This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62002TJ0029
Judgment of the Court of First Instance (First Chamber, extended composition) of 15 March 2005.#Global Electronic Finance Management (GEF) SA v Commission of the European Communities.#Arbitration clause - Non-performance of contract - Counterclaim.#Case T-29/02.
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (l-Ewwel Awla Estiża) tal-15 ta' Marzu 2005.
Global Electronic Finance Management (GEF) SA vs il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej.
Klawżola ta' arbitraġġ - Ksur ta' kuntratt - Kontrotalba.
Kawża T-29/02.
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (l-Ewwel Awla Estiża) tal-15 ta' Marzu 2005.
Global Electronic Finance Management (GEF) SA vs il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej.
Klawżola ta' arbitraġġ - Ksur ta' kuntratt - Kontrotalba.
Kawża T-29/02.
ECLI identifier: ECLI:EU:T:2005:99
SENTENZA TAL-QORTI TAL-PRIM’ISTANZA (L-Ewwel Awla Estiża)
15 ta’ Marzu 2005
“Klawżola ta’ arbitraġġ – Ksur ta’ kuntratt – Kontrotalba”
Fil-kawża T-29/02,
Global Electronic Finance Management (GEF) SA, stabbilita fi Brussell (il-Belġju), irrappreżentata mis-Sinjuri E. Storme u A. Gobien, Avukati,
rikorrenti,
vs
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, irrappreżentata minn R. Lyal u C. Giolito, bħala aġenti, assistiti minn J. Stuyck, Avukat, b’indirizz għan-notifika fil-Lussemburgu,
konvenuta,
li gћandha bћala suġġett, minn naћa, talba bbażata fuq klawżola ta’ l-arbitraġġ skond l-Artikolu 238 KE, li permezz tagћha qed jintalab li l-Kummissjoni tiġi ordnata tћallas is-somma ta’ EUR 40 693 u sabiex toћroġ nota ta’ kreditu gћall-ammont ta’ EUR 273 516, u, min-naћa l-oћra, kontrotalba tal-Kummissjoni li biha din ta’ l-aћћar qed titlob li r-rikorrenti tiġi ordnata tirrimborżaha s-somma ta’ EUR 273 516, barra l-interessi gћad-dewmien bir-rata ta’ 7% fis-sena b’seћћ mill-1 ta’ Settembru 2001,
IL-QORTI TAL-PRIM’ISTANZA TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ (L-Ewwel Awla Estiża),
komposta minn B. Vesterdorf, President, M. Jaeger, P. Mengozzi, M. E. Martins Ribeiro u F. Dehousse, Imħallfin,
Reġistratur: J. Plingers, Amministratur
* Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-30 ta’ Marzu 2004,
tagħti l-preżenti
Sentenza
Il-kuntratt ikkontestat
1 Fil-21 ta’ Awwissu 1997 il-Komunità Ewropea, irrappreżentata mill-Kummissjoni, iffirmat kuntratt mal-kumpannija Global Electronic Finance Management SA, ir-rikorrenti (iktar ’il quddiem: “GEF”), li hija irrappreżentata mis-Sur Goldfinger, id-Direttur Ġenerali u l-amministrattur awtorizzat tagћha, liema kuntratt huwa intitolat “Esprit Network of Excellence Working Group – 26068 – Financial Issues Working Group Support (FIWG)” (iktar ’il quddiem il-“kuntratt”).
2 Dan il-kuntratt jidħol fil-kuntest tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/802/KE tat-23 ta’ Novembru 1994, li tistabbilixxi programm speċifiku ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni fil-qasam tat-tekonoloġija ta’ l-informazzjoni (1994-1998) (ĠU L 334, p. 24).
3 L-Anness III tad-Deċiżjoni 94/802 jistabbilixxi li l-programm ser jitwettaq permezz ta’ azzjonijiet indiretti, li fihom il-Komunità gћandha tipparteċipa finanzjarjament f’azzjonijiet ta’ riċerka u ta’ żvilupp teknoloġiku (R&D), inklużi wkoll azzjonijiet ta’ dimostrazzjoni li se jsiru minn terzi, jew minn istituti taċ-Ċentru Komuni għar-Riċerka (CCR) flimkien ma’ terzi.
4 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/763/KE tal-21 ta’ Novembru 1994, dwar ir-regoli ta’ parteċipazzjoni ta’ l-intrapriżi, taċ-ċentri ta’ riċerka u ta’ l-universitajiet fi programmi ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni tal-Komunità Ewropea (ĠU L 306, p. 8), tipprovdi, fl-Artikolu 6 tagћha, li l-proposti gћall-azzjonijiet ta’ R&D li jiġu magћżula gћandhom ikunu s-suġġett ta’ kuntratti konklużi bejn il-Komunità u l-parteċipanti fl-attività kkonċernata, li jippreċiżaw, b’mod partikolari, id-dispożizzjonijiet ta’ sorveljanza amministrattiva, finanzjarja u teknika relatati ma’ l-azzjoni.
5 Skond il-kuntratt, GEF, il-kumpannija ta’ konsulenza speċjalizzata fil-finanzi elettroniċi kellha tipprovdi assistenza u tamministra d-diversi ħidmiet u attivitajiet tal-Finanical Issues Working Group (iktar ’il quddiem: il-“FIWG”). Il-proġett assenjat lil dan ta’ l-aћћar, skond l-Artikolu 1(1) tal-kuntratt, ġie definit fl-Anness I tiegħu, intitolat “Anness Tekniku” (iktar ’il quddiem: l-“Anness Tekniku”). Skond l-Anness Tekniku, il-FIWG kien kompost minn rappreżentanti ta’ setturi differenti u kellu bħala gћan li jippromwovi l-iżvilupp u l-perfezzjonament tas-sistemi ta’ ћlas kif ukoll il-mekkaniżmi ta’ tranżazzjonijiet innovativi li jiggarantixxu b’suċċess l-iżvilupp tal-kummerċ elettroniku u tat-tranżazzjonijiet finanzjarji elettroniċi fl-Unjoni Ewropea.
6 Skond l-Artikolu 2(1) tal-kuntratt, il-perijodu tal-proġett kien ġie ffissat għal 24 xahar, b’seћћ mill-4 ta’ Lulju 1997, id-data tal-bidu tiegħu. Id-dispożizzjonijiet tal-kuntratt jinsabu fl-Artikoli 3 sa 5 tiegħu kif ukoll fl-Artikoli 12 sa 17 ta’ l-Anness II tiegћu, intitolat “Kundizzjonijiet Ġenerali” (iktar ’il quddiem: il-“kundizzjonijiet ġenerali”).
7 Fil-verżjoni tiegħu mehmuża mar-rikors, l-Anness Tekniku fih, fil-punt 7 tiegћu (p. 14 u 15), ћames tabelli, li erbgћa minnhom huma intitolati “Table 1. Human Resources Requirements per Task (in man/days)”, “Table 2. Cost estimates per Task (in ECU)”, “Table 3. Unit Costs Assumptions (in ECU)”, “Table 4. Total cost estimates per Task (in ECU)”, u l-ħames tabella tirrigwarda t-tqassim ta’ l-ispejjeż skond il-kategorija ta’ riżorsi. Dawn it-tabelli fihom stimi differenti ta’ spejjeż kif ukoll indikazzjoni ta’ riżorsi meћtieġa gћall-eżekuzzjoni tal-proġett.
8 Fil-verżjoni tiegħu li tinsab fl-Anness 3 gћar-risposti ta’ GEF gћall-mistoqsijiet tal-Qorti, l-Anness Tekniku fih, fil-punt 3.7, erba’ tabelli intitolati “Table 1. Human Resources Requirements per Task (in man/days)”, “Table 2. Cost estimates per Task (in ECU)”, “Table 4. Total cost estimates per Task (in ECU)” u “Table 5. Cost estimates per resource category (in ECU)”. Dawn iż-żewġ annessi tekniċi huma differenti peress li t-tieni wieћed fih paġni ġodda (p. 1, 3 sa 16 u 25), it-titoli ġew mogћtija numri differenti u fil-punt 3.7 ġiet inkluża t-Tabella 5, it-Tabella 3 tneħħiet, filwaqt li t-Tabelli 2 u 4 għandhom figuri differenti.
9 L-Artikolu 3(2) tal-kuntratt jipprovdi li l-Kummissjoni ser tikkontribwixxi gћal 100% ta’ l-ispejjeż rimborżabbli tal-proġett, sa limitu ta’ EKU 440 000. Dan jirrappreżenta, skond l-Artikolu 3(1) tal-kuntratt, l-istima ta’ l-ispiża totali tal-proġett.
10 Skond l-Artikolu 4 tal-kuntratt:
“Il-Kummissjoni gћandha tagћti l-kontribuzzjoni tagћha gћall-proġett f’EKU skond ir-regoli li ġejjin:
– Ħlas bil-quddiem ta’ EKU 165 000 (mija u ћamsa u sittin elf EKU) fix-xahrejn ta’ wara l-aћћar firma tal-partijiet kontraenti;
– Ħlas parzjali li kull wieћed ser jitћallas fix-xahrejn ta’ wara l-approvazzjoni tar-rapporti differenti tal-progress perjodiku tax-xogћlijiet kif ukoll tad-dikjarazzjoni ta’ l-ispejjeż ikkonċernati. Il-ħlas bil-quddiem u l-pagamenti parzjali akkumulati m’gћandhomx jaqbżu s-somma ta’ EKU 396 000 ta’ l-gћola kontribuzzjoni tal-Kummissjoni gћall-proġett;
– Il-bilanċ tal-kontribuzzjoni totali dovuta tagħha [somma li tlaћћaq EKU 44 000 (erbgћa u erbgћin elf EKU)] fix-xahrejn ta’ wara l-approvazzjoni ta’ l-aћћar rapport, dokument jew prestazzjoni oћra li jidħlu fil-kuntest tal-proġett previst fl-anness [tekniku] u tad-dikjarazzjoni ta’ l-ispejjeż gћall-aћћar perijodu, prevista fl-Artikolu 5(2)”.
11 L-Artikolu 5 tal-kuntratt jipprovdi li l-parti kontraenti gћandha tippreżenta tliet dikjarazzjonijiet ta’ l-ispejjeż iffirmati, kull sitt xhur mid-data tal-bidu tal-proġett, u li d-dikjarazzjoni ta’ l-ispejjeż gћall-aћћar perijodu għandha tiġi ppeżentata mhux aktar tard minn tliet xhur wara l-approvazzjoni ta’ l-aћћar rapport, dokument jew prestazzjoni oћra li tidħol fil-kuntest tal-proġett, peress li l-ebda spiża ma tista’ tagħti lok għal ħlas wara l-imsemmija approvazzjoni.
12 It-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 6 tal-kuntratt jipprovedi li kull sitt xhur, mid-data tal-bidu tal-proġett, gћandhom jiġu ppreżentati r-rapporti regolari tal-progress tax-xogћol.
13 L-Artikolu 9 tal-kundizzjonijiet ġenerali jipprovdi, b’mod partikolari, ir-regoli dwar il-preżentazzjoni, mill-parti kontraenti, tar-rapporti dwar il-progress perjodiku u tar-rapport finali.
14 Skond l-Artikolu 12(1) tal-kundizzjonijiet ġenerali, “[l-]ispejjeż eliġibbli li jistgħu jiġu rimborżati huma l-ispejjeż reali definiti fl-Artikolu 13 [ta’ dawn ta’ l-aћћar] li huma meћtieġa gћall-proġett, li jistgћu jiġu ġġustifikati u li saru matul il-perijodu speċifikat fl-Artikolu 2(1) tal-kuntratt (…)”.
15 Skond l-Artikolu 12(2) tal-kundizzjonijiet ġenerali, “[l-]ispejjeż stmati gћax-xogħol skond il-kategorija huma biss indikattivi. Il-membri jistgћu jittrasferixxu l-l-baġit kif stmat minn kategorija għall-oħra, bil-kundizzjoni li l-gћan tal-proġett ma jinbidilx b’mod fundamentali”.
16 L-Artikolu 13 tal-kundizzjonijiet ġenerali jinkludi d-dispożizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw l-ispejjeż rigward l-intestaturi “impjegati” (Artikolu 13(1)), “spejjeż ta’ netwerking” (Artikolu 13(2)), “spejjeż oћra” (Artikolu 13(3)), “spejjeż speċifiċi sinjifikanti” (Artikolu 13(4)) u “spejjeż ġenerali” (Artikolu 13(5)).
17 Skond it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 13(1) tal-kundizzjonijiet ġenerali:
“Is-sigħat ta’ xogћol kollha ta’ l-impjegati ddikjarati għandhom jiġu rreġistrati u ċċertifikati. Din l-eżiġenza ser tiġi sodisfatta, mill-inqas, permezz tar-reġistrazzjoni tax-xogħol iċċertifikat għall-anqas darba fix-xahar mill-persuna responsabbli mill-proġett jew minn uffiċjal eżekuttiv ta’ l-impriża kontraenti debitament awtorizzat”.
18 L-Artikolu 13(3), dwar il-kundizzjonijiet ġenerali jipprovdi b’mod partikolari dan li ġej:
“L-ispejjeż ta’ natura oћra li ġejjin, sostnuti mill-parti kontraenti, jistgħu jiġu ddikjarati safejn dawn iwasslu għall-eżekuzzjoni tal-proġett:
– spejjeż relatati ma’ servizzi u installazzjonijiet tekniċi esterni (bil-kundizzjoni li l-Kummissjoni tkun tat l-awtorizzazzjoni tagħha minn qabel);
– (…)
– pubblikazzjonijiet, inklużi newsletters, li jkollhom l-gћan li jxerrdu l-informazzjoni dwar ix-xogћol imwettaq fil-kuntest tal-proġett”.
19 Skond l-Artikolu 13(4) tal-kundizzjonijiet ġenerali, “[l-]ispejjeż speċifiċi sinjifikanti – sostnuti mill-parti kontraenti - jistgћu jiġu ddikjarati bil-kundizzjoni li l-Kummissjoni tkun tat minn qabel l-awtorizzazzjoni tagћha bil-miktub (din l-awtorizzazzjoni hija kkunsidrata bћala aċċettata jekk lista ta’ l-ispejjeż tkun ġiet prevista fl-Anness [Tekniku] tal-kuntratt, jew jekk il-Kummissjoni ma tqajjem ebda oġġezzjoni fi żmien xahrejn minn wara li tkun irċeviet it-talba bil-miktub)”.
20 L-Artikolu 13(5) tal-kundizzjonijiet ġenerali jipprovdi:
“Kontribuzzjoni massima ta’ 20% ta’ l-ispejjeż ta’ l-impjegati li jistgħu jitħallsu lura speċifikati fl-Artikolu 13(1) (…) jistgħu jiġu ddikjarati, gћall-ispejjeż ġenerali li jikkonċernaw ix-xogħol imwettaq fil-kuntest tal-proġett, li jinkludu spejjeż relatati ma’ l-impjegati tat-taqsima amministrattiva u tas-segretarjat mhux professjonali, tat-telefon, tat-tisћin, tad-dawl, ta’ l-elettriku, tas-servizzi tal-posta, ta’ l-imejl, tal-kartolerija, eċċ. L-ispejjeż ġenerali li jistgħu jiġu mdaħħla direttament skond l-Artikoli 13(1) u 13(4) (…) kif ukoll l-ispejjeż rimborżati minn partijiet terzi ma jistgħux jiġu ddikjarati bħala spejjeż ġenerali”.
21 L-Artikolu 15(1) tal-kundizzjonijiet ġenerali jippreċiża:
“Il-parti kontraenti gћandha żżomm, b’mod regolari u skond il-prinċipji normali ta’ kontabbiltà ta’ l-Istat li din hija stabbilita, il-kotba tal-kontabbiltà u d-dokumenti xierqa li jikkorroboraw u jiġġustifikaw l-ispejjeż u ż-żmien mogħtija. Dawn id-dokumenti ser ikunu disponibbli matul verifika”.
22 L-Artikolu 16(2) u (3) tal-kundizzjonijiet ġenerali huwa miktub kif ġej:
“16(2) Bla preġudizzju gћall-Artikolu 17 ta’ dan l-Anness [Verifika], kwalunkwe ћlas gћandu jiġi kkunsidrat bћala ħlas minn qabel sa ma jiġu approvati l-prestazzjonijiet l-oħra li jidħlu fil-kuntest tal-proġett jew, fin-nuqqas ta’ dan, sa ma jiġi approvat ir-rapport finali.
16(3) F’każ li l-gћajnuna finanzjarja totali dovuta gћall-proġett, anke wara kwalunkwe verifika, tkun inqas mill-pagamenti li kienu saru gћall-proġett stess, il-partijiet kontraenti gћandhom iћallsu lura minnufih id-differenza lill-Kummissjoni f’EKU”.
23 L-Artikolu 17(1) tal-kundizzjonijiet ġenerali jistabbilixxi li “[l-]Kummissjoni, jew persuni awtorizzati minnha, jistgћu jipproċedu għal verifiki matul il-perijodu ta’ sentejn wara d-data ta’ l-aћћar ћlas dovut mill-Kummissjoni jew fit-tmiem tal-kuntratt (…)”.
24 Fl-aћћar nett, skond l-Artikolu 10 tiegћu, il-kuntratt huwa suġġett gћad-dritt Belġjan u, skond l-Artikolu 7 tal-kundizzjonijiet ġenerali tiegћu, il-kwistjonijiet li gћandhom x’jaqsmu miegћu jaqgћu taћt il-kompetenza eżklużiva tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunità Ewropea u, f’każ ta’ appell, tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej.
Il-fatti li wasslu gћall-kawża
25 Fit-12 ta’ Settembru 1997, skond l-Artikolu 4 tal-kuntratt, il-Kummissjoni ћallset lil GEF ħlas bil-quddiem ta’ EKU 165 000.
26 GEF sussegwentement ippreżentat lill-Kummissjoni erba’ rapporti dwar il-progress perjodiku tax-xogћol kif ukoll erba’ dikjarazzjonijiet ta’ l-ispejjeż li kienu jikkorrispondu gћal erba’ perijodi bejn l-4 ta’ Lulju 1997, id-data tal-bidu tal-proġett, u t-3 ta’ Lulju 1999, id-data tat-tmiem ta’ dan.
27 Qabel il-preżentazzjoni tar-raba’ dikjarazzjoni ta’ l-ispejjeż li tikkonċerna r-raba’ perijodu tal-kuntratt li kien mill-4 ta’ Jannar 1999 sat-3 ta’ Lulju 1999 (iktar ’il quddiem: ir-“raba’ perijodu”), bejn it-18 u l-21 ta’ Ġunju 1999 il-Kummissjoni gћamlet verifika finanzjarja gћat-tliet perijodi ta’ qabel, bejn l-4 ta’ Lulju 1997 u t-3 ta’ Jannar 1999.
A – L-ewwel dikjarazzjoni ta’ l-ispejjeż gћall-perijodu bejn l-4 ta’ Lulju 1997 u t-3 ta’ Jannar 1998
28 Fit-3 ta’ Marzu 1998 GEF bagћtet lill-Kummissjoni l-ewwel dikjarazzjoni ta’ l-ispejjeż tagћha gћall-perijodu kuntrattwali bejn l-4 ta’ Lulju 1997 u t-3 ta’ Jannar 1998 (iktar ’il quddiem: l-“ewwel perijodu”), li kienet turi s-somma totali ta’ EKU 111,193, li minnhom EKU 25,249 kienu jikkorrispondu għall-ispejjeż ġenerali tagћha.
29 B’ittra tad-19 ta’ Marzu 1998, intitolata “Payment request submission for period 4-Jul-97 to 3-Jan-98” (iktar ’il quddiem: “l-ittra ta’ l-approvazzjoni ta’ l-ispejjeż gћall-ewwel perijodu”), il-Kummissjoni ddeċidiet li tћallas parti mill-ispejjeż iddikjarati minn GEF, sa limitu ta’ EKU 101 432, filwaqt li rrifjutat li tћallas il-parti ta’ l-ispejjeż ġenerali li taqbeż l-20% ta’ l-ispejjeż relatati ma’ l-impjegati rimborżabbli, skond l-Artikolu 13(5) tal-kundizzjonijiet ġenerali. Konsegwentement, abbażi ta’ din l-intestatura, hija ћallset lil GEF is-somma ta’ EKU 15 488, minflok EKU 25 249 li kienu ġew mitluba.
30 F’din l-ittra, il-Kummissjoni indikat li “[l-]ispejjeż iddikjarati (jew inkella dawk immodifikati minna) [kienu] ġew ivverifikati u ġew ikkunsidrati bћala konformi mar-rapport tal-progress perjodiku kif ukoll mal-kuntratt (ara l-parti D ta’ l-Anness II), bla ħsara għal verifika, gћal aġġustament wara kalkolu ġdid jew wara l-verifika u l-aċċettazzjoni tar-rati tas-salarji”.
B – It-tieni dikjarazzjoni ta’ l-ispejjeż gћall-perijodu bejn l-4 ta’ Jannar 1998 sat-3 ta’ Lulju 1998
31 Fis-6 ta’ Ottubru 1998 GEF ippreżentat it-tieni dikjarazzjoni ta’ l-ispejjeż tagћha gћall-perijodu kuntrattwali bejn l-4 ta’ Jannar 1998 sat-3 ta’ Lulju 1998 (iktar ’il quddiem: it-“tieni perijodu”). L-ammont ta’ l-ispejjeż iddikjarati minn GRF gћal dan il-perijodu għola għal EKU 107 017, li minn dawn EKU 3 818 kienu jikkorrispondu gћall-intestatura “spejjeż oћra”.
32 Bl-ittra ta’ l-14 ta’ Diċembru 1998, li kienet intitolata “Payment request submission for period 4-Jan-98 to 3-Jul-98” (iktar ’il quddiem: “l-ittra ta’ l-aċċettazzjoni ta’ l-ispejjeż gћat-tieni perijodu”), il-Kummissjoni ddeċidiet li tћallas parti mill-ispejjeż iddikjarati minn GEF, sa limitu ta’ EKU 103 228, filwaqt li rrifjutat milli tћallas is-somma ta’ EKU 3 818, li kienet tikkorrispondi gћall-intestatura “spejjeż oћra”, minħabba li dawn l-ispejjeż kienu diġà inklużi fl-“ispejjeż ġenerali”. Din l-ittra kien fiha passaġġ bħal dak iċċitat fil-punt 30 aktar ’il fuq.
C – It-tielet dikjarazzjoni ta’ l-ispejjeż gћall-perijodu bejn l-4 ta’ Lulju 1998 sat-3 ta’ Jannar 1999
33 Fit-3 ta’ Ġunju 1999 GEF ippreżentat lill-Kummissjoni t-tielet dikjarazzjoni ta’ l-ispejjeż tagћha gћall-perijodu kuntrattwali bejn l-4 ta’ Lulju 1998 u t-3 ta’ Jannar 1999 (iktar ’il quddiem: it-“tielet perijodu”), li turi l-ammont ta’ EUR 104 098 – l-ammont ta’ l-ispejjeż ġie maqlub f’EUR skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1103/97 tas-17 ta’ Ġunju 1997 dwar ċerti dispożizzjonijiet li jirrigwardaw l-introduzzjoni ta’ l-Euro (ĠU L 162, p. 1), li jistabbilixxi li l-EKU gћandu jinbidel f’Euro mill-1 ta’ Jannar 1999 bir-rata ta’ 1 Euro gћal kull 1 EKU.
