Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62002TJ0140

    Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (it-Tieni Awla) tat-13 ta' Settembru 2005.
    Sportwetten GmbH Gera vs l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trademarks u disinni) (UASI).
    Trademark Komunitarja - Talba għall-invalidità - Trademark Komunitarja figurattiva li fiha l-element verbali INTERTOPS - Trademark li tmur kontra l-ordni pubbliku jew il-prinċipji aċċettati tal-moralità - L-Artikolu 7(1)(f), l-Artikolu 7(2) u l-Artikolu 51 tar-Regolament (KE) Nru 40/94.
    Kawża T-140/02.

    ECLI identifier: ECLI:EU:T:2005:312

    62002A0140



    European Court reports 2005 Page 00000


    Partijiet
    Motivi tas-sentenza
    Parti operattiva

    Partijiet


    Fil-kawża T-140/02

    Sportwetten GmbH Gera, stabbilita f'Gera (il-Ġermanja), irrappreżentata minn A. Zumschlinge, Avukat,

    rikorrenti

    vs

    l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern ( Trademarks u Disinji ) (UASI), irrappreżentat minn D. Schennen u G. Schneider, bħala aġenti,

    konvenut

    bil-parti l-oħra fil-proċedura quddiem il-Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trademarks u Disinji) (UASI), li qiegħda tintervjeni quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza, li hija

    Intertops Sportwetten GmbH, stabbilita f'Salzburg (l-Awstrija), inizjalment rappreżentata minn H. Pfeifer, imbagħad minn R. Heimler, Avukati,

    li għandha bħala suġġett rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trademarks u Disinji) tal-21 ta' Frar 2002 (każ R 338/2000-4), dwar talba għall-invalidità tat- trademark Komunitarja figurattiva INTERTOPS,

    IL-QORTI TAL-PRIM'ISTANZA TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ (it-Tieni Awla),

    komposta minn J. Pirrung, President, A. W. H. Meij u I. Pelikánová, Imħallfin,

    Reġistratur: J. Plingers, Amministratur,

    wara li rat ir-rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti tal-Prim'Istanza fit-2 ta' Mejju 2002,

    wara li rat ir-risposta ppreżentata fir-Reġistru tal-Qorti tal-Prim'Istanza fil-5 ta' Awwissu 2002,

    wara li rat ir-risposta ta' l-intervenjenti ippreżentata fir-Reġistru tal-Qorti tal-Prim'Istanza fit-22 ta' Awwissu 2002,

    wara li rat ir-replika ppreżentata fir-Reġistru tal-Qorti tal-Prim'Istanza fis-7 ta' Jannar 2003,

    wara li rat il-kontro-replika ta' l-intervenjenti ppreżentata fir-Reġistru tal-Qorti tal-Prim'Istanza fid-29 ta' Lulju 2003,

    wara s-seduta tas-16 ta' Frar 2005,

    tagħti l-preżenti

    Sentenza

    Motivi tas-sentenza


    Il-fatti li wasslu għall-kawża

    1. Fil-11 ta' Jannar 1999, l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trademarks u Disinji) (iktar 'il quddiem "l-Uffiċju") ippubblika r-reġistrazzjoni, mitluba mill-intervenjenti taħt ir- ta' l-20 ta' Diċembru 1993, dwar it- trademark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1), bħala trademark Komunitarja tas-sinjal figurattiv riprodott hawn taħt u għal-liema kienu ġew mitluba l-kuluri aħmar, abjad u iswed:

    >image>0

    >image>1

    2. Is-servizzi li għalihom intalbet ir-reġistrazzjoni tat- trademark jaqgħu fil-klassi 42 skond il-ftehim ta' Nizza dwar il-Klassifikazzjoni Internazzjonali tal-Prodotti u s-Servizzi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni tat- trademarks , tal-15 ta' Ġunju 1957, kif rivedut u emendat, u li jikkorispondu għad-deskrizzjoni segwenti: "Servizzi ta' bookmaker , servizzi konnessi ma' l-imħatri ta' kull tip" (iktar 'il quddiem is-"servizzi kkunċernati" u t-" trademark Komunitarja kkonċernata").

