizzjonijiet, hemm lok li jiġi kkunsidrat illi l-inserzjoni tad-dispożizzjoni kontenzjuża fid-Direttiva 76/768 u r-revoka ta' l-Artikolu 4(1)(i), tagħha tifforma totalità inseparabbli.

20. Id-dispożizzjoni kontenzjuża hija għalhekk inseparabbli mill-Artikolu 1, punt 1, tad-Direttiva 2003/15, b'hekk isegwi li l-annullament parzjali invokat mir-rikorrenti huwa impossibbli.

21. Dan ta' l-aħħar ma talabx, lanqas fit-titolu sussidjarju, l-annullament ta' l-imsemmi Artikolu 1, punt 1, u barra minnhekk enfasizza fin-nota ta' risposta tiegħu, u mfakkar waqt is-seduta, illi talba bħal din kienet tkun inkoerenti min-naħa tagħha u hi ma kienetx tixtieq l-annullament ta' din id-dispożizzjoni, għalhekk bilfors irid jiġi deċiż illi r-rikors huwa inammissibbli (ara s-sentenzi, hawn fuq imsemmija, il-Kummissjoni vs il-Kunsill, punti 45 sa 51; il-Kummissjoni vs il-Parlament u l-Kunsill, punti 29 u 30, kif ukoll il-Ġermanja vs il-Kummissjoni, punti 33 sa 38).

Dwar l-ispejjeż

22. Bis-saħħa ta' l-Artikolu 69(2) tar-Regoli ta' proċedura, il-parti li titlef tbati l-ispejjeż, jekk jiġi mitlub b'dan is-sens. Peress li l-Parlament u l-Kunsill talbu l-kundanna tar-Repubblika Franċiża u din ta' l-aħħar tilfet it-talbiet tagħha, hemm lok li tbati l-ispejjeż.

Parti operattiva


Għal dawn il-motivi, il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) taqta' u tiddeciedi

1) Ir-rikors huwa miċħud.

2) Ir-Repubblika Franċiża tbati l-ispejjeż.

Top