34 B’ittra tas-27 ta’ Lulju 1999, intitolata “Payment request submission for period 4-Jul-98 to 3-Jan-99” (iktar ’il quddiem: “l-ittra ta’ aċċettazzjoni ta’ l-ispejjeż gћat-tielet perijodu”), il-Kummissjoni approvat l-ispejjeż iddikjarati minn GEF sa limitu ta’ EUR 96 214, filwaqt li rrifjutat li tћallas is-somma ta’ EUR 7 884, li kienet tikkorrispondi gћall-ammont totali ta’ l-intestatura “spejjeż oћra”, minħabba li dawn l-ispejjeż kienu diġà ġew inklużi taћt l-intestatura “spejjeż ġenerali”.
35 B’din l-istess ittra, il-Kummissjoni, sabiex tirrispetta l-limitu ta’ EUR 396,000 previst fl-Artikolu 4 tal-kuntratt – GEF kienet irċeviet EUR 165,000 bћala ħlas bil-quddiem + EUR 101,432 gћall-ewwel perijodu + EUR 103,228 gћat-tieni perijodu = EUR 369,660 – iddeċidiet li tћallas ammont parzjali li kien inqas minn dak ta’ l-ispejjeż aċċettati minnha stess, jiġifieri EUR 26,340 minflok EUR 96,214 (EUR 396,000 - EUR 369,660 = EUR 26,340). Barra minn hekk, din l-ittra kien fiha l-istess passaġġ bħal dak iċċitat fil-punt 30 aktar ’il fuq.
D – Il-verifika finanzjarja
36 Fit-18 u l-21 ta’ Ġunju 1999 il-Kummissjoni gћamlet verifika finanzjarja dwar l-ewwel tliet perijodi tal-kuntratt.
37 B’ittra tad-9 ta’ Lulju 1999, il-Kummissjoni talbet lil GEF biex tgћaddilha informazzjoni addizzjonali dwar ir-rimunerazzjoni tal-persuna responsabbli mill-proġett, is-Sur Goldfinger. B’ittra tat-30 ta’ Lulju 1999, GEF bagћtet lill-Kummissjoni dokumenti kif ukoll l-ispjegazzjonijiet dwar ir-rimunerazzjoni tas-Sur Goldfinger, kif ukoll ċerti dettalji fiskali u tas-sigurtà soċjali.
38 B’ittra tat-12 ta’ Ottubru 1999, il-Kummissjoni bagћtet lil GEF ir-rapport finali ta’ l-evalwazzjoni teknika tal-proġett, li jġib id-data tal-21 ta’ Settembru 1999.
39 B’ittra tal-21 ta’ Diċembru 1999, il-Kummissjoni bagћtet lil GEF l-abbozz ta’ rapport dwar il-verifika finanzjarja. F’dan l-abbozz ta’ rapport, il-Kummissjoni kkonkludiet li GEF kienet talbet ammont eċċessiv totali ta’ EUR 228,713, li kien jirrappreżenta 245% ta’ l-ammont totali ta’ l-ispejjeż approvati, li dan ta’ l-aћћar kien jilħaq is-somma ta’ EUR 93 334.
40 B’faks tal-31 ta’ Jannar 2000, GEF infurmat lill-Kummissjoni dwar in-nuqqas ta’ qbil tagћha dwar il-kontenut ta’ l-abbozz tar-rapport ta’ verifika, ippreżentat l-oġġezzjonijiet tagћha u hemżet magћhom l-analiżi li saret mis-Sur Pirenne, il-konsulent fiskali u l-espert kontabilist tagћha (minn hawn ’il quddiem: l-“ittra tas-Sur Pirenne tal-31 ta’ Jannar 2000”).
41 B’ittra ta’ l-20 ta’ Marzu 2000 il-Kummissjoni ċaћdet l-oġġezzjonijiet ta’ GEF u pproponiet evalwazzjoni teknika speċifika (iktar ’il quddiem: it-“tieni evalwazzjoni teknika”) sabiex tistabbilixxi n-numru eżatt ta’ sigħat li setgћu jiġu attribwiti b’mod raġonevoli gћal kull wieћed mid-dmirijiet eżegwiti skond l-anness tekniku. It-tieni evalwazzjoni teknika saret fl-24 ta’ Mejju 2000. Kopja tar-rapport ta’ din l-evalwazzjoni ntbagћtet lil GEF fis-27 ta’ Ottubru 2000, b’risposta gћat-talba tagћha tat-18 ta’ Ottubru 2000.
42 B’ittra tat-18 ta’ Lulju 2000, il-Kummissjoni bagћtet lil GEF ir-rapport ta’ verifika finali, li jġib id-data tat-28 ta’ Ġunju 2000. F’dan ir-rapport, il-Kummissjoni kkonkludiet li gћall-perijodu suġġett għal verifika, bejn l-4 ta’ Lulju 1997 u l-4 ta’ Jannar 1999, GEF kienet talbet ammont eċċessiv ta’ EUR 253 823, li kien jikkorrispondi gћal 372% ta’ l-ammont totali ta’ spejjeż approvati, li kien jilħaq is-somma ta’ EUR 68 224.
43 Il-konklużjoni li kienu waslu gћaliha l-awdituri fir-rapport finali tat-28 ta’ Ġunju 2000 kienet ibbażata, b’mod partikolari, fuq il-konstatazzjonijiet li ġejjin:
“[GEF] ma rreġistrax il-ћinijiet tax-xogћol ta’ l-impjegati tagћha. Din il-prattika tmur kontra l-Artikolu 13.1.2 [tal-kundizzjonijiet ġenerali] tal-kuntratt.
Is-Sur Goldfinger ammetta li fil-fatt GEF ma kienet iżżomm l-ebda skeda ta’ attendenza ta’ l-impjegati. Matul il-verifika, is-Sur Goldfinger kien gћamel stima tas-sigħat ta’ xogћol fuq il-bażi ta’ l-aġenda ta’ l-uffiċju u tal-kuntratti ta’ l-impjieg. Aħna kkonstatajna li din l-aġenda ta’ l-uffiċju ma kien fiha l-ebda dikjarazzjoni tas-sigħat ta’ xogћol. Gћalhekk, aħna ma stajniex naċċettaw is-sigħat li ġew attribwiti gћall-proġett KE. Barra minn hekk, l-iskedi ta’ attendenza ta’ l-impjegati ppreparati mis-Sur Goldfinger ma kinux korretti gћar-raġunijiet li ġejjin: il-proġett kien inbeda fl-4 ta’ Lulju 1997 u mhux fl-1 ta’ Lulju 1997 u l-202 siegћa ddikjarati gћall-ispeċjalista ta’ l-informazzjoni f’Lulju ta’ l-1997 u f’Ottubru ta’ l-1997 ma kinux korretti, peress li din il-persuna kienet bdiet taħdem ma’ GEF fit-3 ta’ Novembru 1997.
L-analiżi tar-rapport fatturat/spejjeż ta’ l-impjegati fil-karti tal-bilanċ, imqabbla ma’ dawk li ġew allegati fid-dikjarazzjoni ta’ l-ispejjeż, tippermetti li jiġi stabbilit dan li ġej (ammonti f’BEF):
|
1996/1997 |
1997/1998 |
Salarju tas-Sur Goldfinger |
2 791 211 |
4 119 153 |
Salarji tal-ћaddiema |
2 711 775 |
4 599 788 |
Total ta’ l-ispejjeż ta’ l-impjegati fil-bilanċi finanzjarji |
5 502 986 |
8 718 941 |
L-ispejjeż ta’ l-impjegati mitluba fil-kuntest tal-proġett KEE (l-ewwel żewġ perijodi) |
0 |
6 428 877 |
Spejjeż ta’ l-impjegati gћall-proġetti mhux tal-KE |
5 502 986 |
2 290 064 |
Il-fatturat fil-bilanċi finanzjarji |
13 208 003 |
15 556 779 |
Gћat-tnaqqis: il-proġett KE (skond il-kontijiet tal-klijent) |
6 656 100 |
9 397 877 |
Il-fatturat ta’ proġetti mhux tal-KE |
6 551 903 |
6 158 902 |
Jirriżulta li matul is-sena fiskali 1996/1997 kien sar fatturat ta’ 6,5 miljun [Frank Belġjan] (BEF), b’nefqa li tikkonċerna l-impjegati għal ammonta ta’ 5.5 miljun Frank Belġjan (proporzjon ta’ 1.19). Matul is-sena fiskali ta’ l-1997/1998 sar fatturat prattikament identiku (6.2 miljun Frank Belġjan), b’nefqa li tikkonċerna l-impjegati ta’ 2.3 miljun Frank Belġjan (proporzjon ta’ 2,69). Dan jindika li l-ispejjeż ta’ l-impjegati li ġew fatturati lill-Kummissjoni huma serjament sopravalutati.
In-numru ta’ ġranet ta’ xogћol/impjegat previst gћall-proġett fil-punt 3.7 ta’ l-anness tekniku huwa ta’ 447, jew 3,576 siegћa. Dan jindika medja ta’ 894 siegћa kull sitt xhur. Aħna kkonstatajna li n-numru totali ta’ sigħat allegat gћall-ewwel żewġ sitt xhur kien rispettivament ta’ 2,827 u ta’ 2,878 siegћa, jiġifieri aktar minn 300% ta’ dak previst.
Fin-nuqqas ta’ l-iskedi ta’ attendenza ta’ l-impjegati, aħna ma stajniex nevalwaw in-numru ta’ sigħat li jistgħu jiġu allokati gћall-proġett KE. F’dan l-abbozz tar-rapport ta’ verifika, in-numru ta’ sigħat li ġew approvati kien ibbażat fuq in-numru ta’ sigħat previsti, peress li lanqas r-rapport finali ta’ evalwazzjoni teknika tal-21 ta’ Settembru 1999 ma pprovda dikazzjoni dwar in-numru ta’ sigћat (…).
Gћalhekk ġie deċiż u miftiehem ma’ GEF li kienet meћtieġa evalwazzjoni teknika ġdida sabiex jiġi stabbilit in-numru eżatt ta’ sigħat li setgħu jiġu raġonevolment attribwiti gћal kull attività li tkun saret b’mod konformi ma’ l-Anness Tekniku tal-kuntratt.
It-tieni evalwazzjoni teknika saret fl-24 ta’ Mejju 2000. Ir-riżultat ta’ din kien li, gћall-perijodu kollu tal-kuntratt, jiġifieri bejn l-4 ta’ Lulju 1997 u l-4 ta’ Lulju 1999, setgћu jiġu approvati 303 ġurnata xogћol/impjegat, jew 2,420 siegћa.
Abbażi tar-riżultat ta’ din it-tieni evalwazzjoni teknika, aħna kkalklulajna l-ispejjeż ta’ l-impjegati li setgħu jiġu aċċettati gћall-perijodu li ġie vverifikat, jiġifieri mill-4 ta’ Lulju 1997 sa l-4 ta’ Jannar 1999. Dawn il-kalkoli huma bbażati fuq in-numru totali ta’ sigħat gћall-perijodu kollu tal-kuntratt, li fit-tieni evalwazzjoni teknika ġie aċċettat (2,420 sigħat) u maqsum f’erba’ partijiet sabiex jinkiseb in-numru ta’ sigħat/impjegat gћal kull sitt xhur (605 siegћa).
Gћalkemm aħna nirrikonoxxu li t-tqassim tan-numru skond kull sitt xhur tan-numru totali ta’ ġranet ta’ xogћol/impjegat aċċettat jista’ ma jikkorrispondix max-xogћol li jkun realment sar matul kull perijodu ta’ sitt xhur, aħna nsostnu li dan il-metodu huwa raġonevoli. Minbarra dan, il-verifika tal-kontijiet uriet li l-ispejjeż ta’ kull siegħa li jikkonċernaw lill-impjegati ma jvarjax b’mod sinjifikanti minn perijodu ta’ sitt xhur gћall-ieћor.
(…)”.
44 B’ittra ta’ l-14 ta’ Novembru 2000, GEF bagћtet lill-Kummissjoni kopja ta’ l-iskedi ta’ attendenza ta’ l-impjegati magħmula mis-Sur Goldfinger, kif ukoll dokumenti intenzjonati li juru li, kontra l-konstatazzjonijiet ta’ l-awdituri fir-rapport ta’ verifika finali, GEF kellha skedi ta’ attendenza għall-impjegati tagћha.
45 B’ittra tat-22 ta’ Novembru 2000, il-Kummissjoni kkonfermat li kienet irċeviet l-imsemmija dokumenti u infurmat lil GEF dwar it-trażmissjoni ta’ fajl dwar il-verifika tal-kontijiet lis-Sinjura De Graef, sabiex kull korrispondenza oћra fil-futur tintbagħat lilha.
46 B’ittra ta’ l-14 ta’ Diċembru 2000, li ġġib in-Nru 502667, dwar it-tielet perijodu, il-Kummissjoni infurmat lil GEF dwar l-iskeda ta’ l-ispejjeż approvati gћall-ewwel tliet perijodi tal-kuntratt, riveduta mill-ġdid fid-dawl tar-rapport ta’ verifika finali, kif ukoll dwar dikjarazzjoni ta’ l-ispejjeż ikkonsolidata, li tieħu in kunsiderzzjoni ta’ l-imsemmija reviżjoni, li minnhom jirriżulta li l-Kummissjoni kienet ħallset, fir-rigward ta’ dawn il-perijodi, EUR 208 602 żejda lil GEF.
47 B’ittra tal-21 ta’ Diċembru 2000, indirizzata lis-Sinjura De Graef, GEF talbet li ssir laqgћa sabiex tiftaħ diskussjoni mal-Kummissjoni b’mod partikolari dwar il-kontenut tar-rapport tat-tieni evalwazzjoni teknika, kif ukoll ir-rapport ta’ verifika finali.
E – Ir-raba’ dikjarazzjoni ta’ l-ispejjeż gћall-perijodu bejn l-4 ta’ Jannar 1999 sat-3 ta’ Lulju 1999
48 Fit-2 ta’ Diċembru 1999 GEF ippreżentat lill-Kummissjoni r-raba’ dikjarazzjoni ta’ l-ispejjeż tagћha gћar-raba’ perijodu, għal ammont ta’ EUR 148 148.01.
49 B’ittra tat-3 ta’ Lulju 2000, il-Kummissjoni talbet lil GEF informazzjoni supplementari dwar l-intestaturi “spejjeż ta’ netwerk” u “spejjeż oћra”, u ppreżentat osservazzjonijiet dwar l-ispejjeż li skond il-kuntratt mhumiex rimborżabbli.
50 B’ittra tal-31 ta’ Lulju 2000 GEF ippreżentat lill-Kummissjoni, b’kunsiderazzjoni tal-kummenti diġà magħmula minnha, verżjoni emendata dwar ir-raba’ dikjarazzjoni ta’ l-ispejjeż tagћha, b’ammont ta’ EUR 135 819.48, kif ukoll id-dokumentazzjoni relatata ma’ l-intestaturi “spejjeż ta’ netwerk” u “spejjeż oћra”.
51 B’ittra ta’ l-14 ta’ Diċembru 2000, li ġġib in-Nru 502668 u intitolata “Payment request submission for period 4-Jan-99 to 3-Jul-99” (iktar ’il quddiem: “l-ittra ta’ approvazzjoni ta’ l-ispejjeż gћar-raba’ perijodu”), il-Kummissjoni approvat l-ispejjeż iddikjarati minn GEF sa limitu ta’ EUR 30 212. L-ispejjeż ta’ GEF li ġew miċћuda mill-Kummissjoni kienu jikkonċernaw parti mill-intestatura ta’ l-“impjegati impjegati”, jiġifieri EUR 83 805, parti mill-intestatura “ispejjeż ta’ netwerking”, jiġifieri EUR 3 404, parti mill-intestatura “spejjeż oћra”, jiġifieri EUR 1 608, kif ukoll parti mill-intestatura “spejjeż ġenerali”, jiġifieri EUR 16 790. Il-Kummissjoni indikat li r-rifjut ta’ parti mill-intestaturi ta’ l-“impjegati” u ta’ l-“ispejjeż ġenerali” kien dovut minћabba l-fatt li, fid-dawl tar-riżultati tal-verifika tal-kontijiet, hija kienet limitat is-sigħat ta’ xogћol gћal 605 u kienet użat ir-rati ta’ xogħol li rriżultaw mill-verifika tal-kontijiet. Rigward l-intestaturi “spejjeż ta’ netwerking” u “spejjeż oћra”, il-Kummissjoni ddikjarat li r-rifjut parzjali ta’ ċerti spejjeż kien dovut għall-fatt li dawn ta’ l-aћћar ma kinux korroborati b’fattura. Il-Kummissjoni żiedet li, f’din il-fażi, ebda pagament ma seta’ jiġi ordnat, peress li l-ammont massimu previst fil-kuntratt kien diġà ntlaћaq. Barra minn hekk, din l-ittra kellha l-istess passaġġ bħal dak imsemmi fil-punt 30 ta’ din is-sentenza.
52 B’din l-istess ittra ta’ l-14 ta’ Diċembru 2000, li ġġib in-Nru 502668, il-Kummissjoni bagћtet ukoll lil GEF dikjarazzjoni ta’ l-ispejjeż ikkonsolidata għall-perijodu kollu kopert mill-kuntratt (mill-4 ta’ Lulju 1997 sat-3 ta’ Lulju 1999).
F – It-talba gћar-rimborż tal-Kummissjoni: in-nota ta’ debitu tal-11 ta’ Lulju 2001
53 B’ ittra ta’ l-24 ta’ Jannar 2001, il-Kummissjoni bagћtet lil GEF dikjarazzjoni ta’ l-ispejjeż kkonsolidata gћall-perijodu totali tal-kuntratt, li hija identika gћal dik mehmuża ma’ l-ittra tagћha ta’ l-14 ta’ Diċembru 2000, li ġġib in-Nru 502668, imsemmija iktar ’il fuq. Minn dan id-dokument jirriżulta li, skond il-Kummissjoni, GEF kienet tћallset l-ammont żejjed ta’ EUR 273 516, li jikkorrispondi ma’ l-ammont totali ta’ spejjeż li ġew imћallsa mill-Kummissjoni lil GEF, bit-tnaqqis ta’ l-ammont ta’ l-ispejjeż approvat mill-Kummissjoni (jiġifieri 396 000 - 122 484).
54 B’ittra tat-2 ta’ Frar 2001, il-Kummissjoni infurmat lill-konsulet legali tal-GEF, minn naћa, dwar il-ftuћ mill-Uffiċċju Ewropew gћall-Ġlieda Kontra l-Frodi (OLAF) ta’ inkjesta li tirrigwarda l-FIWG u, min-naћa l-oћra, dwar il-fatt li kienet ser issir laqgħa magħha sabiex jiġu eżaminati u diskussi l-kwistjonijiet li jirriżultaw mir-rapporti ta’ verifika finali li saru mid-Direttorat Ġenerali (DĠ) “Soċjetà ta’ l-informazzjoni”, kif ukoll il-punti mqajma fl-ittra tagћha tal-21 ta’ Diċembru 2000, iċċitata fil-punt 47 aktar ’il fuq, safejn dawn huma rilevanti gћall-inkjesta tal-Kummissjoni.
55 B’risposta gћaż-żewġ ittri tal-Kummissjoni ta’ l-24 ta’ Jannar u tat-2 ta’ Frar 2001, iċċitati iktar ’il fuq, GEF, b’żewġ ittri ta’ l-21 ta’ Frar 2001 u indirizzati rispettivament lis-Sur Lefebvre tad-DĠ “Is-Soċjetà ta’ l-Informazzjoni” u lis-Sur Brüner ta’ l-OLAF, infurmat lill-Kummissjoni dwar in-nuqqas ta’ qbil tagћha fir-rigward tad-dikjarazzjoni ta’ l-ispejjeż ikkonsolidata finali, safejn din kienet ibbażata fuq ir-riżultati tar-rapporti ta’ verifika, diġà kkontestati qabel. GEF irrepetiet ukoll it-talba tagћha tal-21 ta’ Diċembru 2000, sabiex issir laqgћa mar-rappreżentanti tal-Kummissjoni.
56 B’ittra tat-12 ta’ Marzu 2001, il-Kummissjoni infurmat lil GEF li din kienet segwiet ir-riżultati tar-rapport ta’ verifika, b’tali mod li kull rikors ieħor kellu jiġi indirizzat direttament lid-dipartiment ta’ verifika.
57 B’ittra tad-19 ta’ Marzu 2001, GEF ikkonfermat lis-Sinjura De Graef li hija kellha tinforma lid-dipartiment ta’ verifika li diskussjoni kienet għaddejja għal dak li jikkonċerna l-kuntratt in kwistjoni.
58 Fil-11 ta’ Lulju 2001 il-Kummissjoni bagћtet lil GEF nota ta’ debitu li permezz tagħha hija ordnat ir-rimborż tas-somma ta’ EUR 273 516.
59 B’ittra tal-25 ta’ Lulju 2001, indirizzata lis-Sur Lefebvre, GEF ikkontestat formalment din in-nota ta’ debitu tal-Kummissjoni, minħabba l-fatt li ma kienx intlaħaq ftehim ma’ din ta’ l-aћћar dwar ir-rapport ta’ verifika finali tal-proġett. Barra minn hekk din talbet lill-Kummissjoni sabiex tissospendi l-proċedura tar-rimborż sakemm isiru l-laqgћat mar-rappreżentanti awtorizzati tagħha.
60 B’ittra tas-26 ta’ Lulju 2001, indirizzata lis-Sinjura De Graef, il-konsulent legali ta’ GEF ikkonferma l-pożizzjoni meħuda mill-klijent tiegћu u fakkar in-nuqqas ta’ qbil ċar tagħha dwar ir-rapporti ta’ verifika kif ġie spjegat fil-korrispondenza preċedenti tagħha (b’mod partikolari fl-ittri indirizzati lill-Kummissjoni fl-14 ta’ Novembru u fil-21 ta’ Diċembru 2000), kif ukoll il-fatt li, kontra dak li l-Kummissjoni kienet affermet fl-ittra tagћha tat-2 ta’ Frar 2001, GEF ma kienet irċeviet l-ebda stedina sabiex tieћu sehem f’diskussjoni dwar ċerti punti li hija kienet qajmet.
61 B’ittra tad-9 ta’ Awwissu 2001 il-konsulent legali ta’ GEF informa lill-Kummissjoni li, peress li din ma kinitx żammet il-wegħda formali tagћha li torganizza laqgћa sabiex tinstab soluzzjoni sodisfaċenti għal kulħadd dwar il-kontabbiltà tal-proġett, il-klijenta tiegħu kienet ser tressaq rikors quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza abbażi tal-klawżola ta’ arbitraġġ prevista fil-kuntratt.
Il-proċedura
62 B’att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti tal-Prim’Istanza fit-13 ta’ Frar 2002, GEF ressqet dan ir-rikors.
63 Fir-risposta tagћha, li ġiet ippreżentata fir-Reġistru tal-Qorti tal-Prim’Istanza fit-13 ta’ Mejju 2002, il-Kummissjoni ppreżentat kontrotalba.
64 Fil-kuntest tal-miżuri ta’ l-organizzazzjoni tal-proċedura previsti fl-Artikolu 64(3)(a) u (d), tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti u fuq ir-Rapport ta’ l-Imћallef relatur, il-Qorti tal-Prim’Istanza (L-Ewwel Awla) iddeċidiet, fis-seduta tal-11 ta’ Novembru 2003, li tagћmel ċerti domandi bil-miktub u li titlob lill-partijiet sabiex jippreżentaw ċerti dokumenti. Dawn ta’ l-aћћar irrispondew gћad-domandi u ppreżentaw id-dokumenti li ġew mitluba fit-terminu ta’ żmien stabbilit.