    3. Fis-17 ta' Mejju 1999, ir-rikorrenti ppreżentat talba għall-invalidità lill-Uffiċċju fir-rigward tat- trademark Komunitarja kkonċernata, skond l-Artikolu 51(1)(a) tar- . Sabiex issostni t-talba tagħha, hija invokat ir-raġuni assolut għal rifjut taħt l-Artikolu 7(1)(f) u l-Artikolu 7(2) tar- .

    4. F'din id-data, hija stess kienet proprjetarja tat- trademark Ġermaniża li kienet tkopri is-sinjal verbali INTERTOPS SPORTWETTEN (iktar 'il quddiem it-" trademark Ġermaniża") għall-istess servizzi bħal dawk indikati aktar 'il fuq.

    5. B'deċiżjoni tat-2 ta' Frar 2000, id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni ta' l-Uffiċċju ċaħdet it-talba għall-invalidità, minħabba li t- trademark Komunitarja kkonċernata ma kienet tmur la kontra l-ordni pubbliku u lanqas il-prinċipji aċċettati tal-moralità.

    6. B'deċiżjoni tal-21 ta' Frar 2002 (iktar 'il quddiem id-"deċiżjoni kkontestata") il-Bord ta' l-Appell ċaħad l-appell magħmul mir-rikorrenti u kkundannatha tbati l-ispejjeż relatati mal-proċedura ta' l-appell.

    7. Fil-fatt, skond il-Bord ta' l-Appell, hija t- trademark nfisha li għandha tiġi eżaminata sabiex jiġi vvalutat jekk tmurx kontra l-Artikolu 7(1)(f) tar- . Issa, ir-rikorrenti ma sostnietx li t- trademark Komunitarja kkonċernata hija minnha nfisha kontra l-ordni pubbliku jew kontra l-prinċipji aċċettati tal-moralità, lanqas ġewwa l-Ġermanja biss. Il-kwistjonijiet dwar jekk id-dritt pubbliku jipprekludix li l-intervenjenti tipproponi s-servizzi kkonċernati, bħala tali, f'parti tal-Komunità jew jekk ir-reklamar li tagħmel dwarhom, bħala tali, imurx kontra il-prinċipji aċċettati tal-moralità, m'għandhom ebda relazzjoni mat- trademark li taħtha hija tiddeċiedi li toffri s-servizzi tagħha. L-impossibiltà għall-intervenjenti li tagħmel użu mit- trademark Komunitarja fil-kawża fil-Ġermanja, hija l-aktar l-aktar konsegwenza tal-karattru illeċitu ta' l-offerta tas-servizzi kkonċernati, iżda ma twassalx għall-konklużjoni li l-użu ta' din it- trademark bħala tali huwa illeċitu. Konsegwentament, skond il-Bord ta' l-Appell, mhuwiex neċessarju li tiġi eżaminata, b'mod partikulari, il-kwistjoni dwar jekk jeħtieġ li l-Artikolu 7 tar- jiġi interpretat b'mod awtonomu jew in relazzjoni mal-partikularitajiet nazzjonali fil-qasam, u lanqas li jiġu eżaminati l-konklużjonijiet li għalihom jista' jwassal l-Artikolu 106(2) tar- .

    Talbiet tal-partijiet

    8. Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti tal-Prim'Istanza sabiex:

    - tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    - tiddikjara t- trademark Komunitarja kkonċernata nulla;

    - tikkonstata, sussidjarjament, li t- trademark Komunitarja kkonċernata ma tistax tintuża biex tikkontesta t- trademark Ġermaniża.

    9. L-Uffiċċju jitlob lill-Qorti tal-Prim'Istanza sabiex:

    - tiċħad ir-rikors;

    - tikkundanna lir-rikorrenti tbati l-ispejjeż.

    10. L-intervenjenti titlob lill-Qorti tal-Prim'Istanza sabiex tiċħad it-talbiet ippreżentati mir-rikorrenti.

    11. Fil-kontro-replika tagħha, l-intervenjenti titlob lill-Qorti tal-Prim'Istanza tiġi inserita fil-fajl id-deċiżjoni tad-Deutsches Patent- und Markenamt (Uffiċċju Ġermaniż tal-Privattivi Industrijali u tat- trademarks ) tat-23 ta' Awwissu 2000, li biha dan ordna t-tħassir tat- trademark Ġermaniża.

