This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62001TJ0230
Judgment of the Court of First Instance (Fifth Chamber, extended composition) of 9 September 2009.#Territorio Histórico de Álava - Diputación Foral de Álava and Comunidad autónoma del País Vasco - Gobierno Vasco and Others v Commission of the European Communities.#State aid - Tax advantages granted by a territorial entity within a Member State - Reduction of the tax base for corporation tax - Decisions declaring aid schemes incompatible with the common market and requiring recovery of aid paid out - Trade association - Admissibility - Withdrawal of a plea in law - Classification as new aid or as existing aid - Principle of the protection of legitimate expectations - Principle of legal certainty - Principle of proportionality.#Cases T-230/01 to T-232/01 and T-267/01 to T-269/01.
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (il-Ħames Awla Estiża) tad-9 ta' Settembru 2009.
Territorio Histórico de Álava - Diputación Foral de Álava u Comunidad autónoma del País Vasco - Gobierno Vasco et. vs il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej.
Għajnuna mill-Istat - Vantaġġi fiskali mogħtija minn entità territorjali ta’ Stat Membru - Tnaqqis tal-bażi taxxabbli tat-taxxa fuq il-kumpanniji - Deċiżjonijiet li jiddikjaraw l-iskemi ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li jordnaw l-irkupru tal-għajnuna mħallsa - Assoċjazzjoni professjonali - Ammissibbiltà - Rinunzja ta’ motiv - Klassifikazzjoni ta’ għajnuna ġdida jew ta’ għajnuna eżistenti - Prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi - Prinċipju ta’ ċertezza legali - Prinċipju ta’ proporzjonalità.
Każijiet T-230/01 sa T-232/01 u T-267/01 sa T-269/01.
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (il-Ħames Awla Estiża) tad-9 ta' Settembru 2009.
Territorio Histórico de Álava - Diputación Foral de Álava u Comunidad autónoma del País Vasco - Gobierno Vasco et. vs il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej.
Għajnuna mill-Istat - Vantaġġi fiskali mogħtija minn entità territorjali ta’ Stat Membru - Tnaqqis tal-bażi taxxabbli tat-taxxa fuq il-kumpanniji - Deċiżjonijiet li jiddikjaraw l-iskemi ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li jordnaw l-irkupru tal-għajnuna mħallsa - Assoċjazzjoni professjonali - Ammissibbiltà - Rinunzja ta’ motiv - Klassifikazzjoni ta’ għajnuna ġdida jew ta’ għajnuna eżistenti - Prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi - Prinċipju ta’ ċertezza legali - Prinċipju ta’ proporzjonalità.
Każijiet T-230/01 sa T-232/01 u T-267/01 sa T-269/01.
ECLI identifier: ECLI:EU:T:2009:316
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla Estiża) tad-9 ta’ Settembru 2009 – Diputación Foral de Álava et vs Il-Kummissjoni
(Kawżi T‑230/01 sa T‑232/01 u T‑267/01 sa T‑269/01)
“Għajnuna mill-Istat – Vantaġġi fiskali mogħtija minn entità territorjali ta’ Stat Membru – Tnaqqis tal-bażi taxxabbli tat-taxxa fuq il-kumpanniji ‑ Deċiżjonijiet li jiddikjaraw l-iskemi ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li jordnaw l‑irkupru tal-għajnuna mħallsa – Assoċjazzjoni professjonali – Ammissibbiltà – Rinunzja ta’ motiv – Klassifikazzjoni ta’ għajnuna ġdida jew ta’ għajnuna eżistenti – Prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi – Prinċipju ta’ ċertezza legali – Prinċipju ta’ proporzjonalità”
1. Proċedura - Suġġett tal-kawża - Emenda fil-mori tal-kawża - Projbizzjoni (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 48(2)) (ara l‑punti 80‑88)