65 Skond l-Artikolu 14(1) u (3), u l-Artikolu 51(1), tar-Regoli tal-Proċedura, l-Ewwel Awla ddeċidiet li tipproponi lill-Awla Plenarja, ir-rinviju ta’ din il-kawża quddiem Awla komposta minn ћames Imћallfin.
66 B’ittra ta’ l-4 ta’ Diċembru 2003, il-partijiet, skond l-Artikolu 51(1), tar-Regoli tal-Proċedura, ġew mistiedna sabiex jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagћhom dwar l-imsemmi rinviju sad-9 ta’ Diċembru 2003.
67 B’ittri tat-8 u tad-9 ta’ Diċembru 2003, il-Kummissjoni u GEF rispettivament infurmaw lill-Qorti tal-Prim’Istanza li ma kellhomx osservazzjonijiet x’jippreżentaw dwar ir-rinviju ta’ din il-kawża quddiem l-Ewwel Awla Estiża.
68 B’deċiżjoni ta’ l-Awla Plenarja ta’ l-10 ta’ Diċembru 2003, fuq proposta ta’ l-Ewwel Awla, din il-kawża ġiet irrinvijata quddiem l-Ewwel Awla Estiża.
69 Fis-seduta tat-30 ta’ Marzu 2004 instemgћu t-trattazzjonijiet tal-partijiet kif ukoll ir-risposti tagћhom gћad-domandi magħmula mill-Qorti tal-Prim’Istanza.
It-talbiet tal-partijiet
70 Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti tal-Prim’Istanza sabiex jogħġobha:
– tiddikjara r-rikors bћala ammissibbli u fondat;
– tordna lill-Kummissjoni sabiex tћallasha s-somma ta’ EUR 40,693;
– tiddikjara li t-talba tal-Kummissjoni sabiex tirrimborża s-somma ta’ EUR 273 516 mhijiex fondata, u konsegwentement tordna lill-Kummissjoni sabiex toћroġ nota ta’ kreditu gћal ammont ta’ EUR 273,516;
– tiċћad il-kontrotalba tal-Kummissjoni bћala mhux fondata;
– tordna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż.
71 Il-Kummissjoni titlob lill-Qorti tal-Prim’Istanza sabiex jogħġobha:
– tiċћad ir-rikors bћala mhux fondat;
– tordna lir-rikorrenti sabiex tћallasha s-somma ta’ EUR 273 516, miżjuda bl-interessi gћad-dewmien bir-rata ta’ 7% fis-sena b’seћћ mill-1 ta’ Settembru 2001;
– tordna lir-rikorrenti tbati l-ispejjeż.
Fuq il-kompetenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza
72 Għandu jiġi mfakkar li, skond l-Artikolu 113 tar-Regoli tal-Proċedura, il-Qorti tal-Prim’Istanza tista’ teżamina ex officio l-eċċezzjonijiet ta’ inammissibbiltà gћal raġunijiet ta’ ordni pubbliku. Peress illi l-kompetenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza hija kwistjoni ta’ ordni pubbliku, din tista’ gћalhekk tiġi eżaminata ex officio mill-Qorti tal-Prim’Istanza stess (sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-17 ta’ Ġunju 1998, Svenska Journalistförbundet vs Il-Kunsill, T-1974/95, Ġabra p. II‑2289, punti 79 u 80).
73 F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li l-kompetenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza, fil-ġurnata li tressaq dan ir-rikors, skond l-Artikolu 238 KE u d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 3(1)(c) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 88/591/KEFA, KEE, Euratom ta’ l-24 ta’ Ottubru 1988, li tistabbilixxi l-Qorti ta’ Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej (GU L 319, p. 1), kif emendata permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/350/KEFA, KEE, Euratom tat-8 ta’ Ġunju 1993 (ĠU L 144, p. 21), li tieћu konjizzjoni ta’ rikors abbażi ta’ klawżola ta’ arbitraġġ neċessarjament timplika li tieћu konjizzjoni ta’ kontrotalba li ssir minn istituzzjoni fil-kuntest ta’ dan l-istess rikors, li toħroġ mill-konnessjoni kuntrattwali jew ta’ fatt li fuqha hija bbażata t-talba prinċipali, jew mir-rapport dirett ma’ l-obbligi li joħorġu minn dan il-kuntratt (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-18 ta’ Diċembru 1986, Il-Kummissjoni vs Zoubek, 265/85, Ġabra p. 4057, punt 11, u ta’ l-10 ta’ April 2003, Il-Parlament vs SERS u Ville de Strasbourg, C-167/99, Ġabra p. I‑3269, punti 95 sa 104; digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Novembru 2003, Il-Kummissjoni vs Lior et, għadha mhux ippubblikata fil-Ġabra, punti 8 u 9, u s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-16 ta’ Mejju 2001, Toditec vs Il-Kummissjoni, T-68/99, Ġabra p. II‑1443).
74 Gћaldaqstant isegwi li l-Qorti tal-Prim’Istanza hija kompetenti sabiex tiddeċiedi dwar l-kontrotalba tal-Kummissjoni.
Fuq il-mertu
A – Dwar it-talba tar-rikorrenti intiża sabiex tieħu, minn naћa, il-ћlas tas-somma ta’ EUR 40 693 u, min-naћa l-oћra, sabiex tinћareġ nota ta’ kreditu gћall-ammont ta’ EUR 273 516
75 GEF ssostni li gћandha dritt, skond il-kuntratt, sabiex tiġi rrimborżata s-somma ta’ EUR 436 693, li tikkorrispondi gћas-somma ta’ l-ammonti li kienu ġew approvati mill-Kummissjoni fil-kuntest ta’ l-ewwel tliet dikjarazzjonijiet ta’ l-ispejjeż tagћha, jiġifieri EUR 101 432 gћal ta’ l-ewwel, EUR 103 228 gћat-tieni u EUR 96 214 gћat-tielet, kif ukoll l-ammont ta’ EUR 135 819 li ġie ddikjarat fir-raba’ dikjarazzjoni ta’ l-ispejjeż tagħha. Hija tippreċiża li, peress li l-Kummissjoni kienet diġà ћallsitha s-somma ta’ EUR 396 000, it-talba tagћha gћal rimborż hija limitata gћal EUR 40 693 (EUR 436 693 - EUR 396 000).
76 In sostenn tat-talba tagћha stess, GEF fis-sustanza tqajjem erba’ motivi li huma bbażati, fl-ewwel lok, fuq il-ksur tal-kuntratt mill-Kummissjoni, fit-tieni lok, fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ l-aspettattivi leġittimi, fit-tielet lok, fuq il-ksur tal-prinċipju li jitћarsu d-drittijiet tad-difiża u, fir-raba’ lok, fuq il-ksur tal-prinċipju li jitwettqu in bona fide l-obbligi kuntrattwali u tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba. F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li dan il-motiv, fil-parti li fiha ssir referenza gћall-allegat ksur, mill-Kummissjoni, ta’ l-eżekuzzjoni tal-kuntratt in bona fide u tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, għandu jiġi eżaminat fit-tieni lok.
1. Fuq l-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-kuntratt
a) L-argumenti tal-partijiet
77 GEF issostni, qabel xejn, li t-talba tagћha sabiex titћallas is-somma ta’ EUR 40 693, li gћadha dovuta lilha minћabba l-ispejjeż li din gћamlet fil-kuntest tal-kuntratt, hija bbażata, minn naћa, fuq il-ksur mill-Kummissjoni ta’ l-obbligi tagħha li jirriżultaw mill-kuntratt u mill-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 1134, tal-Kodiċi Ċivili tal-Belġju, li jgћid li: “[il-]kuntratti li jiġu konklużi legalment ikollhom saћћa ta’ liġi bejn il-partijiet”. Fil-fatt, peress li biddlet il-pożizzjoni tagћha b’mod arbitrarju u unilateralment rigward il-pożizzjoni tagħha għal dak li jikkonċerna l-approvazzjoni ta’ l-ispejjeż li ġew ippreżentati u murija minn GEF, il-Kummissjoni naqset milli twettaq l-obbligi kuntrattwali tagћha. Madankollu, GEF kienet eżegwiet il-kuntratt b’mod korrett, kif ġie kkonfermat mir-rapport finali ta’ evalwazzjoni teknika, li jsemmi b’mod ċar li r-riżorsi tal-proġett ġew utilizzati tajjeb, u jagħti “bandiera ћadra” (approvazzjoni finali tar-riżultati) gћax-xogћol eżegwit minn GEF.
78 Min-naћa l-oћra, fir-rikors tagћha, GEF issostni li l-Kummissjoni ma rnexxilhiex tagħti prova, skond l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 1235 tal-Kodiċi Ċivili tal-Belġju, li s-somma ta’ EUR 273 516, li tagħha hija talbet l-irkupru wara bidla fil-pożizzjoni tagћha, kienet tћallset “bi żball”. Madankollu, skond GEF, l-ebda pagament ma kien sar bi żball. Fir-replika tagћha, GEF irriformulat din il-pożizzjoni bbażata fuq traduzzjoni ћażina ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 1235, iċċitat iktar ’il fuq. Fil-fatt, skond dan l-Artikolu, “[k]walunkwe ћlas jippreżupponi dejn: dak li tћallas indebitament huwa suġġett li jitħallas lura”. Il-Kummissjoni ma rnexxilhiex tagħti prova li s-somma mitluba kienet tћallset “indebitament”. GEF issostni li l-ћlas kien dovut u li, f’każ ta’ dubju, hija l-Kummissjoni li għandha tagħti l-prova li dan il-ћlas gћamlitu bi żball, li mhuwiex il-każ fil-kawża preżenti,
79 Sussegwentement, kontra l-pożizzjoni tal-Kummissjoni, u kif kienet sostniet GEF fl-ittra tas-Sur Pirenne tal-31 ta’ Jannar 2000, il-kuntratt mhuwiex wieħed ta’ sussidju u ma jagћmel l-ebda referenza lejn xi forma ta’ sussidju fil-kuntest ta’ programm ta’ gћajnuna Ewropea. Barra minn hekk il-Kummissjoni kienet ammettiet dan fl-ittra tagћha ta’ l-20 ta’ Marzu 2000, li fiha din kienet tat l-approvazzjoni tagћha sabiex jinbidlu rispettivament il-kelmiet “Subsidies for EC 26 069” u “Turnover minus subventions” użati fil-paġna 3 ta’ l-abbozz tar-rapport ta’ verifika mat-termini “Of which EC contract 26 069” u “Turnover minus EC contribution”.
80 Fl-aћћar nett, fejn jikkonċerna b’mod partikolari l-ġustifikazzjoni ta’ l-ispejjeż li ġew ippreżentati lill-Kummissjoni, GEF tesponi ċerti osservazzjonijiet dwar l-ispejjeż ta’ l-“impjegati”, fosthom ir-rimunerazzjoni tas-Sur Goldfinger, kif ukoll ċerti spejjeż marbuta ma’ l-intestaturi “spejjeż ta’ l-ivvjaġġar u ta’ għejxien” u “spejjeż oћra”.
81 Rigward l-ispejjeż ta’ l-impjegati, GEF, tosserva, l-ewwel nett, li dan huwa l-punt prinċipali tan-nuqqas ta’ qbil bejn il-partijiet fil-kuntratt, li ġie stabbilit fir-rapport ta’ verifika finali, li skond dan kienu ġew iddikjarati 9 859 siegћa xogћol żejda.
82 F’dawn iċ-ċirkustanzi GEF issostni, fl-ewwel lok, li l-Kummissjoni u hija stess kienu ssottovalutaw iż-żieda tal-volum tax-xogћol li nħoloq minħabba l-bidliet mgћaġġla li saru fil-qasam tat-tranżazzjonijiet finanzjarji elettroniċi u tat-tranżazzjonijiet finanzjarji permezz ta’ l-Internet, bidliet li kienu jeћtieġu l-adattamenti kostanti tal-vastità tax-xogћlijiet u li dawn ma kinux prevedibbli meta l-kuntratt ġie ffirmat.
83 Gћaldaqstant, GEF kienet, minħabba dan il-fatt, iddikjarat b’mod leġittimu numru akbar ta’ sigħat ta’ xogħol u aġġustat b’mod sostanzjali r-rati bis-siegћa meta mqabbla ma’ l-istima inizjali, konformement mal-linji gwida dettaljati pprovduti mill-Kummissjoni wara l-iffirmar tal-kuntratt. Dawn ir-rati l-ġodda, li kellhom iservu bћala bażi għad-dikjrazzjonijiet ta’ l-ispejjeż stabbiliti gћall-ewwel tliet perijodi tal-kuntratt, kienu ġew ikkomunikati lill-Kummissjoni f’Marzu 1998 permezz ta’ kwestjonarju finanzjarju li kien ġie approvat minn din ta’ l-aћћar.
84 Skond GEF, il-Kummissjoni, li kienet segwiet b’attenzjoni x-xogћol li sar u li kien previst fil-kuntest ta’ l-attivitajiet li kellhom isiru fil-kuntest tal-proġett, u li kienet ġiet infurmata b’mod dettaljat f’kull dikjarazzjoni ta’ l-ispejjeż bil-punti ddettaljati tal-ħin iddedikat fuq il-proġett mill-impjegati ta’ GEF, b’hekk kienet taf dwar il-fatt li, mill-ewwel dikjarazzjoni ta’ l-ispejjeż, li ġiet ippreżentata f’Marzu 1998, in-numru ta’ sigħat ta’ xogћol inizjalment stmat kien ġie maqbuż u li, mit-tieni dikjarazzjoni ta’ l-ispejjeż, li ġiet ippreżentata f’Ottubru 1998, dan in-numru ta’ sigħat kien effettivament ġie maqbuż. Barra minn hekk, gћall-perijodu kollu tal-proġett, il-Kummissjoni qatt ma għamlet osservazzjonijiet negattivi dwar il-ћin allokat gћall-proġett kif ukoll fuq ir-rati li ġew applikati minn GEF għall-kalkolu ta’ l-ispejjeż ta’ l-impjegati. Bil-kontra, l-uffiċjali kollha interessati tal-Kummissjoni esprimew ġudizzju pożittiv dwar l-iżvilupp tal-proġett, filwaqt li approvaw il-mod kif GEF wettqet dan. Dan juri l-aċċettazzjoni mill-Kummissjoni, tan-numru akbar ta’ sigħat ta’ xogћol li ġew iddedikati gћall-proġett kif ukoll ir-rati li ġew applikati minn GEF, u jispjega gћalfejn il-Kummissjoni kienet ħallsitha d-dikjarazzjonijiet ta’ l-ispejjeż tagħha. L-affermazzjoni li tinsab fir-rapport tat-tieni evalwazzjoni teknika, li skond din il-Kummissjoni ma approvatx is-sigħat supplementari li GRF kienet iddedikat fuq il-proġett, hija żbaljata.
85 Barra min hekk, il-fatt li n-numru ta’ sigħat ta’ xogћol inqabeż ma jimplikax bidla fil-kuntratt, peress li, għall-kuntrarju tal-limitu kuntrattwali ta’ EUR 440 000, dan mhuwiex element essenzjali tal-kuntratt. F’dan is-sens GEF tenfasizza, minn naћa, li l-affermazzjoni magħmula mill-Kummissjoni fir-rapport ta’ verifika finali, li skond dan in-numru ta’ ġranet ta’ xogћol/impjegati previst fil-kuntratt gћall-proġett huwa ta’ 447 jew ta’ 3 576 siegћa, jikkostitwixxi biss stima u mhux limitu massimu ta’ ġranet jew ta’ sigħat ta’ xogћol.
86 Min-naћa l-oћra, fir-rigward ta’ l-affermazzjoni li tinsab fir-rapport tat-tieni evalwazzjoni teknika, li kienet tgħid li n-numru ta’ sigħat ta’ xogћol allokati gћall-proġett fil-bidu kien inizjalment ikkunsidrat bћala l-massimu, u li seta’ jinqabeż biss bl-approvazzjoni bil-miktub mill-Kummissjoni, GEF issostni li, fiż-żmien meta l-kuntratt kien ġie stabbilt, kien impossibbli li jiġi definit b’mod oġġettiv u preċiż in-numru ta’ sigħat ta’ xogћol li kien meћtieġ sabiex jiġi eżegwit il-kuntratt. Dan jispjega l-fatt li l-partijiet kienu qablu li jiffissaw l-ammont ta’ EUR 440 000, li kellu jinqasam bejn l-attivitajiet u kategoriji ta’ spejjeż differenti, bћala limitu massimu ta’ l-ispejjeż awtorizzati, mingћajr ma gћamlu l-ebda referenza gћan-numru ta’ sigħat ta’ xogћol stabbilit minn qabel bћala bażi ta’ dan l-ammont massimu. Ebda dispożizzjoni tal-kuntratt ma tipprovdi li l-ammont stmat ta’ sigħat ta’ xogћol ma setax jinqabeż, lanqas li tali eventwalità kienet teћtieġ bidla fil-kuntratt, bħal ma jkun il-każ kieku GEF kienet talbet kontribuzzjoni ogћla minn EUR 440 000. Din tikkonkludi li l-uniku kriterju gћall-ħlas ta’ l-ispejjeż ta’ l-impjegati ma kinitx l-istima inizjali, iżda l-fatt li l-ispejjeż totali huma aċċettabbli u ma jaqbżux is-somma ta’ EUR 440 000.
87 Fit-tieni lok, dwar id-dikjarazzjonijiet tas-sigħat ta’ xogћol allokati gћall-proġett u ta’ l-ispejjeż sostnuti, GEF issostni li l-Kummissjoni b’mod żbaljat stabbiliet, fl-abbozz tar-rapport ta’ verifika u fir-rapport ta’ verifika finali, li n-numru ta’ sigħat ta’ xogћol kien ġie sopravalutat minħabba l-ineżistenza tar-reġistrazzjonijiet tal-ћinijiet tax-xogћol u ta’ l-iskedi ta’ attendenza ta’ l-impjegati.
88 Qabel xejn GEF tiddikjara li hi kienet imliet il-formoli kollha meћtieġa u li kienet osservat id-dispożizzjonijiet legali applikabbli kollha, b’mod partikolari li ћarset ir-rekwiżiti kollha tas-segretarjat soċjali Securex, id-dispożizzjonijiet tal-liġi Belġjana dwar is-sigurtà soċjali, kif ukoll il-prinċipji tal-kontabbiltà, skond l-Artikolu 15(1) tal-kundizzjonijiet ġenerali, dispożizzjoni li, skond l-abbozz tar-rapport ta’ verifika, kienet imћarsa b’mod sћiћ.
89 Fl-fatt, GEF kienet imliet u bagћtet lill-Kummissjoni l-kwestjonarju finanzjarju dwar l-ispejjeż allokati fil-baġit, u kull dikjarazzjoni ta’ l-ispejjeż li ntbagћtet lill-Kummissjoni kien fiha fl-anness, kalkolu dettaljat ta’ l-ispejjeż ta’ l-impjegati, li jinkludi n-numru ta’ sigħat ta’ xogћol kif ukoll ir-rata ta’ ħlas għal kull unità. Fit-tmiem tal-perijodu kuntrattwali, GEF kienet ippreparat sinteżi tad-dikjarazzjoni ta’ l-ispejjeż gћal dan il-perijodu kollu u kienet indirizzat lill-Kummissjoni kwestjonarju finanzjarju aġġornat. Barra minn hekk, GEF kienet żammet dokumenti dwar il-ћin allokat gћall-proġett minn kull wieћed mill-impjegati tagћha. Gћal dan il-gћan, hija kienet użat u għadha tuża dokumenti tas-segretarjat soċjali Securex. Barra dawn id-dokumenti, GEF kienet ukoll ippreparat skedi ta’ attendenza ta’ l-impjegati supplementari bis-sigħat ta’ xogћol gћal kull ġurnata gћal kull kategorija ta’ impjegati professjonali li kienu ħadmu fuq il-proġett, li gћal dawn, kif ġie kkonfermat mill-Kummissjoni fl-ittra tagћha ta’ l-20 ta’ Marzu 2000, ma kien ġie impost l-ebda mudell speċifiku.
90 Barra minn hekk, din tirrileva li, f’Ġunju 1999, id-dokumenti rigward is-sigħat ta’ xogћol, li ġew mimlija skond ir-regoli stabbiliti mis-segretarjat soċjali Securex, kif ukoll l-iskedi ta’ attendenza ta’ l-impjegati supplementari ppreparati mis-Sur Goldfinger kienu diġà ġew ippreżentati lill-awdituri, iżda li dawn kienu rrifjutaw li jeħduhom, li minħabba f’hekk GEF kienet bagħtithom lill-Kummissjoni fl-14 ta’ Novembru 2000. Hija tippreċiża wkoll li dawn id-dokumenti kienu s-suġġett ta’ l-ittra tas-Sur Pirenne tal-31 ta’ Jannar 2000. GEF tindika li hija fil-pożizzjoni li tipprovdi lill-Qorti tal-Prim’Istanza l-provi ta’ l-ispejjeż sostnuti kollha, inklużi l-kopji ta’ l-iskedi ta’ attendenza ta’ l-impjegati kollha kif ukoll il-fatturi ta’ l-akkwisti.
91 Sussegwentement, hija tindika li t-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 13(1) tal-kundizzjonijiet ġenerali ma jipprovdix li kull impjegat gћandu jistabbilixxi l-iskeda ta’ attendenza tiegћu stess. Fil-kawża preżenti, GEF issostni li d-dokumenti rigward ir-reġistrazzjoni tal-ћinijiet ta’ xogћol u l-iskedi ta’ attendenza ta’ l-impjegati kienu ġew ippreparati mill-persuna responsabbli gћall-proġett, u li, minħabba dan il-fatt, huma kienu ġew iċċertifikati minnu bħal ma jeżiġi l-kuntratt. Fuq kollox, il-Kummissjoni kienet ikkonfermat b’mod espliċitu li GEF aġixxiet skond il-kuntratt, fl-ittri ta’ l-aċċettazzjoni ta’ l-ispejjeż tagħha dwar id-dikjarazzjonijiet ta’ l-ispejjeż ippreżentati minn GEF, li fihom hija affermat li “l-ispejjeż iddikjarati (jew dawk li gew mibdula minna) kienu ġew ivverifikati u stmati skond ir-rapport tal-progress perjodiku jew tal-kuntratt (ara l-parti D ta’ l-Anness II), bil-kundizzjoni ta’ verifika, ta’ aġġustament wara kalkolu ġdid jew wara verifika tal-kontijiet u ta’ aċċettazzjoni tar-rati tas-salarji”. Skond GEF, ir-riferiment espliċitu għall-parti D dwar il-kundizzjonijiet ġenerali, li fiha l-formoli li jridu jimtlew gћall-ispejjeż ta’ l-impjegati, jindika li GEF osservat l-istruzzjonijiet tal-Kummissjoni rigward il-metodu kif tiddikjara l-ispejjeż.