    12. Waqt is-seduta, l-intervenjenti talbet ukoll li r-rikorrenti jiġi ordnat ibati l-ispejjeż.

    Id-dritt

    Dwar l-ewwel kap tat-talbiet tar-rikorrenti, intiżi sabiex jinkiseb l-annullament tad-deċiżjoni kkontestata

    Raġunijiet u argumenti tal-partijiet

    13. Sabiex issostni t-talba tagħha għall-annullament, ir-rikorrenti invokat motiv wieħed, ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 51 tar- , moqri flimkien ma' l-Artikolu 7(1)(f) u l-Artikolu 7(2) ta' l-imsemmi Regolament.

    14. Hija tinnota li l-leġiżlazzjonijiet ta' numru ta' Stati Membri, b'mod partikulari dak tal-Ġermanja, jipprevedu li huma biss dawk l-impriżi li huma awtorizzati mill-awtoritajiet nazzjonali fuq it-territorju rispettiv tagħhom li huma awtorizzati li joffru s-servizzi kkonċernati . Safejn l-intervenjenti m'għandhiex liċenzja biex toffri is-servizzi kkonċernati fil-Ġermanja, fid-dawl ta' l-Artikolu 284 tal-Strafgesetzbuch (Kodiċi Kriminali Ġermaniż), hija mhijiex awtorizzata li toffri dawn is-servizzi u li tagħmel reklamar tagħhom f'dan il-pajjiż. Bis-sentenza ta' l-14 ta' Marzu 2002, il-Bundesgerichtshof (Qorti Suprema Federali Ġermaniża) ipprojbietha milli tagħmel reklamar għas-servizzi tagħha fil-Ġermanja, u numru ta' deċiżjonijiet ġudizzjarji Ġermaniżi ipprojbew lill-partijiet terzi li jagħmlu użu mit- trademark Komunitarja kkonċernata fil-Ġermanja. Barra minn dan, l-intervenjenti stess ammettiet, f'numru ta' kawżi fil-Ġermanja, li hija ma setgħatx tikseb tali liċenżja hemmhekk. Ir-rikorrenti żżid li l-leġiżlazzjonijiet nazzjonali ċċitati iktar 'il fuq, inkluż l-Artikolu 284 tal-Strafgesetzbuch, huma konformi mad-dritt Komunitarju (sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-24 ta' Marzu 1994, Schindler, , Ġabra p. I1039; tal-21 ta' Settembru 1999, Läärä et , , Ġabra p. I6067, u tal-21 ta' Ottubru 1999, Zenatti, , Ġabra p. I7289).

    15. Minn dan jirriżulta, skond ir-rikorrenti, li t- trademark Komunitarja kkonċernata tmur kontra l-ordni pubbliku u l-prinċipji aċċettati tal-moralità fil-Ġermanja kif ukoll fi Stati Membri oħra , skond l-Artikolu 7(1)(f) tar- .

    16. F'dan ir-rigward, hija tirreferi għad-deċiżjonijiet mogħtija mill-Bundespatentgericht (Qorti federali tal-Privattivi Industrijali Ġermaniżi) fil-kawżi magħrufa bħala "McRecht", "McLaw" u "Cannabis", safejn, jekk ma jintlaqax xi motiv għall-annullament, f'dawn id-deċiżjonijiet huwa kkunsidrat li, meta fornitur partikolari mhuwiex awtorizzat li joffri s-servizzi tiegħu minħabba f'projbizzjoni legali, huwa m'għandu l-ebda dritt fuq trademark li tirrigwarda l-provvista ta' dawn is-servizzi.