2. Proċedura - Intervent - Ammissibbiltà – Eżami mill-ġdid wara digriet preċedenti li jirrikonoxxi l-ammissibbiltà (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, it‑tieni paragrafu tal-Artikolu 40) (ara l-punt 91)
3. Proċedura - Intervent - Persuni interessati - Assoċjazzjoni rappreżentattiva li għandha bħala għan il-protezzjoni tal-membri tagħha - Ammissibbiltà f’kawżi li jqajmu kwistjonijiet ta’ prinċipju tali li jaffettwaw lil dawn il‑membri (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikoli 40(2) u 53(1)) (ara l-punti 93‑100)
4. Proċedura - Rikors għal intervent - Rekwiżiti proċedurali (Regoli tal‑Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 116(4)) (ara l-punti 104‑107, 110, 111)
5. Rikors għal annullament - Persuni fiżiċi jew ġuridiċi - Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata l-inkompatibbiltà ta’ skema ta’ għajnuna mas-suq komuni - Rikors ta’ assoċjazzjoni professjonali li tipproteġi u tirrappreżenta l-membri tagħha (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE) (ara l-punti 117‑128)
6. Għajnuna mogħtija mill-Istati - Kunċett - Għoti mill-awtoritajiet pubbliċi ta’ eżenzjoni fiskali lil ċerti impriżi - Inklużjoni (Artikolu 87(1) KE) (ara l‑punti 134‑136, 140, 195)
7. Għajnuna mogħtija mill-Istati - Eżami tal-ilmenti - Obbligi tal‑Kummissjoni - Motivazzjoni (Artikoli 87(2) KE u 253 KE) (ara l‑punti 146‑148)
8. Għajnuna mogħtija mill-Istati - Effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri - Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni - Kriterji ta’ evalwazzjoni - Eżami ta’ skema ta’ għajnuna meħuda fl-intier tagħha (Artikolu 87 KE) (ara l‑punti 152, 153)
9. Għajnuna mogħtija mill-Istati - Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri - Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni - Għajnuna ta’ importanza żgħira - Għajnuna ta’ natura temporanja - Nuqqas ta’ effett (Artikolu 87(1) KE) (ara l‑punt 158)
10. Għajnuna mogħtija mill-Istati - Kunċett - Natura selettiva tal-miżura - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi kreditu ta’ taxxa (Artikolu 87(1) KE) (ara l-punti 169‑173, 177, 178)
11. Għajnuna mogħtija mill-Istati - Kunċett - Għajnuna mogħtija minn entitajiet reġjonali jew lokali - Inklużjoni (Artikolu 87(1) KE) (punt 189)
12. Għajnuna mogħtija mill-Istati - Kunċett - Miżura fiskali speċifika - Natura selettiva tal-miżura - Ġustifikazzjoni bbażata fuq in-natura jew l-istruttura tas-sistema fiskali - Esklużjoni (Artikolu 87(1) KE) (ara l-punti 190, 191, 195, 196)
13. Għajnuna mogħtija mill-Istati - Projbizzjoni - Derogi - Għajnuna li tista’ titqies li hija kompatibbli mas-suq komuni - Setgħa diskrezzjonali tal‑Kummissjoni (Artikolu 87(3) KE) (ara l-punti 210, 211)
14. Għajnuna mogħtija mill-Istati - Projbizzjoni - Derogi - Għajnuna li tista’ tibbenefika mid-deroga prevista fl-Artikolu 87(3)(ċ) KE - Għajnuna għat‑tħaddim - Esklużjoni (Artikolu 87(3)(ċ) KE) (ara l-punti 219‑222)
15. Għajnuna mogħtija mill-Istati - Għajnuna eżistenti u għajnuna ġdida - Klassifikazzjoni bħala għajnuna eżistenti - Kriterji - Miżura li temenda sostanzjalment skema ta’ għajnuna eżistenti - Esklużjoni (Artikoli 87 KE u 88 KE) (ara l-punti 239‑246)
16. Għajnuna mogħtija mill-Istati - Għajnuna eżistenti u għajnuna ġdida - Klassifikazzjoni ta’ għajnuna eżistenti - Kriterji - Żvilupp tas-suq komuni (Artikoli 87 u 88 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikolu 1(b)(v)) (ara l-punti 251, 253, 257)