92 Fl-aћћar nett, fl-ipoteżi li fiha l-Qorti tal-Prim’Istanza tqis li d-dispożizzjonijiet tal-kuntratt, b’mod partikolari l-Artikolu 13(1) u l-Artikolu 15(1) tal-kundizzjonijiet ġenerali, mhumiex ċari biżżejjed, hemm lok li wieћed jikkonkludi li GEF aġixxiet b’mod korrett u b’mod konformi mal-kuntratt, skond l-Artikolu 1162 tal-Kodiċi Ċivili tal-Belġju, li jistabbilixxi li, “[f’]każ ta’ dubju, il-kuntratt gћandu jiġi interpretat kontra dak li jkun ġie stipulat fih, u favur dak li jkun daħal għall-obbligu”.
93 Rigward, b’mod partikolari, ir-rimunerazzjoni tas-Sur Goldfinger, GEF tafferma li l-Kummissjoni ma kkunsidratx li din ir-rimunerazzjoni kienet ġiet ikkontestata matul il-verifika tal-kontijiet, meta fil-fatt GEF kienet indikat, abbażi tal-kontijiet tal-kumpannija, li din kienet spiża approvata fid-dawl tas-sitwazzjoni tas-suq fil-Belġju.
94 Fit-tielet lok, GEF qed tikkontesta l-proċedura segwita fit-tieni evalwazzjoni teknika, kif ukoll ir-riżultat li din kienet waslet għalih.
95 Fir-rigward tal-proċedura msegwija fil-kuntest tat-tieni evalwazzjoni teknika ta’ l-24 ta’ Mejju 2000, GEF tikkunsidra li l-awdituri ma osservawx it-termini ta’ referenza stipulati fl-ittra tal-Kummissjoni ta’ l-20 ta’ Marzu 2000, peress li dawn ma talbux kemm ћin GEF kienet allokat għal kull attività, u lanqas m’gћamlu stima raġonevoli ta’ dan iż-żmien. Fil-fatt, dawn kienu sempliċement qasmu n-numru totali ta’ sigħat ta’ xogћol li kien ġie stmat fiż-żmien meta ġie ffirmat il-kuntratt bejn id-diversi kompiti, u barra minn hekk ma kienu gћamlu l-ebda sforz sabiex jivvalidaw dawn il-kalkoli mat-tim tal-proġett. Madankollu, dan il-metodu ta’ proċedura mhuwiex konformi mal-kuntratt, li kien jipprovdi li l-bażi għall-ћlas tal-Kummissjoni mhuwiex l-ispejjeż stmati fil-bidu, iżda dawk li effettivament esposti, iġġustifikati u raġonevoli. F’dawn iċ-ċirkustanzi, GEF tikkunsidra li, safejn ir-rapport ta’ verifika finali huwa bbażat fuq ir-rapport tat-tieni evalwazzjoni teknika, il-kontenut tiegћu mhuwiex korrett.
96 Rigward ir-riżultat tat-tieni evalwazzjoni teknika, GEF issostni li mhuwiex raġonevoli li n-numru ta’ sigħat ta’ xogћol allokati gћall-proġett approvat mill-Kummissjoni kien inqas mill-istima inizjali. Fil-fatt GEF kienet uriet li hija kienet sostniet l-ispejjeż iddikjarati fid-dikjarazzjonijiet ta’ l-ispejjeż tagћha, u li l-Kummissjoni kienet ammettiet dan mhux biss fir-rapport finali ta’ evalwzzjoni teknika, iżda wkoll fl-abbozz tar-rapport ta’ verifika, rapporti li jikkonfermaw l-eżattezza tal-kontijiet ta’ GEF. Din ta’ l-aћћar tirrileva f’dan ir-rigward li fir-rapport finali ta’ l-evalwazzjoni teknika, iċċitat fl-abbozz tar-rapport ta’ verifika, il-Kummissjoni affermat li “ix-xogћol kien ġie eżegwit u li r-riżorsi kienu ġew utilizzati” u kkonkludiet li “in ġenerali, kien hemm użu tajjeb tar-riżorsi”.
97 Fir-raba’ lok, GEF issostni li l-Kummissjoni żbaljat meta ma kkunsidratx, fil-kuntest ta’ l-elaborazzjoni tar-rapport ta’ verifika finali, osservazzjonijiet ifformulati mis-Sur Pirenne fl-ittra tiegћu tal-31 ta’ Jannar 2000, rigward l-abbozz tar-rapport ta’ verifika.
98 Għaldaqstant, GEF tirrileva b’mod partikolari l-affermazzjoni li tinsab fir-rapport ta’ verifika finali tirrifletti dik ta’ l-abbozz ta’ dan ir-rapport, li skond din il-202 siegћa ddikjarati minn persuna speċjalizzata fl-informazzjoni f’Lulju u f’Ottubru 1997 ma kinux iġġustifikati peress li ħadd ma kien beda jaħdem għal GEF, ħlief fit-3 ta’ Novembru 1997. Madankollu, is-Sur Pirenne fl-ittra tiegћu tal-31 ta’ Jannar 2000 kien semma li f’Lulju, f’Ottubru u f’Novembru 1997, il-funzjonijiet tal-persuna speċjalizzata fl-informazzjoni kienu qed jiġu eżerċitati suċċessivament minn tliet persuni. F’dan ir-rigward GEF tirrileva, barra minn hekk, li l-kuntratt ma fih l-ebda dispożizzjoni li ma tħallihiex tuża’ bosta persuni sabiex iwettqu kompitu partikolari u żżid ukoll li, f’dan il-każ, il-persuni kollha li ћadmu bћala speċjalisti fl-informazzjoni kienu kkwalifikati sabiex jeżerċitaw dawn il-funzjonijiet.
99 Min-naћa l-oћra, GEF tirreferi gћall-analiżi tar-relazzjoni bejn il-fatturat tagћha u l-ispejjeż ta’ l-impjegati, kif ukoll gћall-konstatazzjoni li l-ispejjeż ta’ l-impjegati li ġew fatturati kienu sopravalutati b’mod serju, li jinsabu fl-abbozz tar-rapport ta’ verifika u li jinsabu fir-rapport ta’ verifika finali. F’dan ir-rigward is-Sur Pirenne kien b’mod ċar indika, fl-ittra tiegћu tal-31 ta’ Jannar 2000, li l-awdituri ma kinux ippreżentaw b’mod korrett il-kunsiderazzjonijiet u l-figuri li ġew ipprovduti minn GEF, waqt li b’mod partikolari ma kkunsidrawx il-fatt li proġett li jkopri perijodi ta’ kontabbiltà sussegwenti jimplika t-tqassim ta’ l-ispejjeż u tad-dћul gћall-perijodu kollu tal-proġett. Gћalhekk, is-sena finanzjarja ta’ GEF kienet bejn l-1 ta’ Ottubru sat-30 ta’ Settembru, filwaqt li l-ispejjeż ġew irreġistrati skond il-metodu tal-Kummissjoni, li jagћti l-bidu tas-sena finanzjarja f’Lulju. Ukoll meta din l-informazzjoni ma kinitx ċara fil-mument meta GEF kienet ippreżentat il-kontijiet tagћha, fl-ittra tagћha tal-31 ta’ Jannar 2000 din għamlet ċerti preċiżazzjonijiet u dawn kellhom jiġu kkunsidrati meta r-rapport ta’ verifika kien ġie ppreparat.
100 Fl-aћћar nett, GEF teżamina l-ispejjeż l-oћra li ġew miċћuda mill-awdituri, li jirrigwardaw l-intestaturi “spejjeż ta’ l-ivvjaġġar u ta’ għejxien” u “spejjeż oћra”. GEF issostni li r-rifjut ta’ l-ispejjeż dwar dawn iż-żewġ intestaturi fl-abbozz tar-rapport ta’ verifika, fir-rapport ta’ verifika finali, kif ukoll fl-ittra ta’ l-aċċettazzjoni ta’ l-ispejjeż gћar-raba’ perijodu mhuwiex korrett, peress li hija ddokumentat u ġġustifikat dawn l-ispejjeż kollha. Barra minn hekk, hija takkuża lill-Kummissjoni li ma kkunsidratx l-osservazzjonijiet tas-Sur Pirenne li jinsabu fl-ittra tagħha tal-31 ta’ Jannar 2000. GEF tipproponi li tipprovdi mill-ġdid il-prova ta’ dawn l-ispejjeż kollha fil-kuntest ta’ din il-proċedura.
101 B’mod partikolari, fir-rigward ta’ l-ammont ta’ EUR 3 145.05, li tћallas gћall-istudju Datamonitor, GEF issostni li din hija spiża li ġiet sostnuta fil-kuntest tad-dokumentazzjoni tal-proġett li l-awdituri kienu b’mod żbaljat ikkwalifikawha bħala element ta’ gћajnuna teknika. B’hekk l-infiq ta’ din l-ispiża ma setax jeħtieġ l-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni skond l-Artikolu 13(3) tal-kundizzjonijiet ġenerali. Barra minn hekk, GEF tafferma li hija ressqet l-istudju u l-fattura relatata gћad-dispożizzjoni ta’ l-awdituri, li madankollu irrifjutaw li jikkoreġu l-iżball.
102 Dwar l-intestatura “spejjeż oћra” u, b’mod partikolari, id-dikjarazzjoni ta’ l-ispejjeż gћal ammont ta’ EUR 1 790.31, attestata b’fatturi u li kienet tirrigwarda x-xiri ta’ oġġetti żgћar f’libreriji, GEF issostni li din tagħmel parti minn spejjeż li huma rimborżabbli, speċifiċi gћad-dokumentazzjoni, sa limitu ta’ ammont ta’ EUR 11 056, u li din id-dokumentazzjoni kienet meћtieġa gћall-eżekuzzjoni tal-kompiti previsti fil-kuntest tal-proġett.
103 Il-Kummissjoni tikkontesta l-mertu ta’ dan il-motiv, billi ssostni li hija kisritx l-obbligi imposti fuqha skond il-kuntratt.
b) Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim’Istanza
Osservazzjonijiet preliminari
104 L-ewwel nett għandu jiġi mfakkar li, skond it-termini tal-kuntratt, GEF kienet impenjat ruħha li twettaq il-proġett definit fl-Anness Tekniku. Dan il-proġett kien jikkonsisti fil-forniment ta’ gћajnuna lill-FIWG, li kien ifisser l-eżekuzzjoni ta’ sitt kompiti differenti, li kull wieħed minnhom kien fih lista ta’ prestazzjonijiet differenti li kellhom isiru.
105 Għandu jiġi mfakkar ukoll li, skond l-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni 94/763, il-kuntratt jippreċiża, b’mod partikolari, id-dispożizzjonijiet ta’ sorveljanza amministrattiva, finanzjarja u teknika relatati mal-proġett.
106 Gћalhekk, GEF kellha, b’mod partikolari, tissottometti lill-Kummissjoni, b’mod konformi ma’ l-Artikolu 6 tal-kuntratt u l-Artikolu 9 tal-kundizzjonijiet ġenerali, erba’ rapporti dwar il-progress perjodiku tax-xogћlijiet, u dan kull sitt xhur mid-data tal-bidu tal-kuntratt. Dan kellu jippermetti lill-Kummissjoni li tevalwa l-progress u l-kooperazzjoni li nkisbu fil-kuntest tal-proġett jew ta’ kull kompitu relatat miegħu. GEF kellha tipprovdi wkoll rapport finali dwar ix-xogћol, dwar l-gћanijiet, ir-riżultati u l-konklużjonijiet tal-proġett. Skond l-Artikoli 4 u 5 tal-kuntratt, GEF kellha fl-aћћar nett, tissottometti lill-Kummissjoni, kull sitt xhur mid-data tal-bidu tal-kuntratt, erba’ dikjarazzjonijiet ta’ l-ispejjeż li jikkorrispondu gћall-istess perijodi koperti mill-erba’ rapporti ċċitati iktar ’il fuq, sabiex tippermetti lill-Kummissjoni li tagħmel il-pagamenti parzjali relatati magħhom.
107 Barra minn hekk, il-kuntratt kien jipprovdi l-kundizzjonijiet li fihom ir-rimborż tal-kategoriji ta’ l-ispejjeż differenti sostnuti minn GEF kellu jseħħ.
108 Fid-dawl ta’ dawn l-elementi, kif ukoll mir-risposta magħmula minn GEF gћall-mistoqsijiet fuq dan il-punt li saru fis-seduta tal-Qorti tal-Prim’Istanza, għandu jiġi kkonstatat li r-rikorrenti ma wrietx l-effett li jista’ jkollha fuq is-soluzzjoni tal-kawża, il-kwistjoni dwar jekk il-kuntrat għandu jiġi kkunsidrat bħala kuntratt ta’ sussidju. Konsegwentement, il-kwisjtoni dwar safejn il-partijiet kienu ssodisfaw l-obbligi kuntrattwali tagћhom għandha tiġi eżaminata fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-kuntratt biss (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Toditec vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 73 iktar ’il fuq, punt 77).
109 Sussegwentement, hemm lok li jiġu analizzati d-dispożizzjonijiet tal-kuntratt dwar il-kategoriji ta’ spejjeż differenti li jistgħu jiġu sostnuti fl-eżekuzzjoni tal-proġett, kif ukoll il-kundizzjonijiet ta’ rimborż ta’ dawn l-ispejjeż.
110 Fir-rigward tal-kategoriji ta’ l-ispejjeż li jistgħu jiġu sostnuti gћall-eżekuzzjoni tal-proġett, li huma previsti fl-Artikolu 13 tal-kundizzjonijiet ġenerali, jiġifieri l-ispejjeż ta’ l-impjegati, spejjeż ta’ netwerking, spejjeż oћra, spejjeż speċifiċi sinjifikattivi u l-ispejjeż ġenerali, l-Artikolu 12(1) tal-kundizzjonijiet ġenerali jipprovdi, fil-paragrafu 1 tiegħu, li l-ispejjeż rimborażabbli huma spejjeż reali li huma meħtieħa gћall-proġett, li jistgћu jiġu sostenuti bi prova u li jkunu ġew sostnuti matul il-perijodu tal-proġett. Fil-paragrafu 2 tiegћu, din l-istess dispożizzjoni tipprovdi, minbarra dan, li l-ispejjeż stmati gћax-xogħol skond il-kategorijiet huma indikattivi biss u li trasferiment tal-baġit stmat bejn kategoriji huwa possibbli, bil-kundizzjoni li l-għan tal-proġett ma jkunx fondamentalment affettwat.
111 It-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 13(1) tal-kundizzjonijiet ġenerali jistabbilixxi li l-eżiġenza li s-sigħat ta’ xogћol kollha ta’ l-impjegati ddikjarati gћandhom jiġi rreġistrati u ċċertifikati tiġi sodisfatta, bħala minimu, permezz tar-reġistrazzjoni tal-hinijiet ta’ xogħol, iċċertifikati għall-anqas darba kull xahar mill-persuna responsabbli tal-proġett jew minn uffiċjal għoli ta’ l-impriża debitament awtorizzata. L-Artikolu 15(1) tal-kundizzjonijiet ġenerali jippreċiża, minbarra dan, li l-parti kontraenti gћandha żżomm, b’mod regolari u skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Istat li fih hija stabbilita, kotba tal-kontabbiltà kif suppost kif ukoll dokumentazzjoni approprjata sabiex tiġġustifika l-ispejjeż u l-ћinijiet irreġistrati, li għandhom ikunu għad-dispożizzjoni ta’ l-awdituri.
112 Minn dan jirriżulta li GEF kellha tipprovdi l-prova li l-ispejjeż iddikjarati fid-dikjarazzjonijiet ta’ l-ispejjeż differenti li hija ppreżentat lill-Kummissjoni huma spejjeż reali li effettivament kienu meћtieġa u li kienu sostnuti gћall-eżekuzzjoni tal-proġett matul il-perijodu tiegħu. Jirriżulta wkoll li, fil-preżentazzjoni ta’ din il-prova, GEF kellha tikkonforma ruħha mar-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 13(1) u ta’ l-Artikolu 15(1) tal-kundizzjonijiet ġenerali, u kellha żżomm reġistru ċċertifikat tas-sigħat ta’ xogћol kif ukoll sistema ta’ kontabbiltà konformi mad-dispożizzjonijiet fis-seћћ fil-Belġju.
113 Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet l-argument, ibbażat fuq l-ewwel subparagrafu ta’ Artikolu 1235 tal-Kodiċi Civili tal-Belġju, żviliuppat minn GEF in sostenn tat-talba tagħha intiża sabiex il-Kummissjoni tiġi ordnata toћroġ nota ta’ kreditu gћal ammont ta’ EUR 273 516 ma jistax tiġi jilqugħ. Fil-fatt, dan l-argument iqiegħed l-oneru tal-prova fuq il-Kummissjoni li l-ћlas tas-somma ta’ EUR 273 516 lil GEF, li r-rimborż tagħha kienet ġiet mitluba permezz tan-nota ta’ debitu mill-Kummissjoni tal-11 ta’ Lulju 2001, kien sar indebitament.
114 Madankollu, din l-aћћar talba għal rimborż tal-Kummissjoni hija bbażata fuq l-Artikolu 16(3) tal-kundizzjonijiet ġenerali, li jistabbilixxi li, meta l-kontribuzzjoni totali dovuta gћall-proġett, li tinkludi anki dik li tirriżulta minn verifika ta’ kontijiet, tkun inqas mill-ћlasijiet li jkunu saru gћall-proġett stess, il-parti kontraenti gћandha tirrimborża minnufih id-differenza lill-Kummissjoni..Madankollu, il-konstatazzjoni li l-ammont totali ta’ ћlasijiet li saru huwa ogћla mill-kontribuzzjoni finanzjarja totali dovuta gћall-proġett qed tiġi bbażata fuq il-prova ta’ l-ispejjeż sostnuti fil-kuntest ta’ l-eżekuzzjoni ta’ dan ta’ l-aћћar, li, skond il-kuntratt, taqa’ fuq GEF u mhux fuq il-Kummissjoni.
115 Minn dan jirriżulta li t-talba sabiex il-Kummissjoni tiġi ordnata toћroġ nota ta’ kreditu gћal ammont ta’ EUR 273 516, li tannulla l-ammont tan-nota ta’ debitu li din ta’ l-aћћar kienet ћarġet fil-11 ta’ Lulju 2001, hija marbuta mat-talba sabiex jinkiseb ir-rimborż ta’ somma ta’ EUR 40 693, fis-sens li dawn it-tnejn huma bbażati fuq l-osservanza allegata minn GRF ta’ l-obbligi kuntrattwali tagħha. Peress li GEF kienet resqet il-prova li osservat l-obbligi kuntrattwali tagћha, jirriżulta b’mod inevitabbli li GEG għandha dritt għall-ħlas tas-somma ta’ EUR 40 693 u li n-nota ta’ debitu tal-Kummissjoni gћal ammont ta’ EUR 273 516 m’għandha ebda fondament.
116 F’dawn il-kundizzjonijiet, għandu jiġi eżaminat il-mertu tat-talba ta’ GEF gћal kull waħda mill-kategoriji ta’ l-spejjeż li qed titlob ir-rimborż tagћhom u li tafferma li ressqet il-prova, jiġifieri l-ispejjeż ta’ l- “impjegati”, fosthom ir-rimunerazzjoni tas-Sur Goldfinger, kif ukoll xi spejjeż relatati ma’ l-intestaturi “spejjeż ta’ l-ivvjaġġar u ta’ għejxien” u “spejjeż oћra”.
Fuq l-ispejjeż ta’ “l-impjegati”
117 L-argumenti differenti mressqa minn GEF dwar l-ispejjeż ta’ l-impjegati jqajmu essenjzalment tliet domandi: fl-ewwel lok, għandu jiġi vverifikat jekk il-Kummissjoni kinitx aċċettat li jinqabeż in-numru stmat ta’ sigħat ta’ xogћol kif ukoll l-aġġustamenti tar-rati tas-salarji li ġew utlizzati sabiex jiġu kkalkulati l-ispejjeż ta’ l-impjegati, inizjalment previsti fil-kuntratt, fit-tieni lok, għandu jiġi vverifikat jekk GEF ressqitx il-prova, b’mod konformi mad-dispożizzjonijiet tal-kuntratt, tas-sigħat ta’ xogћol li hija tafferma li kienet għamlet gћall-eżekuzzjoni tal-proġett u, fit-tielet lok, għandu jiġi vverifikat jekk l-awdituri kinux wettqu ineżattezzi matul il-konstatazzjonijiet tagћhom dwar is-sigħat tax-xogћol u dwar l-ispejjeż ta’ l-impjegati li jinsabu fir-rapport tat-tieni evalwazzjoni teknika u fir-rapport ta’ verifika finali.
– Fuq l-aċċettazzjoni mill-Kummissjoni taż-żieda fis-sigħat tax-xogћol u l-aġġustament fir-rati tas-salarji, inizjalment previsti fil-kuntratt
118 Fl-ewwel lok, għandu jiġi ddeterminat jekk l-aċċettazzjoni mill-Kummissjoni tad-dikjarazzjonijiet ta’ l-ispejjeż li ġew ippreżentati minn GEF kif ukoll il-pagamenti parzjali jimplikawx l-aċċettazzjoni tal-qbiż fis-sigħat tax-xogћol u ta’ l-aġġustament fir-rati tas-salarji li kienu ġew inizjalment stmati fil-kuntratt.
119 F’dan ir-rigward għandu jiġi kkonstatat li, għal dak li jikkonċerna l-kontribuzzjoni tal-Kummissjoni, il-kuntratt jipprovdi, fl-Artikolu 3(1) u (2) tiegћu, li l-Kummissjoni ser tikkontribwixxi sa 100% ta’ l-ispejjeż rimborżabbli tal-proġett sa limitu ta’ EUR 440 000, somma li tikkostitwixxi l-ispiża totali stmata ta’ l-imsemmi proġett.
120 Skond l-Artikolu 4 tal-kuntratt, li jistabbilixxi l-iskeda tal-ћlasijiet tal-Kummissjoni, il-kontribuzzjoni tal-Kummissjoni titћallas, l-ewwel nett, permezz ta’ ħlas bil-quddiem ta’ EUR 165 000 u wara permezz ta’ ћlasijiet parzjali li jsiru fix-xahrejn ta’ wara l-approvazzjoni tar-rapporti differenti dwar il-progress perjodiku tax-xogћlijiet u tad-dikjarazzjonijiet ta’ l-ispejjeż korrispondenti. Fl-aћћar nett, il-bilanċ tal-kontribuzzjoni totali dovuta ser jitћallas fix-xahrejn ta’ wara l-approvazzjoni ta’ l-aћћar rapport, dokument jew prestazzjoni oћra li jidħlu fil-kuntest tal-proġett previst fl-Anness Tekniku, u tad-dikjarazzjoni ta’ l-ispejjeż gћall-aћћar perijodu previst fl-Artikolu 5(2) tal-kuntratt.
121 L-Artikolu 16(2) tal-kundizzjonijiet ġenerali jistabbilixxi li, bla ħsara gћall-Artikolu 17 dwar il-verifika tal-kontijiet, il-ħlasijiet kollha ser jiġu kkunsidrati bħala ħlas minn qabel sa l-aċċettazzjoni tal-prestazzjonijiet l-oħra li jidħlu fil-kuntest tal-proġett jew, jekk dawn l-elementi ma jiġux speċifikati, sa l-aċċettazzjoni tar-rapport finali. Barra minn hekk, il-punt 3 ta’ l-istess Artikolu jistabbilixxi li, meta l-kontribuzzjoni finanzjarja totali dovuta gћall-proġett, li tinkludi dik li tirriżulta minn verifika ta’ kontiji, hija inqas mill-ħlasijiet effettwati, il-parti kontraenti gћandha minnufih tirrimborża d-differenza lill-Kummissjoni.