    17. Imbagħad, ir-rikorrenti kkontestata li jeħtieġ normi uniformi Ewropej għall-interpretazzjoni ta' l-Artikolu 7(1)(f) tar - -Regolament Nru 40/94. Fil-fatt, mill-ġurisprudenza ċċitata iktar 'il fuq, u b'mod partikulari, mis-sentenza Zenatti, ċċitata iktar 'il fuq, jirriżulta li l-evalwazzjonijiet nazzjonali fir-rigward tal-leġiżlazzjoni dwar il-ġbir ta' imħatri fuq avvenimenti sportivi għandhom jitiqesu fuq livell Ewropew. L-Artikolu 106(2) tar-Regolament Nru 40/94 ma jfissirx li dawn l-evalwazzjonijiet għandhom jitqiesu biss fuq livell nazzjonali, iżda li jistgħu jitqiesu ukoll fuq dan il-livell. Inkella, skond ir-rikorrenti, l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 40/94 jitlef kull sustanza, f'dak li, fil-każ fejn it- trademark Komunitarja kkonċernata ma tistax tiġi użata biss f'parti mill-Komunità, dikjarazzjoni tan-nullità ta' din it- trademark tiġi eskluża.

    18. Ir-rikorrenti ssostni ukoll li, fid-dawl tal-prinċipju li trademark għandha tkun użata biex tkompli tkun protetta, jekk l-użu tagħha huwa eskluż a priori fir-rigward tas-servizzi li għalihom hija rreġistrata, u jekk kull użu ieħor fil-qasam ta' dawn is-servizzi huwa pprojbit, hija ma tista' bl-ebda mod ma tiġi sfruttata ekonomikament u ma jeżisti l-ebda dritt għar-reġistrazzjoni. F'dak li jirrigwarda trademark Komunitarja, jekk l-użu tagħha fi Stat Membru wieħed huwa biżżejjed biex jiġi sodisfatt l-obbligu ta' l-użu previst fl-Artikolu 15 tar-Regolament Nru 40/94, l-Artikolu 7(2) ta' dan ir-Regolament jesprimi l-prinċipju li l-proprjetarju ta' trademark jista' jużaha kullimkien fil-Komunità, ħlief għal parti negliġibbli minnha.

    19. Barra mnn dan, ir-rikorrenti ssostni li, peress li r-registrazzjoni tat- trademark ikkonċernata ġiet mitluba fis-27 ta' Novembru 1996, b'mod li din għandha prijorità fir-rigward tat- trademark Ġermaniża, jekk it- trademark Komunitarja ma tiġix iddikjarata nulla, hi ma tkunx tista' tuża t- trademark Ġermaniża, u dan meta l-intervenjenti mhuwiex awtorizzat illi joffri s-servizzi tiegħu fil-Ġermanja.

    20. Fl-aħħarnett, ir-rikorrenti tikkontesta l-interpretazzjoni ta' l-Artikolu 7(1)(f) tar- proposta mill-Uffiċċju, skond liema din id-dispożizzjoni tippermetti biss li tkun irrifjutata reġistrazzjoni ta' trademarks li huma manifestament kontra n-normi fundamentali tal-ħajja fis-soċjetà, bħal offiżi jew dagħa. F'kull każ, anki jekk din l-interpretazzjoni kellha tkun ammessa, din id-dispożizzjoni ġiet miksura f'din il-kawża. Fil-fatt, mill-ġurisprudenza ċċitata iktar 'il fuq jirriżulta li l-Qorti tal-Ġustizzja tagħti importanza kbira lill-protezzjoni taċ-ċittadini kontra r-riskju ta' l-isfruttar tal-passjoni tagħhom għall-logħob. Is-servizzi li jistgħu jwasslu persuna għall-rovina materjali, fl-isfruttament ta' din il-passjoni għandhom ikunu vvalutati bl-istess mod bħall-offiżi jew id-dagħa.

    21. L-Uffiċċju u l-intervenjenti jikkontestaw il-fundatezza ta' dan il-motiv.

    Valutazzjoni tal-Qorti tal-Prim'Istanza

    22. L-ewwelnett, għandhu jiġi mfakkar, li l-Artikolu 51(1)(a) tar- jipprevedi, fil-verżjoni tiegħu applikabbli li kienet applikabbli sad-9 ta' Marzu 2004, id-data meta daħal fis-seħħ ir- tad-19 ta' Frar 2004, li jemenda ir- (ĠU L 70, p. 1), li l-invalidità ta' trademark Komunitarja hija ddikjarata, fuq talba ppreżentata lill-Uffiċċju, "meta t- trademark Komunitarja tkun ġiet reġistrata bi ksur tad-disposizzjonijiet [...] ta' l-Artikolu 7 [ta' l-istess Regolament]".