17. Għajnuna mogħtija mill-Istati - Proċedura amministrattiva - Dritt tal‑partijiet interessati li jissottomettu l-kummenti tagħhom (Artikolu 88 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikolu 6(1)) (ara l-punti 266‑279)
18. Proċedura - Intervent – Rikors intiż li jsostni t-talbiet ta’ waħda mill‑partijiet (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, ir-raba’ paragrafu tal‑Artikolu 40, Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 116(3)) (ara l‑punti 301‑303)
19. Għajnuna mogħtija mill-Istati - Eżami mill-Kummissjoni - Proċedura ta’ eżami qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament Nru 659/1999 - Nuqqas ta’ ssuġġettar għal termini speċifiċi - Limitu - Osservanza tar-rekwiżiti taċ‑ċertezza legali - Obbligu li jii konkluż fi żmien raġonevoli l-eżami preliminari miftuħ wara lment (Artikolu 88 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999) (ara l‑punti 305‑315)
20. Għajnuna mogħtija mill-Istati - Irkupru ta’ għajnuna illegali - Għajnuna mogħtija bi ksur tar-Regoli tal-Proċedura tal-Artikolu 88 KE - Aspettattivi leġittimi eventwali tal-benefiċjarji - Protezzjoni - Kundizzjonijiet u limiti (l‑ewwel subparagrafu tal-Artikolu 88(2) KE) (ara l-punti 316‑320)
21. Għajnuna mogħtija mill-Istati – Proġetti ta’ għajnuna - Eżami mill‑Kummissjoni - Fażi preliminari u fażi kontradittorja - Osservanza ta’ terminu raġonevoli (Artikolu 88(2) u (3) KE) (ara l-punti 339‑344, 349)
22. Għajnuna mogħtija mill-Istati - Irkupru ta’ għajnuna illegali - Ksur tal‑prinċipju ta’ proporzjonalità - Assenza (l-ewwel subparagrafu tal‑Artikolu 88(2) KE) (ara l-punti 374‑377)
Suġġett
Fil-Kawżi T‑230/01 u T‑267/01, talba għall-annullament tad‑Deċiżjoni tal‑Kummissjoni 2002/892/KE, tal-11 ta’ Lulju 2001, dwar skema ta’ għajnuna mill-Istat implementata minn Spanja favur ċerti impriżi ġodda fil‑provinċja ta’ Álava (ĠU 2002, L 314, p. 1), fil-Kawżi T‑231/01 u T‑268/01, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni 2002/806/KE tal-Kummissjoni, tal-11 ta’ Lulju 2001, dwar l-iskema ta’ għajnuna mill-Istat implementata minn Spanja favur ċerti impriżi ġodda fil-provinċja ta’ Vizcaya (ĠU 2002, L 279, p. 35), u, fil-Kawżi T‑232/01 u T‑269/01, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni 2002/540/KE tal‑Kummissjoni, tal-11 ta’ Lulju 2001, dwar l-iskema ta’ għajnuna mill-Istat implementata minn Spanja favur ċerti impriżi ġodda fil-provinċja ta’ Guipúzcoa (ĠU 2002, L 174, p. 31). |
Dispożittiv
1) |
Il-Kawżi T‑230/01, T‑231/01, T‑232/01, T‑267/01, T‑268/01 u T‑269/01 huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza. |
2) |
Ir-rikorsi huma miċħuda. |
3) |
Fil-Kawżi T‑230/01 sa T‑232/01: |
– it-Territorio Histórico de Álava – Diputación Foral de Álava, it‑Territorio Histórico de Vizcaya – Diputación Foral de Vizcaya, it‑Territorio Histórico de Guipúzcoa – Diputación Foral de Guipúzcoa u l-Comunidad autónoma del País Vasco − Gobierno Vasco għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom, kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni u mill-Comunidad autónoma de La Rioja;
– – il-Confederación Empresarial Vasca (Confebask), il-Cámara Oficial de Comercio e Industria de Álava, il-Cámara Oficial de Comercio, Industria y Navegación de Vizcaya u l-Cámara Oficial de Comercio, Industria y Navegación de Guipúzcoa għandhom ibatu l‑ispejjeż tagħhom.
4) |
Fil-Kawżi T‑267/01 sa T‑269/01, il-Confebask għandha tbati l-ispejjeż tagħha, kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni u mill-Comunidad autónoma de La Rioja. |