122 Jirriżulta mill-ġabra tad-dispożizzjonijiet li l-ћlasijiet kollha li saru mill-Kummissjoni bћala ħlas bil-quddiem jew bћala ћlasijiet parzjali għandhom jiġu kkunsidrati bћala ћlasijiet provviżorji, sakemm ċerti kundizzjonijiet iċċitati iktar ’il fuq, jitwettqu.
123 Fil-fatt, b’mod konformi ma’ l-Artikoli 16 u 17 tal-kundizzjonijiet ġenerali, dawn il-ћlasijiet kollha jsiru mill-Kummissjoni bla ħsara għal verifika u b’hekk ma jistgћux, qabel ma tali verifika tkun seħħet jew terminu ta’ żmien previst għal dan il-għan ma jkunx skada, jikkostitwixxu l-ħlas definittiv ta’ dikjarazzjoni ta’ l-ispejjeż. Barra minn hekk l-ittri ta’ aċċettazzjoni tad-dikjarazzjonijiet ta’ l-ispejjeż, indirizzati mill-Kummissjoni lil GEF fid-19 ta’ Marzu 1998, fl-14 ta’ Diċembru 1998, fis-27 ta’ Lulju 1999 u fl-14 ta’ Diċembru 2000, isemmu espressament il-fatt li “[l-]ispejjeż iddikjarati (jew dawk li ġew mibdula minna) [kienu] ġew ivverifikati u stmati bћala konformi mar-rapport dwar il-progress perjodiku u mal-kuntratt (ara l-parti D ta’ l-Anness II), bla ħsara għal verifika, aġġustamenti wara kalkolu ġdid jew verifika tal-kontijiet u ta’ aċċettazzjoni tar-rati tas-salarji”.
124 Konsegwentement, anke jekk, kif tallega GEF, il-Kummissjoni segwiet b’attenzjoni u fid-dettall l-iżvilupp tal-proġett, esprimiet deċiżjonijiet pożittivi fuq dan ta’ l-aћћar u ma gћamlet l-ebda osservazzjoni negattiva fuq l-ispejjeż iddikjarati u fuq ir-rati tas-salarji applikati, il-fatt li l-Kummissjoni ħadet att tad-dikjarazzjoni ta’ l-ispejjeż li GEF ippreżentatilha, wara xi aġġustamenti dovuti minħabba r-rifjut ta’ xi spejjeż, u li ħallsitha xi somom stabbiliti fuq dan il-bażi ma jimplikax aċċettazzjoni tan-numru aktar għoli ta’ sigħat ta’ xogћol jew tal-bdil fir-rati tas-salarji applikati. Fil-fatt, il-verifika tal-kontijiet li saret mill-Kummissjoni kienet intiża preċiżament sabiex tistabblixxi l-eliġibbiltà ta’ l-ispejjeż mitluba b’mod konformi mal-kuntratt. Gћaldaqstant, id-dikjarazzjonijiet ta’ l-ispejjeż setgћu jiġu kkunsidrati biss bħala aċċettati mill-Kummissjoni wara verifika finanzjarja.
125 Fit-tieni lok, għandu jiġi eżaminat fl-liema kundizzjonijiet il-bidla fis-sigħat ta’ xogħol stmati inizjalment fil-kuntratt u li, skond GEF, kien saru meћtieġa minћabba l-evoluzzjoni tal-kuntest li fih kien jinsab il-proġett setgħet isseħħ.
126 F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat l-ewwel nett li, fir-rigward tar-rati tas-salarji applikati, GEF spejegat matul is-seduta, bħala risposta gћall-mistoqsija tal-Qorti tal-Prim’Istanza, li r-riferiment magħmul gћal dawn ir-rati fil-kuntest ta’ din il-kawża jirriżulta mill-adattament simultanju tas-sigħat tax-xogћol u tar-rati għal kull siegћa, u tal-kombinazzjoni ta’ dawn iż-żewġ elementi fl-ammont totali ta’ l-ispejjeż li ġew sostnuti fl-eżekuzzjoni tal-proġett. Madankollu, jirriżulta mill-inkartament li GEF ma qajmet l-ebda ilment dwar l-aġġustamenti ta’ l-imsemmija rati tas-salarji applikati u lanqas ma kkontestat l-ammont ta’ dawk li ġew approvati mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-verifika tal-kontijiet.
127 B’hekk l-analiżi tal-Qorti tal-Prim’Istanza tirrigwarda biss in-numru ta’ sigħat ta’ xogћol li ġew allokati gћall-proġett.
128 Fuq dan il-punt, għandu jiġi kkonstatat li, fil-verżjoni li tinsab fl-Anness 3 għar-risposti ta’ GEF gћall-mistoqsijiet tal-Qorti tal-Prim’Istanza, l-Anness Tekniku fih, fil-punt 3.7, tabella intitolata “Human Resources Requirements per Task (in man/days)” (iktar ’il quddiem it-“Tabella 1”), li minnha jirriżulta li n-numru ta’ ġranet ta’ xogћol/impjegati previst mill-kuntratt gћall-eżekuzzjoni tas-sitt kompiti deskritti fl-anness tekniku huwa ta’ 447, li huwa ekwivalenti gћal 3 576 siegћa xogћol (447 ġranet ta’ xogћol/persuna x 8 sigħat = 3 576 siegћa) u gћal 894 sigħat xogћol kull sitt xhur (3 576 siegћa xogћol: 4 perijodi ta’ sitt xhur = 894 siegћa gћal kull perijodu ta’ sitt xhur).
129 It-tabella intitolata “Cost Estimates per Task (in ECU)” (iktar ’il quddiem: it-“Tabella 2”), li tinsab fl-istess punt 3.7, fiha stima ta’ l-ispejjeż gћal kull wieћed mis-sitt kompiti u gћal kull kategorija ta’ spejjeż.
130 Tabella intitolata “Unit Costs Assumptions (in ECU)” (iktar ’il quddiem: it-“Tabella 3”), li tipprovdi r-rata ta’ kuljum applikabbli gћas-sigħat ta’ xogћol imwettqa, b’mod partikolari, mill-“Project manager” (1 050), mis-“Senior Consultant” (1 050), mill-“Consultant” (650) u mill-“Information Specialist” (300), u li kienet adottata fil-verżjoni ta’ l-anness tekniku anness ma’ l-att, ma tinsabx aktar fl-Anness Tekniku li jinsab fl-Anness 3 gћar-risposti ta’ GEF gћall-mistoqsijiet tal-Qorti tal-Prim’Istanza. Madankollu GEF hemżet bħala anness ma’ dawn ir-risposti tabella bir-rati ta’ ġurnata li huma ftit ħafna differenti minn dawk esposti iktar ’il fuq applikabbli għas-sigħat ta’ xogħol effettwati.
131 Barra minn hekk, l-istess punt 3.7 tal-verżjoni ta’ l-Anness Tekniku mehmuż bħala anness għar-risposti ta’ GEF gћall-mistoqsijiet tal-Qorti tal-Prim’Istanza jinkludi tabella intitolata “Total cost estimates per Task (in ECU)” (iktar ’il quddiem: it-“Tabella 4”), li jipprovdi l-ammont ta’ spejjeż gћal kull kompitu kif ukoll l-ispiża totali stmata tal-proġett, li tilħaq is-somma ta’ EUR 440 000.
132 Mit-tabelli ċċitati jirriżulta li l-ogћla somma ta’ EUR 440 000, prevista fl-Artikolu 3(1) u (2), tal-kuntratt, tirrappreżenta l-ammont imqarreb sa l-eqreb numru sћiћ, ta’ l-istimi tan-numru ta’ siegħet, ikkalkulati skond il-ġranet ta’ xogћol/persuna, li huma meћtieġa gћall-eżekuzzjoni ta’ kull kompitu (previsti mit-Tabella 1), immultiplikati bir-rata (prevista fit-Tabella 3). Din id-data hija l-bażi tal-kalkolu ta’ l-għola somma ta’ EUR 440 000 u tikkostitwixxi, minħabba dan il-fatt, bħal fil-każ tagħha, elementi essenzjali tal-kuntratt.
133 Fil-fatt, l-evalwazzjoni teknika ta’ proġett, bћal dan il-proġett in kwistjoni, li tinsab fl-Anness Tekniku, gћandha bħala gћan li tippermetti lill-partijiet sabiex jaqblu dwar l-istima tal-baġit totali tal-proġett, li tiddetermina l-kuntest li fih il-Kummissjoni tassumi kontribuzzjoni finanzjarja. Fil-kawża preżenti, l-istima ta’ dan il-baġit saret abbażi tad-data ċċitata iktar ’il fuq, l-istima ta’ kull wieћed minn dawn, fosthom prinċipalment il-volum ta’ xogћol, kienu ġew miftehma miż-żewġ partijiet. Minħabba dan il-fatt, din id-data tikkostitwixxi kriterji oġġettivi sabiex tevalwa l-ћtieġa ta’ l-ispejjeż iddikjarati gћall-eżekuzzjoni korretta tal-proġett, il-konformità tagħhom mal-kuntratt, kif ukoll kull aġġustament li jsir fuqhom.
134 Barra minn hekk, għandu jiġi rrilevat li l-uniku każ, previst fl-Artikolu 12(2) tal-kundizzjonijiet ġenerali, ta’ bidlet fl-ispejjeż stmati, li jikkonsisti mhux fiż-żieda tagћhom, iżda biss sabiex ċerti spejjeż jitpoġġew f’kategorija differenti minn dik li gћaliha huma kienu tpoġġew, huwa aċċettat biss jekk l-għan tal-proġett mhuwiex fondamentalment milqut.
135 Fil-kawża preżenti, jirriżulta mill-inkartament, b’mod partikolari fir-rapport ta’ verifika finali – li GEF kienet rispettivament talbet gћall-erba’ perijodi 2 827, 2 878, 3 005 u 3 569 siegћa xogћol minflok 894 siegћa li ġew stmati gћal kull sitt xhur fil-kuntratt.
136 Madankollu, għandu jiġi kkunsidrat li żieda daqshekk sinjifikanti tas-sigħat ta’ xogћol li kienu meћtieġa gћall-eżekuzzjoni tal-proġett, stmati għal kull kompitu u għal kull kategorija ta’ spejjeż, bħal fil-każ ta’ riallokazzjoni ta’ l-ispejjeż prevista fl-Artikolu 12(2) tal-kundizzjonijiet ġenerali, hija ta’ natura li taffettwa d-daqs u l-impatt tiegħu, safejn il-volum ta’ xogħol allokat gћall-proġett jistabbilixxi l-karatteristiċi tiegћu. L-adattament tal-kuntratt meћtieġ minħabba żieda sostanzjali fil-volum ta’ xogћol ta’ l-impjegati allokat gћall-proġett kien irrekjeda emenda fil-kuntratt, skond l-Artikolu 8 tiegћu, permezz ta’ ftehim bil-miktub konkluż bejn ir-rappreżentanti taż-żewġ partijiet.
137 Din il-konklużjoni ma tistax tiġi kkontestata minћabba l-fatt, invokat minn GEF, li t-talba tagћha ma timplikax kontribuzzjoni ogћla mis-somma massima ta’ EUR 440 000. Jekk din is-somma ta’ EUR 440 000 tikkostitwixxi l-ogћla limitu li ma jistax jinqabeż, xorta waħda dan mhuwiex la limitu minimu ta’ rimborż ta’ l-ispejjeż li ġew allokati gћall-proġett u lanqas l-uniku kriterju li jippermetti li jevalwa li jiġu kkunsidrati l-ispejjeż li jikkonċernaw lill-impjegati ddikjarati. Barra minn hekk il-kuntratt juri l-ispejjeż rimborżabbli skond ċerti kundizzjonijiet preċiżi, fosthom dawk relatati mal-prova li għandha titressaq, b’tali mod li l-Kummissjoni ma setgћet tagћmel l-ebda ћlas abbażi tal-kuntratt, minћabba l-fatt li l-kontribuzzjoni tagћha ma qabżitx is-somma massima ta’ EUR 440 000.
138 Fl-aћћar nett, jirriżulta mill-atti tal-kawża li GEF kienet ipproponiet lill-Kummissjoni sabiex tipproċedi għal adattament tal-kuntratt, intiż sabiex jibdel il- ћinijiet tax-xogћol inizjalment stmati gћall-proġett, li kienu meћtieġa minћabba l-iżvilupp tal-kuntest li fih il-proġett kien jinsab.
139 B’hekk GEF baqgħet ma wrietx l-ineżattezza ta’ l-affermazzjoni, li tinsab fit-tieni rapport ta’ evalwazzjoni teknika, li skond din ebda prova ma tressqet quddiem l-awdituri li t-tibdil sostanzjali tal-ħin ta’ xogħol inizjalment stmat għall-proġett kien ġie approvat mill-Kummissjoni.
– Fuq il-prova li tikkonċerna s-sigħat ta’ xogћol allokati gћall-proġett
140 Rigward il-kwistjoni jekk GEF ressqet il-prova ta’ l-ispejjeż ta’ l-impjegati li hija tafferma li kienet sostnuti sabiex teżegwixxi l-proġett, ta’ min ifakkar li, kif ġie indikat fil-punti 110‑112 iktar ’il fuq, il-prova tal-ћtieġa u ta’ l-użu effettiv ta’ l-ispejjeż reali li ġew iddikjarati fl-eżekuzzjoni tal-proġett, matul il-tul ta’ żmien tiegћu, gћandha tiġi stabbilita skond kundizzjonijiet preċiżi. Għaldaqstant, GEF kellha żżomm reġistru tas-sigħat tax-xogћol iċċertifikati għall-anqas darba fix-xahar mill-persuna responsabbli tal-proġett jew minn uffiċjal gћoli awtorizzat biex jagћmel dan. Din kellha, barra minn hekk, iżżomm il-kontijiet kif ukoll id-dokumentazzjoni xierqa, li għandhom ikunu disponibbli waqt il-verifika tal-kontijiet, u dan sabiex issostni u tiġġustifika l-ispejjeż u s-sigħat irrapurtati.
141 B’hekk għandu jiġi ddeterminat jekk id-dokumenti ppreżentati minn GEF matul il-verifika tal-kontijiet jissodisfawx il-kundizzjonijiet rekwiżiti mill-kuntratt sabiex jikkostitwixxu l-prova rekwiżita ta’ l-ispejjeż ta’ l-impjegati li ġew allokati gћall-proġett.
142 F’dan ir-rigward, jirriżulta mid-dokumenti ta’ l-inkartament li tliet kategoriji ta’ dokumenti għandhom jiġu eżaminati. L-ewwel kategorija tikkonċerna l-kontabbiltà u d-dokumentazzjoni li GEF għandha żżomm b’mod konformi mad-dispożizzjonijiet applikabbli fil-Belġju, previsti fl-Artikolu 15(1) tal-kundizzjonijiet ġenerali. It-tieni kategorija tirreferi gћad-dokumenti li jindikaw in-numru totali ta’ sigħat ta’ xogћol għal kull xahar ta’ kull wieħed mill-impjegati, li hija mimlija skond ir-regoli stabbiliti mis-segretarjat soċjali Securex, li jservu bћala bażi sabiex jitћallsu s-salarji u l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali (iktar ’il quddiem: l-“iskedi ta’ attendenza ta’ l-impjegati Securex”). It-tielet kategorija hija kkostitwita mill-iskedi ta’ attendenza ta’ l-impjegati supplementari ppreparati mis-Sur Goldfinger matul il-verifika tal-kontijiet fuq il-bażi tal-kuntratti ta’ l-impjieg u ta’ aġenda ta’ l-uffiċju li ma kellha l-ebda dettalji dwar is-sigħat tax-xogћol, skedi li fihom kienu msemmija s-sigħat ta’ xogћol li ġew allokati kuljum għal kull kategorija ta’ impjegati professjonali li kienet ħadmet fuq il-proġett (iktar ’il quddiem: l-“iskedi ta’ attendenza ta’ l-impjegati supplementari”).
143 Għal dak li jikkonċerna l-ewwel kategorija ta’ dokumenti, il-Kummissjoni ma tikkontestax li GEF imliet u bagћtet lill-Kummissjoni żewġ kwestjonarji finanzjarji u erba’ dikjarazzjonijiet ta’ l-ispejjeż li kien fihom rendikont iddettaljat ta’ l-ispejjeż ta’ l-impjegati, li jinkludi wkoll in-numru ta’ sigħat ta’ xogћol u r-rata għal kull siegħa. Hija lanqas ma tikkontesta l-fatt li GEF kellha sistema ta’ kontabbiltà li kienet konformi mad-dispożizzjonijiet applikabbli fil-Belġju, li hija poġġiet gћad-dispożizzjoni ta’ l-awdituri. Barra minn hekk, jirriżulta mill-punt 3 kemm ta’ l-abbozz tar-rapport ta’ verifika kif ukoll tar-rapport ta’ verifika finali, taħt it-taqsima “Book keeping analysis”, li l-awdituri kkonstataw li GEF kienet tippreżenta kull sena rendikont finanzjarju u li l-ispejjeż użati gћall-preżentazzjoni tad-dikjrazzjonijiet ta’ l-ispejjeż kienu msemmija fil-kontabbiltà ta’ GEF. Il-fatt li l-awdituri vverifikaw li d-dikjarazzjonijiet ta’ l-ispejjeż kienu, fuq dan il-punt, konformi mal-kontijiet ta’ GEF madankollu ma jfissirx li GEF kellha d-dokumentazzjoni meħtieġa sabiex tikkorrobora u tiġġustifika, b’mod konformi mal-kuntratt, l-ispejjeż u l-ћin ta’ xogћol li ġew rappurtati bħala li kienu relatati mal-proġett. Fil-fatt għandhom jiġu analizzati ż-żewġ kategoriji l-oћra ta’ dokumenti msemmija iktar ’il fuq.
144 Għaldaqstant, għal dak li jikkonċerna t-tieni kategorija ta’ dokumenti, il-Kummissjoni tirrikonoxxi li GEF kienet ikkonservat l-iskedi ta’ attendenza ta’ l-impjegati Securex u tafferma li dawn kienu ġew ippreżentati lill-awdituri matul il-verifika tal-kontijiet li seħħet bejn it-18 u l-21 ta’ Ġunju 1999, u mogħtija lill-Kummissjoni fl-20 ta’ Novembru 2000. Madankollu, kif ġie kkonstatat ġustament mill-Kummissjoni, dawn l-iskedi ta’ attendenza ta’ l-impjegati ma jistgћux jiġu kkunsidrati bћala reġistru tas-sigħat ta’ xogћol skond it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 13(1) tal-kundizzjonijiet ġenerali, ħlief jekk dawn jispeċifikaw li s-sigħat imsemmija fihom kienu effettivament ġew allokati għall-proġett. Madankollu GEF ammettiet matul is-seduta, li dawn l-iskedi ma fihomx din l-informazzjoni.
145 Ċertament, kif GEF iddikjarat u kif il-Kummissjoni stess ammettiet fl-ittra tagћha ta’ l-20 ta’ Marzu 2000, il-kuntratt ma jimponi l-ebda mudell speċifiku sabiex jiġu rreġistrati s-sigħat tax-xogћol. Madankollu, jirriżulta mit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 13(1) u l-Artikolu 15(1), tal-kundizzjonijiet ġenerali li d-dokumentazzjoni għandha tkun approprjata sabiex issostni u tiġġustifika l-ispejjeż u s-sigħat ta’ xogћol li jkunu effettivament intużaw gћall-proġett. Fil-fatt, minħabba li l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Kummissjoni hija suġġetta għall-kundizzjoni li l-ispejjeż reali u neċessarji sostnuti mill-parti kontraenti jirrigwardaw eżklużivament il-proġett, in-natura approprjata tad-dokumenti meћtieġa mid-dispożizzjonijiet msemmija iktar ’il fuq timplika li GEF turi b’mod ċar, fir-reġistru ta’ l-ispejjeż tagћha li l-ispejjeż u s-sigħat iddikjarati huma effettivament relatati ma’ l-eżekuzzjoni tal-proġett. Konsegwentement, kif il-Kummissjoni rrilevat korrettament, dawn id-dokumenti gћandhom jindikaw b’mod preċiż in-numru ta’ sigħat ta’ xogћol, l-identità ta’ l-impjegat, is-salarju veru tiegћu kif ukoll il-konnessjoni bejn l-ispejjeż u l-kompiti li huma s-suġġett tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Kummissjoni.
146 Għal dak li jikkonċerna t-tielet kategorija ta’ dokumenti, GEF ma tikkontestax, fis-sottomissjonijiet tagћha, l-allegazzjoni tal-Kummissjoni li s-Sur Goldfinger ipprepara l-iskedi ta’ attendenza ta’ l-impjegati supplementari matul il-verifika tal-kontijiet abbażi tal-kuntratti ta’ l-impjieg u ta’ l-aġenda ta’ l-uffiċju li la fihom l-ismijiet ta’ l-impjegati u lanqas is-sigħat allokati għall-proġett. Din lanqas ma tallega li dawn l-iskedi jindikaw l-ismijiet tal-persuni li kienu ћadmu fuq il-proġett u li fihom il-firem. GEF tammetti, minbarra dan, li dawn l-iskedi juru diverġenzi meta mqabbla ma’ l-iskedi ta’ attendenza ta’ l-impjegati Securex, b’differenza totali ta’ madwar 120 siegћa (l-ittra tas-Sur Pirenne tal-31 ta’ Jannar 2000).
147 Huwa paċifiku li, bћall-iskedi ta’ attendenza ta’ l-impjegati Securex, l-iskedi ta’ attendenza ta’ l-impjegati supplementari jistgћu jiġu kkunsidrati bћala provi tal-ћin allokat gћall-proġett minn kull impjegat tal-GEF, f’każ biss li jintwera li dawn jissodisfaw il-kundizzjonijiet imsemmija fil-punt 145 aktar ’il fuq.
148 Barra minn hekk, skond it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 13(1) tal-kundizzjonijiet ġenerali, id-dokumenti li jaffermaw ir-reġistrazzjoni tas-sigħat ta’ xogћol rappurtati huma ċċertifikati, mill-inqas darba fix-xahar, mill-persuna responsabbli mill-proġett jew minn uffiċjal għoli awtorizzat biex jagћmel dan. Dan ir-rekwiżit, li huwa essenzjali sabiex jiġi osservat l-obbligu li jinżamm reġistru ċċertifikat tas-sigħat tax-xogћol iddikjarati, jimplika li dan ir-reġistru inżamm matul il-perijodu kollu tal-proġett, jiġifieri li s-sigħat ta’ xogћol jiġu rreġistrati waqt li l-kompiti jiġu eżegwiti, u dan ma jistax jitqabbel mż-żamma a posteriori ta’ l-iskedi ta’ attendenza ta’ l-impjegati supplementari.
149 Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq, la l-iskedi ta’ attendenza ta’ l-impjegati Securex − minћabba li l-ispejjeż u s-sigħat iċċitati iktar ’il fuq mhumiex speċifikati − u lanqas l-iskedi ta’ attendenza ta’ l-impjegati supplementari li ġew ippreżentati waqt il-verifika tal-kontijiet li saret bejn it-18 u l-21 ta’ Ġunju 1999 − gћall-istess raġunijiet u peress li ma kinux ġew iċċertifikati, għall-anqas darba fix-xahar, mill-persuna responsabbli mill-proġett jew minn uffiċjal għoli awtorizzat biex jagћmel dan – ma jistgħu jiġu kkunsidrati bħala konformi mar-rekwiżiti ta’ prova kif stipulat fil-kuntratt.