    23. Din l-aħħar dispożizzjoni tipprevedi, fil-paragrafu 1(f) tagħha, li għandhom jiġu miċħuda r-reġistrazzjoni " trademarks li jmorru kontra l-ordni pubbliku jew il-prinċipji aċċettati tal-moralità" u, fil-paragrafu 2 tagħha, li "[...] l-paragrafu 1 għandu japplika minkejja li r-raġunijiet li jwasslu biex trademark ma tiġix reġistrata japplikaw biss f'parti tal-Komunità".

    24. Jeħtieġ li l-ewwelnett jiġi kkonstatat, li safejn l-argumenti tar-rikorrenti allegatament jirreferu għal Stati Membri oħra għajr il-Ġermanja, huma m'huma sostnuti minn ebda element konkret u preċiż. Konsegwentament, f'dan ir-rigward, dawn l-argumenti huma nieqsa minn kull rilevanza.

    25. Imbagħad, għandu jitqies li r-rikorrenti ma ssostnix li s-sinjal kopert mit- trademark Komunitarja kkonċernata huwa, bħala tali, kontra l-ordni pubbliku jew il-prinċipji aċċettati tal-moralità, u lanqas li huma s-servizzi koperti minn din it- trademark . L-argumenti tagħha jirreferu, b'mod partikulari, għal pretensjoni li, bis-saħħa ta' leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li huma biss l-impriżi awtorizzati mill-awtoritajiet kompetenti li huma awtorizzati joffru s-servizzi fir-rigward ta' l-imħatri, l-intevenjenti hija pprojbita, fil-Ġermanja, milli toffri is-servizzi kkonċernati u milli tirriklamhom. F'dan ir-rigward, huwa aċċettat li l-intervenjenti m'għandux l-awtorizzazzjoni biex joffri, fil-Ġermanja, is-servizzi kkonċernati.

    26. Madankollu, il-Qorti tal-Prim'Istanza tikkunsidra li din iċ-ċirkostanza ma timplikax li t- trademark Komunitarja kkonċernata tmur kontra l-ordni pubbliku u l-prinċipji aċċettati tal-moralità skond l-Artikolu 7(1)(f) tar- .

    27. F'dan ir-rigward, hemm lok li, l-ewwelnett, jiġi rrilevat li, hekk kif ġie meqjus fid-deċiżjoni kkontestata u kif isostnu l-Uffiċċju u l-intervenjenti, hija t- trademark infisha, jiġifieri is-sinjal flimkien mal-prodotti jew is-servizzi kif jidhru fir-reġistrazzjoni tat- trademark , li għandha tiġi eżaminata sabiex jiġi vvalutat jekk tmurx kontra l-ordni pubbliku jew il-prinċipji aċċettati tal-moralità.

    28. F'dan ir-rigward, għandu jiġi mfakkar li, fis-sentenza tagħha tad- tad- 9 ta' April 2003, Durferrit vs l-UASI - Kolene (NU-TRIDE) , Ġabra p. II1589), il-Qorti tal-Prim'Istanza enfasizzat li mill-qari ta' l-inċiżi differenti kollha ta' l-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 40/94 jirriżulta li dawn jirreferu għall-kwalitajiet intrinsiċi tat- trademark li saret applikazzjoni għaliha u mhux għal ċirkostanzi li jirrigwardaw l-imġieba tal-persuna li hija l-applikant għat- trademark .

    29. Issa, il-fatt li fil-Ġermanja l-intervenjenti huwa pprojbit milli joffri s-servizzi kkunċernati u milli jirriklamahom ma jista' jkun bl-ebda mod ikkunsidrat bħala li jirriferi għall-kwalitajiet intrinsiċi ta' din it- trademark , fis-sens ta' l-interpretazzjoni ċċitata iktar 'il fuq. Konsegwentament, dan il-fatt ma jistax ikollu l-konsegwenza li jirrendi t- trademark infisha kontra l-ordni pubbliku u l-prinċipji aċċettati tal-moralità.

    30. Imbagħad, għandu jiġi rrilevat li l-ebda argument miġjub, apparti kollox mir-rikorrenti, ma jista' jbiddel din l-evalwazzjoni.

    31. Fil-fatt, f'dak li jirrigwarda d-deċiżjonijiet mogħtija mill- = Bundespatentgericht fil-kawżi McRecht, McLaw u Cannabis, ċċitati iktar 'il fuq, mill-ġurisprudenza jirriżulta li s-sistema Komunitarja tat- trademarks tikkostitwixxi sistema awtonoma fejn bl-applikazzjoni tagħha li hija indipendenti minn kull sistema nazzjonali [sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-5 ta' Diċembru 2000, Messe München vs l-UASI (electronica), , Ġabra, p. II3829, punt 47]. Konsegwentament, ir-reġistrazzjoni ta' sinjal bħala trademark Komunitarja għandu jiġi evalwat biss fuq il-bażi tal-leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti [sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-9 ta' Ottobru 2002, Glaverbel vs l-UASI (Wiċċ ta' folja ħġieġ), , Ġabra, p. II3887, punt 34]. Minn dan isegwi li l-imsemmija deċiżjonijiet tal-Bundespatentgericht huma mingħajr rilevanza f'din il-kawża. F'kull każ, jeħtieġ li jiġi kkonstatat li, kif ammettiet ir-rikorrenti, l-ebda waħda minn dawn ma sabet motiv ta' invalidità. Barra minn dan, huma jirrigwardaw trademarks u prodotti li huma differenti minn dawn f'din il-kawża.

    32. F'dak li jirrigwarda l-argument ibbażat fuq il-prinċipju li trademark għandha tiġi użata biex tkompli tkun protetta, huwa biżżejjed li jitfakkar li, hekk kif rilevat iktar 'il fuq, hija l-istess trademark, jiġifieri is-sinjal flimkien mal-prodotti jew is-servizzi kif jidhru fir-reġistrazzjoni tat-trademark, li għandhom jiġu eżaminati għall-finijiet ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 7(1)(f) tar- . Minn dan isegwi li kull kwistjoni marbuta ma' l-użu tat- trademark Komunitarja kkonċernata hija rrilevanti f'dak li jirrigwarda l-applikazzjoni ta' din id-dispożizzjoni.

    33. F'dak li jirrigwarda l-argument li, jekk it- trademark Komunitarja kkonċernata ma tiġix iddikjarata nulla, ir-rikorrenti ma tkunx tista' tuża t- trademark Ġermaniża tagħha, huwa biżżejjed li jiġi rrilevat li, anki kieku dan ikun ammess, din iċ-ċirkostanza hija nieqsa minn kull relevanza f'dak li jikkonċerna l-kwistjoni dwar jekk it- trademark Komunitarja tmurx kontra l-ordni pubbliku jew il-prinċipji aċċettati tal-moralità. Fil-fatt, din l-aħħar kwistjoni, li hija l-unika diskussa f'din il-kawża, tirrigwarda r-raġunijiet assoluti għal rifjut li jaqgħu taħt l-Artikolu 7 tar- u li huma s-suġġett ta' evalwazzjoni awtonoma, mingħajr l-ebda rabta konnessjoni ma' trademarks oħra. Il-kwistjoni dwar l-użu, mir-rikorrenti, tat- trademark Ġermaniża tagħha hija għaldaqstant irrelevanti għal din il-kawża.

    34. Fl-aħħarnett, fir-rigward ta' l-argument ibbażat fuq l-Artikolu 106(2) tar-Regolament Nru 40/94, għandu jitfakkar li din id-dispożizzjoni tipprevedi li, "[d]an [l-imsemmi] Regolament m'għandux, sakemm ma jkunx hemm disposizzjoni kuntrarja, jaffetwa d-dritt li jinfetħu proċedimenti taħt il-liġi ċivili, amministrattiva jew kriminali ta' Stat Membru jew taħt id-disposizzjonijiet tal-liġi komunitarja bl-iskop li jiġi projbijt l-użu ta' trade mark Komunitarja sa fejn l-użu ta' trade mark nazzjonali jkun projbit taħt il-liġi ta' dal l-Istat Membru jew taħt il-liġi Komunitarja".