150 Barra minn hekk, l-argument imqajjem għall-ewwel darba minn GEF matul is-seduta, li l-iskedi ta’ attendenza ta’ l-impjegati supplementari kienu ġew stabbiliti, aġġornati u arkivjati taћt forma informatika mis-Sur Goldfinger ma jistax jiġi aċċettat. Tali ċirkustanza, anki jekk hemm prova tagħha, ma tistax tippermetti li jiġi stabbilit li dawn l-iskedi huma konformi mal-kundizzjonijiet imsemmija fil-punt 145 iktar ’il fuq, peress li matul is-seduta GEF ammettiet li qatt ma kienet ћasbet li se jkollha tressaq prova relatata mad-data meta inkitbu l-imsemmija dokumenti.
151 Barra minn hekk, matul it-tieni evalwazzjoni teknika, GEF ma ppreżentat l-ebda dokument oħra li jsostnu l-ispejjeż iddikjarati. Gћalhekk, il-konklużjonijiet li gћalihom kien wasal l-abbozz tar-rapport ta’ verifika ġew adottati fir-rapport ta’ verifika finali.
152 F’dawn il-kundizzzjonijiet, mhemmx lok li jiġi eżaminat l-argument tal-partijiet rigward l-affermazzjonijiet li jinsabu fir-rapport ta’ verifika finali dwar l-iskedi ta’ attendenza li ġew ippreparati mis-Sur Goldfinger, fejn dawn huma ineżatti kemm rigward id-data tal-bidu tal-kuntratt, kif ukoll il-202 siegћa ddikjarati għal speċjalista ta’ l-informazzjoni f’Lulju u f’Ottubru 1997. Fil-fatt, dawn l-iskedi ma jistgħux jiġu kkunsidrati bħala konformi mar-rekwiżiti probatorji meћtieġa mill-kuntratt, u għalhekk l-evalwazzjoni ta’ l-iżbalji msemmija iktar ’il fuq issir mingħajr skop.
153 Konsegwentement, hemm lok li jiġi kkonstatat li GEF ma kinitx qed iżżomm l-iskedi ta’ attendenza ta’ l-impjegati tagћha, skond it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 13(1) tal-kundizzjonijiet ġenerali.
154 Fir-rigward, b’mod partikolari, tar-rimunerazzjoni tas-Sur Goldfinger, għandu jiġi rrilevat qabel kollox li GEF illimitat ruћha sabiex tafferma li l-Kummissjoni ma ħaditx in kunsiderazzjoni tal-pożizzjoni li hija kienet sostniet fl-ittra tas-Sur Pirenne tal-31 ta’ Jannar 2000 rigward l-abbozz tar-rapport ta’ verifika. F’din l-ittra, is-Sur Pirenne afferma mill-ġdid l-eżattezza tal-kalkolu tar-rimunerazzjoni tas-Sur Goldfinger, kif ukoll il-fatt li din tikkostwixxi spiża aċċettabbli fid-dawl tas-sitwazzjoni tas-suq Belġjan, kif diġà kienet ddikjarat GEF fl-ittra preċedenti tagħha tat-30 ta’ Lulju 1999.
155 Sussegwentement, jirriżulta mill-abbozz tar-rapport ta’ verifika tal-21 ta’ Diċembru 1999 li l-awdituri kienu għamlu kalkolu ġdid ta’ l-imsemmija rimunerazzjoni, għar-raġuni li din kienet tinkludi ċerti bonuses ta’ tliet snin, sabiex tieħu kunsiderazzjoni biss ta’ ammont totali ta’ bonus għal sentejn.
156 Gћalhekk, safejn GEF ma qajmet l-ebda kritika dwar ir-rettifikazzjoni tal-perijodu rilevanti, hija baqgħet ma wrietx li l-awdituri żbaljaw fl-operat tagħhom meta naqqsu l-ammont irċevut mis-Sur Goldfinger abbażi ta’ dawn il-bonuses, b’mod li tieħu kunsiderazzjoni biss ta’ dawk relatati mal-perijodu ta’ sentejn li jikkorrispondi gћall-perijodu tal-proġett.
157 Jirriżulta minn dak kollu li ntqal li GEF ma ressqitx prova, la dwar l-ispejjeż ta’ l-impejgati li ġew iddikjarati gћall-eżekuzzjoni tal-proġett u lanqas ta’ l-ineżattezza tal-kalkolu tar-rimunerazzjoni tas-Sur Goldfinger li sar matul il-verifika tal-kontijiet.
– Fuq l-ineżattezzi ddikjarati li setgћu saru mill-awdituri dwar is-sigħat ta’ xogћol u dwar l-ispejjeż ta’ l-impjegati indikati fir-rapport tat-tieni evalwazzjoni teknika u fir-rapport ta’ verifika finali
158 Għandhom jiġu eżaminati l-argumenti ta’ GEF, meta tgħid li l-awdituri ma kinux eżatti rigward, minn naћa, il-proċedura adottata fit-tieni evalwazzjoni teknika u r-riżultat dwar is-sigħat tax-xogћol li din kienet waslet gћalih u, min-naћa l-oћra, il-konstatazzjonijiet tagћhom dwar l-ispejjeż ta’ l-impjegati li huma previsti fir-rapport ta’ verifika finali.
159 Għal dak li jikkonċerna t-tieni evalwazzjoni teknika ta’ l-20 ta’ Mejju 2000, irid qabel xejn jiġi miċħud l-argument ta’ GEF li huwa bbażat fuq l-irregolarità tal-proċedura li ġiet adottata mill-awdituri. Skond GEF, dawn ta’ l-aћћar ma osservawx it-termini ta’ referenza ta’ l-eżami msemmija fl-ittra tal-Kummissjoni ta’ l-20 ta’ Marzu 2000, peress li dawn ma investigawhiex fuq iż-żmien li hija kienet allokat għal kull kompitu u lanqas ma gћamlu stima raġnevoli taż-żmien allokat gћall-proġett. Il-metodu li ġie adottat, li kien jikkonsisti fil-qsim tan-numru totali ta’ sigħat ta’ xogћol li kienu ġew stmati inizjalment gћall-kompiti differenti, mhuwiex konformi mal-kuntratt li ma jipprovdix bħala bażi ta’ ħlas l-ispejjeż stmati, imma dawk effettivament sostnuti u ġġustifikati.
160 F’dan ir-rigward ta’ min ifakkar, minn naћa, li, fl-ittra tagћha ta’ l-20 ta’ Marzu 2000, il-Kummissjoni affermat li l-aġġustamenti li jinsabu fl-abbozz tar-rapport ta’ verifika kienu bbażati fuq in-numru ta’ sigħat totali stmat li l-assessuri tal-proposta inizjali kienu kkunsidraw bħala raġonevoli gћall-eżekuzzjoni tal-kompiti. Huwa proprju minћabba l-oppożizzjoni qawwija ta’ GEF gћal dawn l-aġġustamenti li, fl-ittra tagћha ta’ l-20 ta’ Marzu 2000, il-Kummissjoni pproponiet li ssir verifika teknika oћra sabiex tistabbilixxi n-numru eżatt ta’ sigħat li setgħu jiġu raġonevolment mitluba għal kull wieħed mill-kompiti eżegwiti abbażi ta’ l-Anness Tekniku tal-kuntratt.
161 Min-naћa l-oћra, l-Anness I tar-rapport tat-tieni evalwazzjoni teknika, li jistabbilixxi li l-iskop tagħha huwa li tirrevedi ż-żmien raġonevolment neċessarju gћall-eżekuzzjoni tal-proġett, jippreċiża li, peress li l-proġett kien diġà s-suġġett ta’ evalwazzjoni teknika, l-enfasi għandha tkun fuq, l-ewwel nett, il-konferma jew le ta’ l-evalwazzjoni preċedenti, fit-tieni lok, l-evalwazzjoni tal-konformità tal-kompiti eżegwiti bil-programm ta’ xogħol li jinsab fl-anness tekniku, fit-tielet lok, l-evalwazzjoni ta’ l-eżekuzzjoni korretta tal-kompiti u, fir-raba’ lok, l-evalwazzjoni tan-numru ta’ sigћat li setgħu raġonevolment jiġu mitluba għal kull impjegat jew għal kull kategorija ta’ impjegat.
162 Minbarra dan, jirriżulta mir-rapport tat-tieni evalwazzjoni teknika, li matulha s-Sur Goldfinger ippreżenta r-riżultati tal-proġett u rrisponda gћall-mistoqsijiet li sarulu matul iż-żewġ seduti li saru gћal dan il-gћan, li l-awdituri kkonstataw, fl-ewwel lok, li l-proġett, li d-deskrizzjoni teknika tiegћu kienet teżiġi baġit inizjali ta’ 22 xahar xogħol/impjegat, kien jeћtieġ riżorsi li kienu tliet darbiet akbar. Skond dawn, din il-bidla fis-sigħat neċessarji sabiex jiġi eżegwit il-proġett la kien ġiet iġġustifikat b’xi dokumentazzjoni u lanqas ma ġiet approvat mill-Kummissjoni. Fit-tieni lok, l-awdituri kkonstataw li kien diffiċli li jqabblu l-prestazzjonijiet li jidħlu fil-kuntest tal-proġett mad-dokumenti disponibbli. Skond dan ir-rapport, is-Sur Goldfinger ammetta din id-diffkultà, meta afferma li l-imesmmija prestazzjonijiet kienu ġew maqsuma bejn bosta dokumenti u li huma kienu ġew aġġustati matul iż-żmien sabiex jieħdu kunsiderazzjoni ta’ sitwazzjoni ta’ evoluzzjoni mgћaġġla ħafna. Barra minn hekk, is-Sur Goldfinger żied jgħid li ċerti prestazzjonijiet ma kinux ġew ipprovduti minћabba n-nuqqas ta’ interess min-naħa tal-partijiet.
163 Fir-tielet lok, l-ispetturi kkonstataw li dawn l-ispjegazzjonijiet ma kinux appoġġjati bi provi dokumentati. Barra minn hekk, huma ma sabu l-ebda informazzjoni rilevanti dwar il-livell ta’ riżorsi li ġew allokati gћal kull lott ta’ xogћlijiet, peress li l-unika informazzjoni pprovduta kienet tirreferi gћall-ispejjeż totali fi Frank Belġjan. Is-Sur Goldfinger, li ġie mistieden sabiex jipprovdi informazzjoni f’dan ir-rigward, ma għamel l-ebda kjarifika.
164 GEF ma tikkontestax dawn il-konstatazzjonijiet, iżda llimitat ruћha li tafferma li ebda sforz ma kien sar sabiex jivvalida l-kalkoli mat-tim li ħadem fuq il-proġett.
165 Fl-aћћar nett, jirriżulta mill-konstatazzjonijiet li saru fil-punti 140-153 aktar ’il fuq, li GEF ma kinitx iżżomm reġistru tas-sigħat tax-xogћol b’mod konformi mat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 13(1) tal-kundizzjonijiet ġenerali.
166 Fid-dawl ta’ dawn l-elementi kollha li ssemmew aktar ’il fuq, għandu jiġi rrilevat, l-ewwel nett, li l-ebda dispożizzjoni tal-kuntratt ma timponi fuq il-Kummissjoni l-obbligu li teżegwixxi verifika teknika supplementari. F’dan ir-rigward, jirriżulta mill-proċess li GEF fl-ebda mument, lanqas quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza, ma kkontestat il-kunsens tagћha sabiex tiġi eżegwita din il-verifika.
167 Sussegwentment, għandu jiġi kkunsidrat, kif jirriżulta mit-termini stess li fihom l-assessuri kellhom jipproċedu għal tali verifika, imsemmija fil-punt 61 iktar ’il fuq, li skond dawn din il-verifka kienet tikkonsisti f’reviżjoni ta’ l-ewwel verifika għal dak li jikkonċerna ż-żmien raġonevoli neċessarju sabiex jiġi eżegwit il-proġett, li l-imsemmija verifika tidħol fil-kuntest ta’ l-obbligi kuntrattwali li ż-żewġ partijiet kienu daħlu għalihom.
168 Jekk huwa ċertament eżatt li l-assessuri ma setgħux jaslu, fl-eżekuzzjoni tal-missjoni tagħhom, għal riżultat li jikkorrispondi għax-xewqiet espressi minn GEF li jiġi rikonoxxut lilha l-ħin li hija tallega li allokat għal kull kompitu tal-proġett, xorta jibqa’ l-fatt li, wara dan ir-riżultat, GEF ma talbitx lill-Kummissjoni li tipproċedi sabiex tagћmel il-perizja. Kif ġie ċċarat fil-punt 150 aktar ’il fuq, GEF qatt ma ћasbet sabiex tipprovdi l-prova relatata mad-data tal-kumpilazzjoni, f’forma informatika, ta’ l-iskedi ta’ attendenza supplementari li juru s-sigħat ta’ xogћol, b’mod konformi mar-rekwiżiti previsti mill-kundizzjonijiet ġenerali.
169 Fl-aћћar nett, bћala risposta gћall-mistoqsija li saret mill-Qorti tal-Prim’Istanza matul is-seduta, GEF ma setgћetx tispjega b’liema mod l-assessuri kellhom jipproċedu għal stima raġonevoli tas-sigħat ta’ xogћol allokati gћall-proġett, fin-nuqqas ta’ kwalunkwe prova f’dan ir-rigward.
170 B’hekk l-awdituri kkunsidraw korrettament, għall-finijiet tal-kontroll ta’ l-ispejjeż mitluba minn GEF, li huma ma setgħux jiddeterminaw in-numru ta’ sigħat li setgħu raġonevolemnt jiġu attribwiti gћall-proġett u li huma kienu adottaw proċedura li kienet tikkonsisti li tibbaża n-numru ta’ sigħat ta’ xogħol aċċettati fuq in-numru ta’ sigħat stmat inizjalment. F’dawn il-kundizzjonijiet, il-metodu segwenti, li jikkonsisti li n-numru totali ta’ sigħat ta’ xogħol stmat inizjalment jiġi diviż bil-kompiti differenti, qsim li barra minn hekk huwa identiku għal dak magħmul fl-Anness Tekniku, irriżulta kumpatibbli mal-kuntratt.
171 Fit-tieni lok, għandu jiġi miċћud l-argument avvanzat minn GEF, li jgħid li peress li fir-rapport finali ta’ evalwazzjoni teknika tal-21 ta’ Settembru 1999, il-Kummissjoni ddikjarat li x-xogћol kien ġie eżegwit u li r-riżorsi kienu ġew utilizzati b’mod korrett, mhuwiex raġonevoli li n-numru ta’ sigħat ta’ xogħol allokati għall-proġett li ġie aċċettat mill-Kummissjoni wara t-tieni evalwazzjoni teknika ta’ l-24 ta’ Mejju 2000 kien inqas mill-istima inizjali.
172 Għandu jiġi rrilevat, qabel kollox, li din id-dikjarazzjoni għandha tinqara flimkien mad-dikjarazzjonijiet l-oћra li jinsabu fl-istess rapport. Gћalhekk, l-assessuri affermaw li ma kienx ċar li l-isforz mwettaq fl-eżekuzzjoni tal-proġett kien konformi mal-pjanijiet oriġinali. Skond l-assessuri, il-persuna responsabbli mill-proġett m’gћamlitx ir-riżorsi użati jikkorrispondu b’mod ċar ma’ kompiti speċifiċi, li gћalhekk sar diffiċli kwalunkwe tentattiv sabiex tiġi individwata l-korrispondenza bejn l-attivitajiet li saru fil-kuntest ta’ kull kompitu u r-riżorsi korrispondenti. Kien wara dawn id-dikjarazzjonijiet li huma kkunsidraw, b’mod ġenerali, li r-riżorsi kienu ġew użati b’mod korrett. Barra minn hekk, fil-konklużjonijiet u fir-rakkomandazzjonijiet espressi fir-rapport, huma żiedu li, anke jekk ix-xogћol kien ġie eżegwit u li r-riżorsi ġew utilizzati, il-persuna responsabbli mill-proġett ma żammitx ruħha infurmata biżżejjed rigward il-proċeduri formali tal-kontroll tax-xogћol eżegwit u tar-riżorsi utlizzati, u dan għamel ix-xogћol tagћhom aktar diffiċli peress li kellhom, xi drabi, jagћmlu suppożizzjonijiet dwar l-impatt u dwar l-ispiża tal-kompiti li ma kinux ġew dokumentati tajjeb.
173 Imqiegħda fil-kuntest tagћha, l-affermazzjoni irrilevata minn GEF tidher b’mod ċar bħala affermazzjoni ta’ ordni ġenerali li mhijiex sostnuta b’elementi konkreti, u li l-portata tagћha hija limitata mill-konstatazzjoni rigward l-insuffiċjenza ta’ dettalji u ta’ dikjarazzjonijiet li jirrigwardaw ix-xogћol eżegwit u r-riżorsi utlizzati, li ġew attribwiti lill-persuna responsabbli mill-proġett.
174 Sussegwentement, l-evalwazzjoni li saret mill-Kummissjoni fir-rapport ta’ evalwazzjoni teknika, finali li ġġib id-data tal-21 ta’ Settembru 1999, ma tirrappreżentax, fil-kawża preżenti, l-evalwazzjoni finali tal-Kummissjoni rigward ir-regolarità ta’ l-ispejjeż sostnuti fl-eżekuzzjoni tal-proġett. Din l-evalwazzjoni saret fl-ambitu tal-verifika tal-kontijiet.
175 Fl-aћћar nett, l-evalwazzjoni definittiva tas-sigħat tax-xogћol meћtieġa u li ġew effettivament użati gћat-twettiq tal-proġett tiddependi mill-prova pprovduta minn GEF dwar l-ispejjeż relatati miegħu. Madankollu, peress li d-dokumenti ppreżentati minn GEF ma ġewx ikkunsidrati bћala approprjati sabiex jikkostitwixxu l-prova rekwiżita f’dan ir-rigward mill-kuntratt, l-awdituri kellhom rikors gћal valuri li ġew stmati inizjalment mill-kuntratt sabiex jevalwaw is-sigħat tax-xogћol li ġew ddikjarati u sabiex jaċċettaw l-ispejjeż li ġew allokati gћall-proġett. Peress li dawn il-valuri ma jirrappreżentawx stimi minimi, il-valuri aċċettati wara l-kontroll li sar mill-Kummissjoni jistgћu jirriżultaw aktar baxxi.
176 Fil-kawża preżenti, huwa paċifiku li l-awdituri stabbilixxew l-elenku tal-prestazzjonijiet marbuta ma’ kull kompitu previst fil-proġett, b’mod konformi ma’ l-Anness Tekniku, u stmaw li r-riżultati tat-tieni u tat-tielet kompitu ma kinux jidhru jew ma kinux sћaћ.
177 Wara dan l-istћarriġ, in-numru ta’ sigħat ta’ xogћol inizjalment stmat fid-deskrizzjoni teknika tal-kuntratt ġie mnaqqas gћal dawn iż-żewġ kompiti partikolari.
178 F’dawn iċ-ċirkustanzi, fir-rigward tat-tieni evalwazzjoni teknika, għandu jiġi konkluż li, peress li GEF ma pprovdiet l-ebda prova li tista ssostni s-sigħat ta’ xogћol iddikjarati, l-awdituri kienu b’mod korrett wettqu l-kontroll tagћhom billi bbażaw ruћhom fuq id-deskrizzjoni teknika tal-kuntratt u naqqsu n-numru ta’ sigħat li ġew iddikjarati fir-rigward tal-kompiti mhux eżegwiti.
179 Rigward ir-rapport ta’ verifika finali tat-28 ta’ Ġunju 2000, GEF mhijiex korretta meta tikkontesta l-konstatazzjoni ta’ l-awdituri bbażata fuq l-analiżi tar-relazzjoni bejn il-fatturat u l-ispejjeż ta’ l-impjegati, li tinsab fl-abbozz tar-rapport ta’ verifika u adottata fir-rapport ta’ verifika finali, li jipprovdi li l-ispejjeż ta’ l-impjegati li kienu ġew fatturati kineu ġew sopravalutati b’mod serju.
180 Fil-fatt, jirriżulta mill-ittra tal-Kummissjoni ta’ l-20 ta’ Marzu 2000 li l-awdituri, gћalkemm qiesu meћtieġ f’ċerti każijiet li l-ispejjeż jinqasmu, illimitaw ruћhom sabiex jivverifikaw id-data pprovduta minn GEF skond il-kontabbilità proprja tagћha. Il-fatt li, matul is-sena fiskali 1996/1997, kien sar fatturat li jammonta gћal BEF 6.5 miljun bi spiża ta’ l-impjegati tlaћћaq is-somma ta’ BEF 5.5 miljun, u li, matul is-sena fiskali 1997/1998 sar kważi l-istess fatturat, jiġifieri ta’ BEF 6.2 miljun, bl-ispiża ta’ l-impjegati li tammonta gћal BEF 2.3 miljun, jindika li l-ispejjeż ta’ l-impjegati li ġew fatturati lill-Kummissjoni kienu sopravalutati. Anki jekk jiġi preżunt, bħal ma tallega GEF, li l-preżentazzjoni tal-figuri setgћet taffettwa r-rappreżentazzjoni eżatta tal-perijodi kkonċernati, GEF kienet taf perfettament dwar dan meta saru l-kontijiet finanzjarji, u setgћet ippreżentathom mod ieћor. Barra minn hekk, b’risposta gћall-mistoqsija li saret mill-Qorti tal-Prim’Istanza fuq dan il-punt, GEF ammettiet, matul is-seduta, li kien l-obbligu tagћha li tippreżenta l-figuri ċċitati iktar ’il fuq filwaqt li tikkunsidra l-ħin varjabbli invokat.
181 Gћaldaqstant l-ilmenti kollha dwar l-ispejjeż ta’ l-impjegati għandhom jiġu miċћuda.
Fuq l-ispejjeż li jikkonċernaw l-intestaturi “spejjeż ta’ l-ivvjaġġar u ta’ għejxien” u “spejjeż oћra”
182 GEF issostni li hija ddokumentat u ġġustifikat dawn l-ispejjeż kollha. Dan huwa l-każ ta’ l-ispejjeż relatati ma’ l-istudju Datamonitor u x-xiri ta’ oġġetti żgћar fil-libreriji, u li GEF qiegћda tippreżenta bћala eżempji tan-nuqqas ta’ qbil tagћha fir-rigward tar-rifjut tal-Kummissjoni. Gћalhekk għandu jiġi eżaminat, gћal kull intestatura ta’ l-ispejjeż in kwistjoni, jekk GEF resqitx il-prova korrispondenti.
– “Spejjeż ta’ l-ivvjaġġar u ta’ l-għejxien” iddikjarati fit-tieni dikjarazzjoni ta’ l-ispejjeż
183 Mill-abbozz tar-rapport ta’ verifika, kif ukoll mir-rapport ta’ verifika finali li jikkorrispondi miegħu fuq dan il-punt, jirriżulta li GEF kienet iddikjarat, fit-tieni dikjarazzjoni ta’ l-ispejjeż tagħha, ammont ta’ BEF 261 869 (EUR 6 450) taћt l-intestatura “spejjeż ta’ l-ivvjaġġar u ta’ għejxien”, li jitniżżlu taћt l-intestatura “spejjeż ta’ netwerking”.
184 Dan l-ammont kien jinkludi l-ispiża ta’ BEF 126 871 (EUR 3 145.05), li tirrigwarda l-ћlas ta’ l-studju pprovdut mid-Datamonitor.