    35. Issa, anki jekk minn din id-dispożizzjoni jirriżulta li l-użu ta' trademark jista' jkun ipprojbit fuq il-bażi, b'mod partikulari, ta' regoli li jirrigwardaw l-ordni pubbliku u l-prinċipji aċċettati tal-moralità, minkejja l-fatt li din it- trademark tkun protetta b'reġistrazzjoni Komunitarja, minn dan ma jirriżultax li din il-fakultà hija rilevanti fir-rigward tad-domanda magħmula mill-Artikolu 51(1)(a) tar- u mqajma mir-rikorrenti, li hija li jiġi stabbilit jekk din it- trademark ġietx irreġistrata b'mod li hu konformi mad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 7 ta' l-istess Regolament. Għaldaqshekk, din l-argumentazzjoni għandha tiġi miċħuda.

    36. Barra minn dan, safejn ġie deċiż iktar 'il fuq li l-fatt li l-intervenjenti mhuwiex awtorizzat, fil-Ġermanja, li joffri s-servizzi kkunċernati u li jirriklamahom ma jimplika bl-ebda mod li t- trademark Komunitarja in kwistjoni tmur kontra l-Artikolu 7(1)(f) tar- , mhuwiex neċessarju li tiġi eżaminata l-kwistjoni, diskussa bejn il-partijiet, li jiġi vverifikat jekk din id-dispożizzjoni għandhiex tkun interpretata b'mod awtonomu. Bl-istess mod, la huwa neċessarju li tiġi eżaminata l-eżattezza ta' l-interpretazzjoni ta' din id-dispożizzjoni rrakmandata mill-Uffiċċju u lanqas li jiġu eżaminati l-argumenti mressqa mir-rikorrenti b'replika għal din l-interpretazzjoni.

    37. Fl-aħħarnett, safejn il-fatt li l-intervenjenti mhijiex awtorizzata, fil-Ġermanja, li toffri s-servizzi kkonċernati u li jirriklamawhom mhuwiex rilevanti f'dak li jirrigwarda l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 7(1)(f) tar- , m'hemmx lok li jiġi eżaminat, kif jippretendi l-intervenjenti, jekk dan il-fatt jinjorax il-prestazzjoni libera ta' servizzi..

    38. Minn dak kollu li jippreċedi jirriżulta li l-unika raġuni invokata in sostenn ta' l-ewwel kap tat-talbiet għandha tiġi miċħuda, b'mod li dan l-ewwel kap għandu wkoll jiġi miċħud.

    Dwar it-tieni kap tat-talbiet, intiż sabiex tiġi ddikjarata nulla t-trademark Komunitarja kkonċernata

    39. F'dak li jirrigwarda it-tieni kap tat-talbiet, hemm lok li jiġi rrilevat li mill-kuntest li fih ġew ippreżentati l-ewwel u t-tieni kapiijet tal-konklużjonijiet, jirriżulta li t-tieni kap jippresupponi li l-ewwel, li hu intiż li jikseb l-annullament tad-deċiżjoni kkontestata, huwa ta' l-anqas parzjalment milqugħ u kif ir-rikorrenti kkonfermat waqt is-seduta, li t-tieni huwa għaldaqstant ippreżentat biss fl-ipoteżi li l-ewwel wieħed jiġi milqugħ.

    40. Issa, sa fejn ma ġiex konkluż li hemm lok li d-deċiżjoni kkontestata għandha tiġi annullata, m'hemmx lok li tittieħed deċiżjoni dwar l-ammissibiltà jew fuq il-mertu tat-tieni kap tat-talbiet (ara, f'dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-22 ta' Ġunju 2004, "Drie Mollen sinds 1818" vs l-UASI - Nabeiro Silveria (Galáxia), , li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra, punti 50 u 51).

    Dwar it-tielet kap tat-talbiet, ippreżentat sussidjarjament u intiż sabiex jiġi kkonstatat li t-trademark Komunitarja kkonċernata ma tistax tintuża biex tikkontesta trademark Ġermaniża

    Argumenti tal-partijiet

    41. Sabiex issostni għal din it-talba, ir-rikorrenti tispjega li għandu jiġi stabbilit b'mod ċar li t- trademark Komunitarju kkonċernata ma tagħtix lill-proprjetarju effett ta' "barrikata" globali għall-Komunità kollha meta jkun impossibbli li jużaha f'parti minnha, filwaqt li din il-possibiltà hija miftuħa għal impriżi oħra.

    42. Waqt is-seduta, l-Uffiċċju u l-intervenjenti sostnew li dan it-tielet kap tat-talbiet kellu jiġi miċħud bħala inammissibbli, minħabba f'nuqqas ta' argumentazzjoni suffiċjenti u minħabba fil-fatt li deċiżjoni bħal din taqa' taħt id-dritt nazzjonali, u mhux il-kompetenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza.

    Valutazzjoni tal-Qorti tal-Prim'Istanza

    43. Hemm lok li jiġi deċiż fuq dan il-kap sussidjarju tat-talbiet, in kwantu, kif ġie deċiż iktar 'il fuq, l-ewwel u it-tieni kapijiet tat-talbiet, li ġew ippreżentati bħala t-talbiet prinċipali, għandhom jiġu miċħuda.

    44. Madankollu, peress li r-rikorrenti ma tavvanza l-ebda element sabiex issostni dan it-tielet kap tat-talbiet, hemm lok li dan jiġi miċħud bħala inammissibbli, minħabba li ma jissodisfax ir-rekwiżit ta' l-Artikolu 44(1)(c) tar-Regoli tal-proċedura tal-Qorti tal-Prim'Istanza li r-rikors għandu jinkludi, b'mod partikulari, is-sunt tar-raġunijiet imressqa.

    Fuq it-talba ppreżentata mill-intervenjenti, intiża sabiex tiġi inserita fil-fajl id-deċiżjoni Deutsches Patent- und Markenamt li biha dan ordna t-tħassir tat-trademark Ġermaniża

    45. F'dan ir-rigward, huwa biżżejjed li jiġi rrilevat li, safejn m'hemmx lok li tittieħed deċiżjoni fuq it-talba tar-rikorrenti intiża sabiex tiġi ddikjarata nulla t- trademark Komunitarja kkonċernata, u safejn dan ir-rikors għandu jiġi miċħud għall-bqija, m'hemmx lok li jiġi deċiż fuq din it-talba ta' l-intervenjenti.

    Dwar l-ispejjeż

    46. Skond l-Artikolu 87(2) tar-Regoli ta' Proċedura, il-parti li titlef għandha tiġi ordnata tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ġew mitluba. F'din il-kawża, ir-rikorrenti tilfet u l'Uffiċċju talab tiġi kkundannata tbati l-ispejjeż. Waqt is-seduta, l-intervenjenti ukoll talbet li r-rikorrenti tiġi kkundannata tbati l-ispejjeż. Il-fatt li l-intervenjenti għamlet din it-talba biss matul is-seduta ma jipprekludix li t-talba tagħha tiġi milqugħa (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29 ta' Marzu 1979, NTN Toyo Bearing et vs il-Kunsill, 113/77, Ġabra p. 1185, u konklużjonijiet ta' l-Avukat Ġenerali Warner dwar din is-sentenza, Ġabra p. 1212, 1274). Għaldaqstant hemm lok li r-rikorrenti tiġi ordnata tbati l-ispejjeż kollha.

    Parti operattiva


    Għal dawn il-motivi,

    IL-QORTI TAL-PRIM'ISTANZA (it-Tieni Awla)

    taqta' u tiddeciedi li:

    1) M'hemmx lok li tittieħed deċiżjoni fuq it-talba tar-rikorrenti intiża sabiex tiġi ddikjarata nulla t- trademark Komunitarja figurattiva li fiha l-element verbali INTERTOPS u lanqas fuq it-talba ta' l-intervenjenti intiża sabiex jiġi inserit dokument fil-fajl.

    2) Tiċħad ir-rikors għall-bqija.

    3) Ir-rikorrenti għandha tbati l-ispejjeż kollha.

    Top