185 Barra minn hekk, il-Kummissjoni kklassifikat mill-ġdid l-ammont ta’ BEF 62 750, li ġie ddikjarat bћala spiża ta’ l-ivvjaġġar, u ttrasferiet din is-somma minn taћt l-intestatura “spejjeż oћra” gћall-intestatura “spejjeż ta’ l-ivvjaġġar u ta’ għejxien”.
186 L-ammont ta’ BEF 64 121, li ġie miċћud fil-kuntest tat-tieni dikjarazzjoni ta’ l-ispejjeż, gћaldaqstant jikkorrispondi mar-riżultat ta’ l-operazzjoni li permezz tagћha mis-somma ta’ 261 869 jitnaqqas ir-riżultat ta’ l-operazzjoni sussegwenti, jiġifieri 261 869 -126 871 + 62 750, li jwassal gћar-riżultat finali ta’ 64 121.
187 Fir-rigward, fl-ewwel lok, ta’ l-ammont relatat mal-ћlas ta’ l-istudju Datamonitor (BEF 126 871), il-Kummissjoni mmotivat ir-rifjut tagћha billi bbażat ruћha fuq il-fatt li din l-ispiża ma setgћetx tiġi rimborżata taћt din l-intestatura. Fil-fatt hija kkunsidrat li din l-ispiża kellha tiġi kklassifikata bћala servizz ta’ gћajnuna teknika esterna u gћalhekk kellha tiġi kklassifikata taћt l-intestatura “spejjeż oћra”, u li gћaldaqstant kellha tiġi approvata minn qabel mill-Kummissjoni, skond l-ewwel subinċiż ta’ l-Artikolu 13(3) tal-kundizzjonijiet ġenerali. Madankollu, huwa paċifiku li tali approvazzjoni preliminari ma seћћitx fil-kawża preżenti.
188 F’dan ir-rigward għandu jiġi kkonstatat li l-fattura relatata ma’ din l-ispiża, mehmuża bħala anness mar-rikors, ma tippermettix li jiġi determinat taћt liema intestatura din l-ispiża gћandha tiġi inkluża.
189 Għandu jiġi kkonstatat ukoll li, sabiex tiġi kkontestata l-ћtieġa ta’ awtorizzazzjoni preliminari tal-Kummissjoni, GEF l-ewwel nett sostniet, bħala risposta gћal mistoqsija bil-mitkub tal-Qorti tal-Prim’Istanza, li l-istudju Datamonitor jidħol fil-kuntest tal-kompitu 3 tal-proġett, u li l-ispiża relatata magħha kellha tiġi klassifikata taћt l-intestatura “dokumentazzjoni”, li gћal dan it-tabelli 2 u 5 ta’ l-anness tekniku jipprovdu ammont totali ta’ EUR 11 056. Sussegwentement hija affermat matul is-seduta li l-ispejjeż relatati ma’ dan l-istudju kienu jaqgħu taħt l-Artikolu 13(4) tal-kundizzjonijiet ġenerali, li skond dan l-approvazzjoni tal-Kummissjoni gћandha titqies bћala mogћtija jekk din ma tqajjem l-ebda oġġezzjoni fi żmien xahrejn minn mindu din tkun irċeviet it-talba bil-miktub.
190 Fir-rigward ta’ dawn il-konstatazzjonijiet, il-Qorti tal-Prim’Istanza tqis li GEF ma ressqet l-ebda prova adattata sabiex turi li l-pożizzjoni tal-Kummissjoni hija żbaljata.
191 Fil-fatt, minn naћa, l-istudju tad-Datamonitor, li ġie ordnat fi Frar 1998 bi tћejjija tal-laqgħa ta’ diskussjoni dwar it-teknoloġija finanzjarja tas-27 ta’ Marzu 1998, ma jikkostitwixxix pubblikazzjoni li gћandha l-gћan li xxerred l-informazzjoni dwar ix-xogћol li sar fil-kuntest tal-proġett, skond it-tielet subinċiż ta’ l-Artikolu 13(3) tal-kundizzjonijiet ġenerali.
192 Min-naћa l-oћra, jekk jiġi preżunt, kif GEF sostniet gћall-ewwel darba matul is-seduta, li l-istudju Datamonitor jaqa’ taћt l-intestatura “spejjeż speċifiċi sinjifikanti” prevista fl-Artikolu 13(4) tal-kundizzjonijiet ġenerali, u li l-Kummissjoni ma qajmen l-ebda oġġezzjoni fix-xahrejn ta’ wara li rċeviet it-talba bil-miktub, GEF xorta baqgħet ma wrietx li din it-talba kienet ġiet ippreżentata lill-Kummissjoni.
193 F’dawn il-kundizzjonijiet, GEF ma wrietx li l-ispiża allokata gћall-istudju Datamonitor ma kinitx servizz ta’ gћajnuna teknika esterna li taqa’ taћt l-intestatura “spejjeż oћra”. Konsegwentement, il-Kummissjoni ġustament irrifjutat il-ћlas relatat ma’ l-imsemmija spiża.
194 Fir-rigward, fit-tieni lok, dwar l-ispejjeż ta’ l-ivvjaġġar, GEF illimitat ruћha, fl-ittra tas-Sur Pirenne tal-31 ta’ Jannar 2000, sabiex tikkontesta l-mertu tar-rifjut ta’ l-ispejjeż relatati mal-vjaġġi ddikjarati fit-tieni dikjarazzjoni ta’ l-ispejjeż, spejjeż li, skond GEF, kienu dokumentati u ġġustifikati, u li gћal dawn il-kuntratt ma kienx jipprovdi proċeduri ta’ awtorizzazzjoni f’każ ta’ trasferimenti ġewwa l-KEE. Fir-risposta tagћha permezz ta’ l-ittra ta’ l-20 ta’ Marzu 2000, il-Kummissjoni spjegat li l-ispejjeż ta’ l-ivvjaġġar gћal ammont ta’ BEF 62 750 ma ġewx miċћuda, iżda ġew trasferiti mill-intestatura “spejjeż oћra” gћall-intestatura “spejjeż ta’ l-ivvjaġġar u ta’ għejxien”. Gћalhekk din mhijiex kwistjoni ta’ nuqqas ta’ prova ta’ dawn l-ispejjeż.
195 Matul is-seduta, GEF ammettiet li dawn kienu ispejjeż li ġew trasferiti taћt intestatura oћra u li kienet irċeviet il-ћlas. Gћaldaqstant l-ilment huwa mingћajr skop.
– “Spejjeż oћra” iddikjarati fit-tieni dikjarazzjoni ta’ l-ispejjeż
196 Mill-abbozz tar-rapport ta’ verifika, kif ukoll mir-rapport ta’ verifika finali jirriżulta li taћt l-intestatura “spejjeż oћra” GEF kienet iddikjarat ammont ta’ BEF 155 006 (EUR 3 818).
197 Dan l-ammont kien jinkludi l-ispiża ta’ BEF 62 750, bћala spejjeż ta’ l-ivvjaġġar, li ġiet ittrasferita mill-Kummissjoni taћt l-intestatura “spejjeż ta’ l-ivvjaġġar u ta’ għejxien” (ara l-punti 194 u 195 aktar ’il fuq), kif ukoll l-ispiża ta’ BEF 92 256, bћala spejjeż ta’ telefon u ta’ l-Internet.
198 Fir-rigward tar-rifjut ta’ dan l-aћћar ammont, GEF illimitat ruћha sabiex fl-ittra tas-Sur Pirenne tal-31 ta’ Jannar 2000 li tafferma li, “fejn jikkonċerna l-ispejjeż tat-telefon u ta’ l-Internet, dan is-suġġett jista’ jiġi diskuss b’mod dettaljat, peress li l-kuntratt tal-FIWG jipprevedi r-rimborż ta’ l-ispejjeż marbuta ma’ l-Internet u partikolarment gћall-operazzjoni tal-sit ta’ l-Internet FIWG, iżda [li din kienet tippreferi] li ma tindirizzax dan (…), minћabba n-nuqqas ta’ żmien”. Fir-risposti tagћha gћall-mistoqsijiet tal-Qorti tal-Prim’Istanza, GEF esprimiet il-konvinzjoni li l-kuntratt u l-linji gwida kienu jawtorizzawha sabiex titlob dawn l-ispejjeż, peress li, b’mod partikolari, l-anness tekniku jipprovdi, fit-tabella 2, b’riferiment gћall-kompitu 5, ammont ta’ EUR 5 500 gћall-ispejjeż ta’ l-Internet u peress li dan il-kompitu gћandu bħala gћan eżklużiv il-ħolqien u l-manutenzjoni tas-sit ta’ l-Internet. Matul is-seduta, GEF iddikjarat li din l-ispiża ma taqax taћt l-intestatura “spejjeż ġenerali”, peress li din tikkonċerna spejjeż differenti, li huma speċifiċi skond in-natura u gћalhekk minħabba dan il-fatt jaqgћu taћt l-anness tekniku.
199 Fir-risposta tagћha permezz ta’ l-ittra ta’ l-20 ta’ Marzu 2000 il-Kummissjoni spjegat li dawn l-ispejjeż kienu ġew miċћuda minћabba li, b’mod konformi ma’ l-Artikolu 13(5) tal-kundizzjonijiet ġenerali, dawn kienu jaqgћu taћt l-intestatura “spejjeż ġenerali”.
200 Peress li, minn naћa, GEF tikkunsidra bħala mhux korrett ir-rifjut, in ġenerali, ta’ l-ispejjeż li jaqgћu taћt l-intestatura “spejjeż oћra”, li jinsab fl-abbozz tar-rapport ta’ verifika u adottat fir-rapport ta’ verifika finali, iżda li, min-naћa l-oћra, hija ma tressaq l-ebda argument speċifiku sabiex turi la kif il-pożizzjoni żbaljata tal-Kummissjoni, b’mod partikolari l-klassifikazzjoni ta’ dawn l-ispejjeż taħt l-intestatura “spejjeż ġenerali” hija żbaljata, u lanqas ma turi, dejjem jekk wieħed jippreżupponi li kien possibbli li ssir distinzjoni konkreta ta’ l-ispejjeż ta’ l-Internet mill-ammont mitlub, li dawn l-ispejjeż kellhom jaqgћu eżklużivament taћt il-kompitu 5 tal-proġett. Gћalhekk, l-argumenti mressqa minn GEF f’dan ir-rigward gћandhom jiġu miċћuda.
– “Spejjeż oћra” iddikjarati fit-tielet dikjarazzjoni ta’ l-ispejjeż
201 Mill-abbozz tar-rapport ta’ verifika, kif ukoll mir-rapport ta’ verifika finali, jirriżulta li, fit-tielet dikjarazzjoni ta’ l-ispejjeż tagћha, GEF kienet iddikjarat ammont ta’ BEF 318 034 (EUR 7 833) taћt l-intestatura “spejjeż oћra”.
202 Dan l-ammont kien jinkludi l-ispiża ta’ BEF 72 221 (EUR 1 790.31), gћall-akkwist ta’ oġġetti żgћar f’libreriji, u dik ta’ BEF 245 813 (EUR 6 093.54), gћall-ispejjeż tat-telefon u ta’ l-Internet.
203 Rigward l-ammont relatat ma’ l-akkwist ta’ oġġetti żgћar f’libreriji (BEF 72 221), il-Kummissjoni mmotivat ir-rifjut tagћha billi gћamlet riferiment gћall-fatt li dawn l-oġġetti ma kellhom l-ebda relazzjoni speċifika mal-proġett.
204 Fis-sottomissjonijiet tagћha, GEF illimitat ruћha sabiex tikkonstata li hemm kategorija ta’ spejjeż rimborżabbli gћad-“dokumentazzjoni”, sa limitu ta’ l-ammont ta’ EUR 11 056, u li l-imsemmija xirjiet kienu meћtieġa sabiex jiġu eżegwiti l-kompiti previsti fil-kuntest tal-proġett. Barra minn hekk, bћala anness gћar-risposti tagћha gћad-domandi tal-Qorti tal-Prim’Istanza u sabiex turi l-konnessjoni bejn dawn l-ispejjeż u l-proġett, GEF ipproduċiet xi rċevuti tal-ћlas li saru permezz ta’ żewġ karti ta’ kreditu, irċevuta maћruġa b’cash register, ċerti estratti ta’ kont ta’ karta ta’ kreditu, fatturi li jirrigwardaw żewġ libreriji, abbonament u żewġ paġni b’riferenzi biblijografiċi.
205 F’dan ir-rigward, huwa biżżejjed li jiġi rrilevat li dawn id-dokumenti ma fihom l-ebda informazzjoni li tippermetti li tiġi stabbilita l-konnessjoni meћtieġa bejn il-ktieb jew il-pubblikazzjoni mixtrija u l-proġett. Isegwi li GEF baqgħet ma wrietx il-ћtieġa ta’ dawn l-ispejjeż u l-konnessjoni tagħhom mal-proġett.
206 Fir-rigward ta’ l-ammont ta’ l-ispejjeż tat-telefon u ta’ l-internet (BEF 245 813), il-pożizzjoni tal-Kummissjoni, kif ukoll dik ta’ GEF huma identiċi għal dawk diġà esposti fil-punti 197 sa 200 aktar ’il fuq, li jirreferu gћal spejjeż identiċi. Gћaldaqstant, l-argumenti mressqa minn GEF gћandhom jiġu miċћuda minħabba l-motivi esposti fil-punt 200 aktar ’il fuq.
– “Spejjeż ta’ l-ivvjaġġar u ta’ għejxien” li ġew miċħuda fl-ittra ta’ aċċettazzjoni ta’ l-ispejjeż gћar-raba’ perijodu
207 Rigward l-ispejjeż li ġew miċћuda fl-ittra ta’ aċċettazzjoni ta’ l-ispejjeż gћar-raba’ perijodu, jiġifieri s-somma ta’ EUR 3 404, li taqa’ taћt “spejjeż ta’ l-ivvjaġġar u ta’ għejxien ” ta’ l-intestatura “spejjeż ta’ netwerking”, u dik ta’ EUR 1 608 li taqa’ taћt l-intestatura “spejjeż oћra”, il-Kummissjoni mmotivat iċ-ċaћda tagћha billi invokat il-fatt li dawn l-ispejjeż ma kinux sostnuti permezz ta’ fatturi.
208 Fuq dan il-punt huwa biżżejjed li jiġi rrilevat li GEF ma pprovdiet l-ebda element ta’ prova relatat ma’ dawn l-ispejjeż, tant illi din ma wrietx in-natura żbaljata tar-rifjut mill-Kummissjoni, ta’ dawn l-ispejjeż.
209 Gћaldaqstant, dan il-motiv gћandu jiġi miċћud.
2. Fuq ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ bona fide fl-eżekuzzjoni ta’ l-obbligi kuntrattwali u tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba
a) L-argumenti tal-partijiet
210 GEF qabel kollox issostni li jirriżulta mill-imġieba tal-Kummissjoni li din ma osservatx l-obbligu tagћha li teżegwixxi l-kuntratt in bona fide, u gћaldaqstant din kisret it-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 1134(3) tal-Kodiċi Ċivili tal-Belġju.
211 Gћalhekk, GEF tirrileva li l-Kummissjoni kienet taf, minn naћa, li n-numru ta’ sigħat li ġew stmati gћall-eżekuzzjoni tal-proġett kien inqabeż u li, f’ċertu mument, kien effettivament ġie maqbuż u, min-naћa l-oћra, li l-bażi tal-kalkolu ta’ l-ispejjeż ta’ l-impjegati kienet ġie mibdul bejn l-istima inizjali u tal-bidu u meta tlesta l-kwestjonarju finanzjarju, iżda li din qatt ma fformulat osservazzjonijiet negattivi f’dan ir-rigward. B’hekk il-Kummissjoni kienet aċċettat li GEF talloka aktar sigħat għall-proġett minn kemm kien ġiet stamt fil-bidu, b’rati għal kull siegћa li kienu ferm inqas. GEF tikkonstata, barra minn hekk, li l-Kummissjoni rrifjutat milli tikkunsidra l-osservazzjonijiet tagћha dwar l-abbozz tar-rapport ta’ verifika meta kien qed jitћejja r-rapport ta’ verifika finali. Il-komunikazzjoni tar-rapport ippreparat wara li t-tieni evalwazzjoni teknika kien intbagћat lill-konsulent legali fis-27 ta’ Ottubru 2000, kien ċaħħadha milli tifformula osservazzjonijiet fuq dan ir-rapport, li kien il-bażi tar-rapport ta’ verifika finali tat-28 ta’ Ġunju 2000. Fl-aћћar nett, il-Kummissjoni kienet irrifjutat li torganizza l-laqgћa li ġiet imwiegћda wara li bidlet l-attitudni tagћha fejn jirrigwarda l-ispejjeż tal-proġett.
212 Sussegwentement GEF tqis li l-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ bona fide fl-eżekuzzjoni ta’ l-obbligi kuntrattwali, kif ukoll il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, peress li din ma kinitx ikkomunikatilha fi żmien raġonevoli l-bidla fil-pożizzjoni tagћha rigward l-aċċettazzjoni ta’ l-ispejjeż relatati mal-proġett. Fil-fatt, il-Kummissjoni kienet infurmat lil GEF dwar il-bidla fil-pożizzjoni tagћha f’Diċembru 1999, jiġifieri sitt xhur wara l-konklużjoni tal-proġett u tliet xhur wara r-rapport ta’ evalwazzjoni teknika finali. Madankollu, sa mill-preżentazzjoni lill-Kummissjoni ta’ l-ewwel dikjarazzjoni ta’ l-ispejjeż, f’Marzu 1998, kien jidher ċar li n-numru stmat ta’ ћin ta’ xogћol kien inqabeż u, matul il-preżentazzjoni tat-tieni dikjarazzjoni ta’ l-ispejjeż, f’Ottubru 1998, kien jidher ċar li n-numru stmat ta sigħat ta’ xogћol kien effettivament inqabeż. Hija tikkonkludi billi tgħid li l-Kummissjoni ma kinitx ikkomunikat l-oġġezzjonijiet tagћha fi żmien raġonevoli, meta jitqies li din gћandha servizzi organizzati tajjeb li sa mill-bidu segwew il-proġett mill-qrib ħafna.
213 GEF tinvoka, in sostenn ta’ dan l-argument, żewġ sentenzi, waћda tal-hof van beroep te Brussel (il-Belġju) (Il-Qorti ta’ l-Appell ta’ Brussell) tat-18 ta’ Settembru 1991 (R.W., 1991-1992, p. 677) u l-oћra ta’ hof van beroep te Antwerpen (il-Belġju) (il-Qorti ta’ l-Appell ta’ Antwerp) tal-5 ta’ Frar 1992 (T.R., 1992, p. 174), li minnhom jirriżulta li l-prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba u ta’ bona fide fl-eżekuzzjoni ta’ l-obbligi kuntrattwali jimplikaw, għal dak li jikkonċerna l-obbligi ta’ l-informazzjoni, ir-rispett għal terminu raġonevoli.
214 Il-Kummissjoni tikkontesta l-mertu ta’ dan il-motiv billi ssostni li l-att li pproċeda għal verifika tal-kontijiet, skond l-Artikolu 17 tal-kundizzjonijiet ġenerali, ma jistax jiġi kkunsidrat bћala bidla fil-pożizzjoni inizjali tagћha.
b) Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim’Istanza
215 Fl-ewwel lok, kif jirriżulta mill-punti 118-124 aktar ’il fuq, il-fatt li l-Kummissjoni kkunsidrat id-dikjarazzjonijiet ta’ l-ispejjeż li ġew sottomessi minn GEF, li din gћamlet ċerti pagamenti f’dan ir-rigward u li fformulat osservazzjonijiet pożittivi dwar l-eżekuzzjoni tal-proġett, ma jfisser bl-ebda mod li l-Kummissjoni kienet aċċettat definittivament l-ispejjeż iddikjarati.
216 Għandu jiġi rilevat f’dan ir-rigward li l-imġieba tal-Kummissjoni, matul il-perijodu ta’ l-eżekuzzjoni tal-proġett, kien ġie adottat fir-rispett ta’ l-obbligi tagħha li joħorġu mill-kuntratt.
217 Fit-tieni lok, rigward l-argument ta’ GEF li huwa bbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni ma kinitx ikkunsidrat, fir-rapport ta’ verifika finali, l-osservazzjonijiet mitluba lil GEF dwar l-abbozz tar-rapport ta’ verifika u li jissemmew fl-ittra tas-Sur Pirenne tal-31 ta’ Jannar 2000, għandu jiġi rrilevat li l-Kummissjoni rrispondiet għall-punti kollha mqajma f’din l-ittra. Fil-fatt din ta’ l-aћћar, b’ittra ta’ l-20 ta’ Marzu 2000, spjegat il-motivi gћaliex hija kienet ikkunsidrat li l-osservazzjonijiet tas-Sur Pirenne ma kinux fondati.
218 Gћalhekk, fl-ittra tagћha ta’ l-20 ta’ Marzu 2000, il-Kummissjoni spjegat ir-raġunijiet għaliex GEF ma setgħetx issostni l-affermazzjonijiet segwenti, magħmula fl-ittra tas-Sur M. Pirenne tal-31 ta’ Jannar 2000 : fl-ewwel lok, li l-akkużi u l-allegazzjonijiet li jinsabu fl-abbozz tar-rapport ta’ verifika ma kinux ġew identifikati la matul il-verifika tal-kontijiet u lanqas fl-ittra sussegwenti għal din il-verifika tas-Sur Schelling tad-9 ta’ Lulju 1999, u li dawn kienu jikkontradixxu l-appoġġ amministrattiv u sostanzjali li l-Kummissjoni kienet tat gћall-proġett; fit-tieni lok, li d-data tal-bidu tal-kuntratt prevista f’dan ta’ l-aћћar kienet sempliċement data ta’ riferiment; fit-tielet lok, li GEF kienet iżżomm l-iskedi ta’ attendenza ta’ l-impjegati skond it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 13(1) tal-kundizzjonijiet ġenerali; fir-raba’ lok, li r-raġunijiet invokati mill-Kummissjoni sabiex tiċћad il-validità ta’ l-iskedi ta’ attendenza ta’ l-impjegati supplementari, jiġifieri d-data tal-bidu tal-proġett u l-ћin li ġie rreġistrat gћall-ispeċjalista ta’ l-informatika, ma kinux ġustifikati; fil-ћames lok, li t-tqabbil li sar mill-awdituri fit-tabella tal-paġna 4 ta’ l-abbozz tar-rapport ta’ verifika bejn il-fatturat u l-ispejjeż ta’ l-impjegati kien żbaljat; fis-sitt lok, li l-kalkolu tar-rimunerazzjoni tas-Sur Goldfinger kien żbaljat. Fl-aћћar nett, il-Kummissjoni spjegat ukoll, minn naħa, ir-raġunijiet li gћalihom hija kienet ċaћdet l-ispejjeż relatati mal-pagament ta’ l-istudju Datamonitor (BEF 126 871), l-ispejjeż ta’ l-ivvjaġġar li kienu jammontaw gћal BEF 62 750, l-ispejjeż relatati ma’ xiri għal-libreriji u l-ispejjeż tat-telefon u ta’ l-internet. Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkontestat il-konklużjonijiet ta’ GEF li huma intiżi sabiex juru li l-Kummissjoni kienet aċċettat l-ispejjeż iddikjarati kollha u li kienet approvat l-użu ta’ dawn fl-eżekuzzjoni tal-proġett.
219 Kif jirriżulta mill-ittra tagћha ta’ l-20 ta’ Marzu 2000, il-Kummissjoni effettivament ikkunsidrat l-osservazzjonijiet tas-Sur Pirenne. Il-fatt li l-Kummissjoni kienet essenzjalment żammet il-pożizzjoni li hija kienet adottat fl-abbozz tar-rapport ta’ verifika kien ġie żviluppat fir-rapport ta’ verifika finali ma jfissirx gћalhekk li din injorat dawn l-osservazzjonijiet, iżda sempliċement ifisser li din ma kinitx tara bћala meћtieġ li tbiddel il-pożizzjoni inizjali tagћha wara l-eżami mill-ġdid.
220 Rigward, fit-tielet lok, l-allegata impossibbiltà, gћal GEF li tippreżenta l-osservazzjonijiet tagћha dwar ir-rapport tat-tieni evalwazzjoni teknika, peress li dan kien ġie kkomunikat lilha biss fis-27 ta’ Ottubru 2000, għandu jiġi rrilevat qabel kollox li dan ir-rapport jirrappreżenta rendikont tal-laqgћa li kienet saret bejn l-awdituri u s-Sur Goldfinger fl-24 ta’ Mejju 2000, li matulha dan kien ippreżenta r-riżultati tal-proġett u kien ġie mistieden sabiex jirrispondi gћal ċerti domandi waqt iż-żewġ sessjonijiet li ġew organizzati gћal dan il-gћan.
221 Kif ġie kkonstatat fil-punti 162 u 163 aktar ’il fuq, jidher li, matul il-laqgћa li fiha l-imsemmija evalwazzjoni teknika kienet seħħet, GEF setgħt tieħu pożizzjoni fuq il-kwistjonijiet essenzjali ta’ din l-evalwazzjoni. Fil-fatt, GEF ma tiċħadx li dan ma kienx il-każ.
222 Sussegwentement, għandu jiġi kkonstatat li r-rapport ta’ verifika finali adotta, f’parti estensiva, il-konstatazzjonijiet li kienu saru diġà mill-awdituri fl-abbozz tar-rapport ta’ verifika, u li fuqhom GEF kienet ћadet pożizzjoni. L-unika differenza bejn il-kalkoli li saru f’dawn iż-żewġ rapporti kienet minћabba l-fatt li, wara t-tieni evalwazzjoni teknika, ġie aġġustat in-numru ta’ sigħat li ġew ikkunsidrati. Dan ta’ l-aћћar kien sar abbażi tat-tieni evalwazzjoni teknika u jirriżulta mill-fatt li l-Kummissjoni kienet naqqset in-numru ta’ sigћat stmati gћall-eżekuzzjoni tat-tieni u tat-tielet kompiti. Anki jekk jiġi preżunt li GEF ma setgћetx tieћu pożizzjoni fuq dan l-aћћar punt matul it-tieni evalwazzjoni teknika, hija ma ppreżentat l-ebda element quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza li jista’ juri żball fl-aġġustament.
223 Fl-aћћar nett għandu jiġi rrilevat ukoll li, minbarra dan, kif jirriżulta mill-evalwazzjoni magħmula fuq il-proċedura u r-riżultat ta’ din l-evalwazzjoni teknika, fil-punti 159-178 aktar ’il fuq, l-ilmenti mressqa minn GEF dwar din l-evalwazzjoni mhumiex fondati.
224 Fl-aћћar nett, il-Kummissjoni ma tistax tiġi akkużata li ma organizzatx laqgћa ma’ GEF qabel ma tlesta r-rapport ta’ verifika finali.
225 B’ittra tal-21 ta’ Diċembru 2000 GEF talbet lill-Kummissjoni sabiex torganizza laqgћa sabiex jiġu diskussi, fl-ewwel lok, il-metodu kif jiġi ddeterminat il-prezz tal-proġett, fit-tieni lok, il-proċedura u l-kontenut tar-rapport tat-tieni evalwazzjoni teknika, fit-tielet lok, ir-rapport ta’ verifika finali u l-metodu ta’ kif sar u, fl-aћћar nett, ir-raġunijiet gћaliex GEF kienet konvinta li aġixxiet b’mod konformi mal-kuntratt, anki fid-dawl ta’ l-imġieba tal-Kummissjoni matul l-eżekuzzjoni tal-proġett.
226 Din it-talba ġiet imtennija bl-ittri tal-21 ta’ Frar u tas-26 ta’ Lulju 2001, li GEF bagћtet lill-Kummissjoni.
227 Għandu jiġi rrilevat, minn naћa, li mhemm l-ebda dispożizzjoni kuntrattwali li timponi fuq il-Kummissjoni li tagћmel dawn il-laqgћat.
228 Min-naћa l-oћra, huwa minnu li l-Kummissjoni, bl-ittra tat-2 ta’ Frar 2001, kienet infurmat lil GEF, minn naħa, dwar il-fatt li l-OLAF kien fetaћ inkjesta dwar il-FIWG u, min-naħa l-oħra, il-fatt li kellha ssir laqgћa magħha sabiex jiġu eżaminati u diskussi l-kwistjonijiet marbuta mar-rapport ta’ verifika finali, kif ukoll il-punti ċċitati fl-ittra ta’ GEF tal-21 ta’ Diċembru 2000 safejn dawn kienu rilevanti għall-inkjesta tal-Kummissjoni.
229 Madankollu jirriżulta minn dawn ir-raġunijiet kollha esposti iktar ’il fuq, li, jekk bħal ma rrilevat il-Kummissjoni, hija kellha l-elementi u l-osservazzjonijiet kollha li ġew sottomessi minn GEF gћall-kwistjonijiet imqajma fl-ittri msemmija iktar ’il fuq u li gћalihom il-Kummissjoni kienet diġà wieġbet, u peress li GEF kellha l-opportunità li tiddiskuti l-konstatazzjonijiet ta’ l-awdituri, b’mod partikolari matul it-tieni evalwazzjoni teknika, irriżulta li ma kien hemm bżonn ta’ l-ebda laqgћa.
230 GEF iżżid li, peress li l-Kummissjoni kienet infurmatha rigward il-pożizzjoni tagћha dwar is-sigћat tax-xogћol f’Diċembru 1999, jiġifieri sitt xhur wara li kien tlesta l-proġett u tliet xhur wara l-pubblikazzjoni tar-rapport ta’ evalwazzjoni teknika finali, din ma kinitx osservat perijodu ta’ żmien raġonevoli.
231 F’dawn iċ-ċirkustanzi huwa biżżejjed li jiġi kkonstatat li, kif ġie ppreċiżat iktar ’il fuq, skond l-Artikolu 17 tal-kundizzjonijiet ġenerali, il-Kummissjoni gћandha d-dritt li tagћmel il-verifiki tal-kontijiet matul is-sentejn ta’ wara d-data ta’ l-aћћar ћlas dovut mill-Kummissjoni jiġifi jew fit-tmiem tal-kuntratt. Madankollu, l-abbozz tar-rapport ta’ verifika, kif ukoll ir-rapport ta’ verifika finali, li ntbagћtu lil GEF fil-21 ta’ Diċembru 1999 u fit-18 ta’ Lulju 2000 rispettivament, jidћlu preċiżament fil-perijodu ta’ sentejn previst fl-Artikolu 17 tal-kundizzjonijiet ġenerali.
232 F’dawn il-kundizzjonijiet, ir-raba’ motiv ma jistax jiġi milqugħ.
3. Fuq it-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju tal-ћarsien ta’ l-aspettattivi leġittimi
a) L-argumenti tal-partijiet
233 GEF tikkunsidra li l-imġieba tal-Kummissjoni ħeġġiġha li jkollha aspettattivi leġittimi dwar il-fatt li l-mod kif hija ddikjarat l-ispejjeż u s-sigħat tax-xogћol kien konformi mal-kuntratt, li l-ћlasijiet li kienu saru diġà kienu ġġustifikati u, gћaldaqstant, li hija ssodisfat il-kundizzjonijiet kollha meћtieġa sabiex tirċievi l-bilanċ tal-ћlas mitlub.
234 Din tirreferi, f’dan ir-rigward, gћall-kuntratti ta’ qabel li kienu ġew konklużi mal-Kummissjoni, li fil-kuntest tagћhom din kienet semmiet globalment in-numru ta’ ġranet ta’ xogћol użati gћall-proġett, li l-Kummissjoni kienet ikkonfermat, bosta drabi, li tali proċedura kienet suffiċjenti.
235 Fil-kawża preżenti, GEF kienet imliet il-formoli kollha kif kien mitlub, fejn indikat b’mod partikolari fuq waħda minnhom, b’mod dettaljat, is-sigħat ta’ xogћol u r-rata kull siegћa.
236 Barra minn hekk, id-dikjarazzjonijiet ta’ l-ispejjeż kollha li GEF ippreżentat kienu ġew eżaminati minn servizzi differenti tal-Kummissjoni u din ta’ l-aћћar qatt ma kienet talbet lil GEF sabiex tipproduċi informazzjoni addizzjonali dwar il-ћin allokat gћall-proġett qabel ma pproċediet bil-ћlas dovut lilha. Anki meta kien evidenti gћall-Kummissjoni li n-numru ta’ sigħat tax-xogћol kien ser, jew kien diġà inqabeż, rispettivament matul il-preżentazzjoni ta’ l-ewwel u t-tieni dikjarazzjoni ta’ l-ispejjeż, madankollu l-Kummissjoni kienet gћamlet il-pagament relatat magħhom. Fl-aћћar nett, il-proġett qatt ma kien is-suġġett ta’ proċedura amministrattiva ta’ “dawl aћmar”, li l-Kummissjoni tuża gћal proġetti problematiċi. Bil-kontra, matul l-eżekuzzjoni tal-proġett, GEF irċeviet mill-Kummissjoni osservazzjonijiet pożittivi biss dwar dan. B’hekk ma jistax jiġi kkontestat li l-pożizzjoni espliċita ta’ aċċettazzjoni li l-Kummissjoni kienet adottat rigward l-eżekuzzjoni tal-proġett hija s-suġġett ta’ taqlib totali.
237 Il-Kummissjoni tikkontesta l-argumenti mressqa minn GEF u ssostni li hija aġixxiet b’mod konformi mat-termini tal-kuntratt.
b) Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim’Istanza
238 F’dan ir-rigward għandu jiġi rrilevat li dan il-motiv mhuwiex fondat, peress li ġie kkonstatat, fil-kuntest ta’ l-eżami ta’ l-ewwel u tar-raba’ motiv li l-Kummissjoni kienet aġixxiet skond it-termini tal-kuntratt kif ukoll mal-prinċipji ta’ bona fide fl-eżekuzzjoni ta’ l-obbligi kuntrattwali u ta’ amministrazzjoni tajba.
239 Din il-konklużjoni ma tistax tiġi invalidata minħabba l-fatt li l-Kummissjoni, fil-kuntest tal-kuntratti preċedenti konklużi ma’ GEF, m’gћamlitx verifiki dwar in-numru ta’ sigħat ta’ xogћol li kienu ġew allokati gћall-proġetti stess. L-eventwali tolleranza murija mill-Kummissjoni f’dawn il-kuntratti ma tistax tikkomprometti d-dritt tagћha li tagћmel, fil-kawża preżenti, il-verifika li hija tqis meћtieġa, b’mod konformi mad-dispożizzjonijiet tal-kuntratt.
240 Gћaldaqstant dan il-motiv ma jistax jiġi milqugħ.
4. Fuq it-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju tar-rispett tad-drittijiet tad-difiża
a) L-argumenti tal-partijiet
241 GEF tiddikjara li l-Kummissjoni ma osservatx il-prinċipju tar-rispett tad-drittijiet tad-difiża.
242 Fl-ewwel lok, hija takkuża lill-Kummissjoni talli bagћtitilha r-rapport tat-tieni evalazzjoni teknika biss fis-27 ta’ Ottubru 2000, li minћabba f’hekk ma setgћetx tippreżenta fiż-żmien stipulat l-osservazzjonijiet tagћha fuq ir-rapport u sabiex tiddiskuti mal-Kummissjoni l-konklużjonijiet tiegħu, li barra minn hekk jikkontradixxu dawk tar-rapport tekniku finali. Ir-rapport ta’ verifika finali, li huwa bbażat l-aktar fuq l-abbozz tar-rapport tal-verifika u fuq ir-rapport tat-tieni evalwazzjoni teknika, ma jikkunsidrax gћalhekk l-osservazzjonijiet ta’ GEF dwar dan l-aћћar rapport, lanqas dawk li ġew ifformulati minn GEF u mis-Sur Pirenne, li jinsabu fl-ittra tal-31 ta’ Jannar 2000 dwar l-abbozz tar-rapport ta’ verifika. Hija tikkonkludi billi tgħid li, minħabba l-fatt li kien hemm interessi personali involuti, il-persuni interessati kellhom ikollhom il-possibbiltà li jagћmlu l-osservazzjonijiet tagћhom magћrufa qabel ma r-rapport tal-verifika kien ġie kien tlesta b’mod definittiv.
243 Fit-tieni lok, GEF takkuża lill-Kummissjoni li ma organizzatx il-laqgћa magħha qabel il-konklużjoni tar-rapport tal-verifika, u dan minkejja t-talbiet tagћha f’dan ir-rigward u l-wegћda formali tal-Kummissjoni li torganizza din il-laqgћa, li ġiet ripetuta diversi drabi. Matul is-seduta, GEF ippreċiżat li gћal din il-laqgћa hija kellha l-ћsieb li ssolvi l-problema li nћolqot minћabba l-fatt li l-Kummissjoni kienet ċaћdet l-iskedi ta’ attendenza ta’ l-impjegati supplementari.
244 Il-Kummissjoni tikkontesta l-mertu ta’ l-argumenti ta’ GEF.
b) Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim’Istanza
245 F’dan ir-rigward, huwa biżżejjed li jiġi kkonstatat li dan il-motiv mhuwiex fondat, peress li diġà ġie kkonstatat fil-kuntest ta’ l-eżami tar-raba’ motiv li l-Kummissjoni la kisret il-prinċipju ta’ bona fide fl-eżekuzzjoni ta’ l-obbligi kuntrattwali u lanqas il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba (ara l-punti 215-229 aktar ’il fuq).
246 Gћaldaqstant dan il-motiv ma jistax jiġi milqugħ.
247 Mill-kunsiderazzjonijiet kollha msemmija aktar ’il fuq jirriżulta li t-talba tar-rikorrenti għandha tiġi miċћuda.
B – Dwar l-kontrotalba tal-Kummissjoni
1. L-argumenti tal-partijiet
248 Il-Kummissjoni qed titlob, skond l-Artikolu 16(3) tal-kundizzjonijiet ġenerali r-rimborż tas-somma ta’ EUR 273 516, li tirrappreżenta d-differenza bejn is-somom effettivament imħallsa lil GEF, gћal ammont ta’ EUR 396 000, u l-ispejjeż li aċċettati minnha, li jlaћћqu s-somma ta’ EUR 122 484.
249 GEF tillimita ruћha billi titlob, fir-replika tagћha, li l-kontrotalba magћmula mill-Kummissjoni mhijiex fondata.
2. Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim’Istanza
250 F’dan ir-rigward huwa biżżejjed li jiġi rrilevat li jirriżulta mill-proċess li l-Kummissjoni ћallset lil GEF is-somma totali ta’ EUR 396 000 u li, kif jirriżulta minn dak li ntqal aktar ’il fuq, wara l-verifika finanzjarja l-Kummissjoni ġustament aċċettat is-somma ta’ EUR 122 484 bћala l-ammont totali ta’ spejjeż allokati gћall-proġett. Gћaldaqstant huwa ammissibbli li l-Kummissjoni titlob lil GEF, skond l-Artikolu 16(3) tal-kundizzjonijiet ġenerali, ir-rimborż ta’ l-ammont żejjed ta’ EUR 273 516.
251 Rigward it-talba gћall-ћlas ta’ l-interessi, għandu jiġi rrilevat li, fin-nota ta’ debitu maћruġa kontra GEF, il-Kummissjoni ppreċiżat li din is-somma kellha titћallas sal-31 ta’ Awwissu 2001 u li, wara dik id-data, kellhom jibdew japplikaw l-interessi gћad-dewmien bir-rata tal-Bank Ċentrali Ewropew gћall-operazzjonijiet tiegћu ta’ finanzjament mill-ġdid, f’Euro, b’seћћ minn Awwisu 2001, miżjuda b’1.5 punti.
252 Madankollu għandu jiġi rrilevat li, anki jekk il-kuntratt jistipula, gћal ċerti każijiet, l-applikazzjoni tar-rata fissa mill-Istitut Monetarju Ewropew (it-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 5(3) u l-Artikolu 16(1) tal-kundizzjonijiet ġenerali), ma hija stabbilita l-ebda rata miftehma għall-każ preżenti.
253 Fin-nuqqas ta’ interessi miftehma, u minћabba li l-kuntratt huwa suġġett gћal-leġiżlazzjoni tal-Belġju, gћaldaqstant għandu jiġi applikat l-Artikolu 1153 tal-Kodiċi Ċivili tal-Belġju, li jipprovdi hekk:
“Fl-obbligi li huma limitati għall-ћlas ta’ somma fissa, id-danni li jirriżultaw mid-dewmien fl-eżekuzzjoni jiġu rappreżentati biss mill-interessi legali, ћlief fl-eċċezzjonijiet stabbiliti mil-liġi. Il-ħlas ta’ dawn id-danni huwa dovut mingћajr ma l-kreditur ikollu gћalfejn jiġġustifika kwalunkwe dannu. Dawn isiru dovuti mill-jum ta’ l-interpellazzjoni għall-ħlas, ћlief fil-każ fejn il-liġi tipprovdi li għandhom jiddekorru fuq il-bażi ta’ dritt [ …]”.
254 Peress li interpellat lil GEF, il-Kummissjoni tista’ leġittimament titlob l-interessi gћad-dewmien, skond ir-rata legali tal-Belġju, b’seћћ mill-1 ta’ Settembru 2001.
255 Gћaldaqstant l-kontrotalba tal-Kummissjoni gћandha tiġi milqugћa. Gћalhekk, GEF, b’mod konformi mat-talbiet tal-konvenuta, gћandha tiġi ordnata tћallas lill-Kummissjoni s-somma ta’ EUR 273 516, miżjuda bl-interessi gћad-dewmien bir-rata legali annwali li tapplika fil-Belġju, b’seћћ mill-1 ta’ Settembru 2001 sa ma jsir il-ћlas kollu tad-debitu.
Fuq l-ispejjeż
256 Skond l-Artikolu 87(2) tar-Regoli ta’ Proċedura, il-parti li titlef gћandha tbati l-ispejjeż jekk dawn ikunu ġew mitluba. Peress li GEF tilfet, hemm lok li tiġi kkundannata tbati l-ispejjeż, skond it-talbiet tal-Kummissjoni.
Gћal dawn il-motivi,
IL-QORTI TAL-PRIM’ISTANZA (l-Ewwel Awla Estiża)
taqta’ u tiddeċiedi:
1) It-talba tar-rikorrenti li gћandha l-gћan li tikseb, minn naћa, ir-rimborż tas-somma ta’ EUR 40 693 u, min-naћa l-oћra, il-ћruġ ta’ nota ta’ kreditu gћal ammont ta’ EUR 273 516 hija miċћuda.
2) L-kontrotalba tal-Kummissjoni hija milqugћa u, gћalhekk, ir-rikorrenti hija ordnata tћallas lill-Kummissjoni s-somma ta’ EUR 273 516, miżjuda bl-interessi gћad-dewmien bir-rata legali annwali li tapplika fil-Belġju, b’seћћ mill-1 ta’ Settembru 2001 sa ma jsir il-ћlas kollu tad-debitu.
3) Ir-rikorrenti gћandha tbati l-ispejjeż.
Vesterdorf |
Jaeger |
Mengozzi |
Martins Ribeiro |
Dehousse |
Mogħtija f’Qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, 15 ta’ Marzu 2005.
Reġistratur |
President |
H. Jung |
B. Vesterdorf |
Werrej
Il-kuntratt ikkontestat
Il-fatti li wasslu gћall-kawża
A – L-ewwel dikjarazzjoni ta’ l-ispejjeż gћall-perijodu bejn l-4 ta’ Lulju 1997 u t-3 ta’ Jannar 1998
B – It-tieni dikjarazzjoni ta’ l-ispejjeż gћall-perijodu bejn l-4 ta’ Jannar 1998 sat-3 ta’ Lulju 1998
C – It-tielet dikjarazzjoni ta’ l-ispejjeż gћall-perijodu bejn l-4 ta’ Lulju 1998 sat-3 ta’ Jannar 1999
D – Il-verifika finanzjarja
E – Ir-raba’ dikjarazzjoni ta’ l-ispejjeż gћall-perijodu bejn l-4 ta’ Jannar 1999 sat-3 ta’ Lulju 1999
F – It-talba gћar-rimborż tal-Kummissjoni: in-nota ta’ debitu tal-11 ta’ Lulju 2001
Il-proċedura
It-talbiet tal-partijiet
Fuq il-kompetenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza
Fuq il-mertu
A – Dwar it-talba tar-rikorrenti intiża sabiex tieħu, minn naћa, il-ћlas tas-somma ta’ EUR 40 693 u, min-naћa l-oћra, sabiex tinћareġ nota ta’ kreditu gћall-ammont ta’ EUR 273 516
1. Fuq l-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-kuntratt
a) L-argumenti tal-partijiet
b) Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim’Istanza
Osservazzjonijiet preliminari
Fuq l-ispejjeż ta’ “l-impjegati”
– Fuq l-aċċettazzjoni mill-Kummissjoni taż-żieda fis-sigħat tax-xogћol u l-aġġustament fir-rati tas-salarji, inizjalment previsti fil-kuntratt
– Fuq il-prova li tikkonċerna s-sigħat ta’ xogћol allokati gћall-proġett
– Fuq l-ineżattezzi ddikjarati li setgћu saru mill-awdituri dwar is-sigħat ta’ xogћol u dwar l-ispejjeż ta’ l-impjegati indikati fir-rapport tat-tieni evalwazzjoni teknika u fir-rapport ta’ verifika finali
Fuq l-ispejjeż li jikkonċernaw l-intestaturi “spejjeż ta’ l-ivvjaġġar u ta’ għejxien” u “spejjeż oћra”
– “Spejjeż ta’ l-ivvjaġġar u ta’ l-għejxien” iddikjarati fit-tieni dikjarazzjoni ta’ l-ispejjeż
– “Spejjeż oћra” iddikjarati fit-tieni dikjarazzjoni ta’ l-ispejjeż
– “Spejjeż oћra” iddikjarati fit-tielet dikjarazzjoni ta’ l-ispejjeż
– “Spejjeż ta’ l-ivvjaġġar u ta’ għejxien” li ġew miċħuda fl-ittra ta’ aċċettazzjoni ta’ l-ispejjeż gћar-raba’ perijodu
2. Fuq ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ bona fide fl-eżekuzzjoni ta’ l-obbligi kuntrattwali u tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba
a) L-argumenti tal-partijiet
b) Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim’Istanza
3. Fuq it-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju tal-ћarsien ta’ l-aspettattivi leġittimi
a) L-argumenti tal-partijiet
b) Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim’Istanza
4. Fuq it-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju tar-rispett tad-drittijiet tad-difiża
a) L-argumenti tal-partijiet
b) Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim’Istanza
B – Dwar l-kontrotalba tal-Kummissjoni
1. L-argumenti tal-partijiet
2. Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim’Istanza
Fuq l-ispejjeż